This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0194
2010/194/: Commission Decision of 31 March 2010 amending Decision 2009/1/EC granting a derogation requested by the Republic of Bulgaria pursuant to Decision 2008/477/EC on the harmonisation of the 2500 - 2690 MHz frequency band for terrestrial systems capable of providing electronic communications services in the Community (notified under document C(2010) 1987)
2010/194/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500 - 2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)
2010/194/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500 - 2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)
ĠU L 86, 1.4.2010, pp. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2010/194/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/1/KE (3), ir-Repubblika tal-Bulgarija kienet awtorizzata li tippostponi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/477/KE fit-tramuntana tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2009 u fin-nofsinhar tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li minħabba tnaqqis mhux previst fid-dħul baġitarju fl-2009 b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika, ir-riżorsi finanzjarji neċessarji ma kinux disponibbli għar-rilaxx sad-data tal-iskadenza stipulata mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE, tal-medda ta’ frekwenza bejn 2 500-2 690 MHz, sabiex din tkun allokata u disponibbli fuq bażi mhux esklussiva, għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk, din il-medda ta’ frekwenza għadha okkupata fuq bażi esklussiva minn tagħmir mobbli tal-komunikazzjoni elettronika użat għal bżonnijiet ta’ sigurtà nazzjonali fil-Bulgarija. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Novembru 2009, ir-Repubblika tal-Bulgarija għalhekk talbet estensjoni ta’ sena rad-deroga tranżitorja mogħtija mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE. Il-Bulgarija pprovdiet ukoll rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru: 2008/477/KE. |
|
(4) |
Il-Bulgarija pprovdiet biżżejjed ġustifikazzjoni għat-talba tagħha għal estensjoni tad-deroga tranżizzjonali. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li fl-2009, hija kienet ħadet il-miżuri preparatorji mhux finanzjarji neċessarji biex talloka frekwenzi ġodda għas-sigurtà nazzjonali sabiex tkun sostitwita l-medda tal-frekwenza 2 500-2 690 MHz u li r-riżorsi finanzjarji neċessarji se jkunu disponibbli fl-2010 biex jintużaw għal sistema mobbli u ġdida ta’ komunikazzjoni bir-radju li għandha tintuża għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali. |
|
(5) |
Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju indikaw, fil-laqgħa tal-Kumitat tal-10-11 ta’ Diċembru 2009, li huma ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni tad-deroga tranżizzjonali. |
|
(6) |
L-estensjoni mitluba la għandha tiddeferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE u lanqas toħloq differenzi għalxejn bejn l-Istati Membri rigward sitwazzjonijiet ta’ kompetittività jew ta’ regolamentazzjoni. It-talba hija ġġustifikata u estensjoni tad-deroga tranżizzjonali b’sena għandha tkun xierqa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/1/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, “31 ta’ Diċembru 2009” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2010” u “31 ta’ Diċembru 2010” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2011”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, “16 ta’ Jannar 2010” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2011” u “16 ta’ Jannar 2011” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2012”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.