Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0886

2011/886/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 344, 28.12.2011, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/886/oj

28.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(2011/886/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 114(1), 192(1), u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness IV għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward l-enerġija.

(2)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE li tħassar id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha tiġi imħassra taħt il-Ftehim ŻEE.

(4)

L-ilħuq tan-Norveġja tal-mira ta’ sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 jrid jitqies fil-kuntest tas-sehem kbir tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-Istati Membri tal-UE, u l-inċertezza assoċċjata mal-fornitura u domanda inkorporati fil-kombinazzjoni ta’ sistema idro għall-produzzjoni tal-enerġija u klima kiesħa,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda għall-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

S. NOWAK


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(4)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru …

ta’…

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … tal- (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE tirrevoka d-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi imħassra taħt il-Ftehim.

(4)

L-ilħuq tan-Norveġja tal-mira ta’ sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 jrid jitqies fil-kuntest tas-sehem kbir tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-Istati Membri tal-UE, u l-inċertezza assoċjata mal-fornitura u mad-domanda inkorporati fil-kombinazzjoni ta’ sistema idro għall-produzzjoni tal-enerġija u klima kiesaħ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

it-test tal-punt 19 (id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012;

(2)

dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010):

“41.

32009 L 0028: Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(b)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) m’għandhiex tapplika għall-Istati tal-EFTA.

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 4(2):

“In-Norveġja u l-Islanda għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …, li tinkorpora d-Direttiva 2009/28/KE.”

(d)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 22(1):

“In-Norveġja u l-Islanda għandhom jissottomettu rapport dwar progress fil-promozzjoni u l-użu tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli mill-31 ta’ Diċembru 2013, u kull sentejn wara dik id-data. Il-ħames rapport, għandu jitressaq sal-31 ta’ Diċembru 2021, għandu jkun l-aħħar rapport meħtieġ.”

(e)

Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt A tal-Anness I:

 

Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2005 (S2005)

Mira għal sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2020 (S2020)

“L-Islanda

55,0  %

64  %

Norveġja

58,2  %

67,5  %” ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/28/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, ….

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]


Top