Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32009D0425
2009/425/EC: Commission Decision of 28 May 2009 amending Council Directive 76/769/EEC as regards restrictions on the marketing and use of organostannic compounds for the purpose of adapting its Annex I to technical progress (notified under document number C(2009) 4084) (Text with EEA relevance)
2009/425/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti komposti organostanniċi bl-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4084) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/425/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti komposti organostanniċi bl-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4084) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 138, 4.6.2009, pp. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/05/2009; Impliċitament imħassar minn 32006R1907
|
4.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti komposti organostanniċi bl-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4084)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/425/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Komposti organostanniċi tri-sostitwiti qabel kienu jintużaw f’ambitu wiesa’ fiż-żebgħa protettiva fuq il-bastimenti. Madankollu, instab li din iż-żebgħa qed tippreżenta riskji għall-organiżmi akwatiċi permezz ta’ effetti li jfixklu l-endokrini. L-użu tal-komposti organostanniċi, magħrufin ukoll bħala l-komposti organotini, fiż-żebgħa protettiva għalhekk kien restritt fid-Direttiva 76/769/KEE, u fir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti (2). Barra minn hekk, il-komposti organostanniċi tri-sostiwiti ma jistgħux jintużaw aktar bħala bijoċidi skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3) Madankollu, l-oġġetti trattati permezz ta’ bijoċidi bħal dawn xorta waħda jistgħu jiġu importati ġewwa l-Komunità. |
|
(2) |
Il-komposti organostanniċi di-sostitwiti, inklużi b’mod partikolari l-komposti dibutyltin (DBT) u l-komposti dioctyltin (DOT), li jiġu wżati b’mod wiesa’ f’oġġetti għall-konsumatur fejn għandhom funzjoni ta’ stabilizzatur jew ta’ katalizzatur. |
|
(3) |
L-użu tal-komposti organostanniċi fl-oġġetti għall-konsumatur instabu li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, partikolarment għat-tfal. Ir-riskji speċifiċi għas-saħħa tat-tfal u l-adulti minn diversi oġġetti għall-konsumatur ġew identifikati fl-evalwazzjoni tar-riskju (4), u ġew ikkonfermati mill-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) fl-opinjoni tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2006 (5). |
|
(4) |
Minkejja li komposti organnistiċi di-sostitwiti u tri-sostitwiti għandhom l-istess effett ħażin fuq is-saħħa, jiġifieri l-immunotossiċità via l-glandola thymus, u jaġixxu b’mod kumulattiv, il-potenza tal-komposti tri-sostitwiti (bħat-TBT u t-TPT) hija ikbar minn dik tal-komposti di-sostitwiti (DOT u DBT). Barra minn hekk, il-komposti organostanniċi tri-sostitwiti li jkunu qed joħorġu minn oġġetti għall-użu tal-konsumatur jew professjonali jistgħu jkollhom effetti ħżiena fuq l-ambjent – b’mod partikolari fuq l-organiżmi akwatiċi. Għandhom għalhekk jiġu imposti restrizzjonijiet iktar stretti fuq oġġetti li jkun fihom komposti organostanniċi tri-sostitwiti. |
|
(5) |
Ċerti komposti DBT (id-dibutyltin dichloride, CAS: 683-18-1, u d-dibutyltin hydrogen borate, CAS: 75113-37-0) dalwaqt se jiġu kklassifikati fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (6) bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, kategorija 2, u minn hawn ’il quddiem se jkunu pprojbiti milli jinbigħu lill-konsumaturi (7). Għandhom għalhekk jiġu imposti restrizzjonijiet iktar stretti fuq oġġetti li jkun fihom komposti DBT, biex jitħallew li jibqgħu jintużaw għal perijodu ulterjuri ta’ żmien iżda biss meta jaħbat li ma jkunx hemm alternattivi adegwati disponibbli bħal katalizzaturi fis-siġillanti żebgħa u kisi RTV-1 u l-RTV-2, jew stabilizzaturi PVC f’ċerti prodotti (pereżempju materjali miksija, profili tal-PVC) biex iħallu l-iżvilupp ta’ alternattivi adattati, jew fejn l-oġġetti kkonċernati huma diġà rregolati minn leġiżlazzjoni speċifika oħra. |
|
(6) |
L-esponiment għall-komposti DOT huwa l-ogħla minn ċerti oġġetti speċifiċi għall-konsumatur bħal ma huma tessili stampati, ingwanti, żraben, kisi tal-art u tal-ħajt, prodotti tal-iġjene tan-nisa’, il-ħrieqi u forom tas-silikon b’żewġ komponenti. |
|
(7) |
Minkejja li hija restritta d-disponibbiltà tal-alternattivi għal ħafna mill-uzi, ċerti produtturi ta’ oġġetti li fihom id-DOT u d-DBT jkollhom bżonn iż-żmien biex jadattaw, u għalhekk għandu jiġi previst perijodu ta’ tranżizzjoni għal dawn l-applikazzjonijiet. |
|
(8) |
Id-Direttiva 76/769/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema, bħad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8), u Direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għal-karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata) (9) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (10). |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttivi għall-eliminazzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ f sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat b’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(3) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(4) Studji dwar l-evalwazzjoni tar-riskji fuq applikazzjonijiet tal-konsumatur fil-mira ta’ ċerti komposti organotini. Studju tal-RPA iffinalizzat f’Settembru 2005. http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/studies_en.htm
(5) http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scher/scher_opinions_en.htm
(7) Skont l-annotazzjonijiet 29, 30 u 31 tad-Direttiva 76/769/KEE.
(8) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
ANNESS
Il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda mal-Annotazzjoni 21, “Komposti organostanniċi” tal-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:
|
|
“4. Komposti organostanniċi tri-sostitwiti
5. Komposti tad-Dibutyltin (DBT)
6. Il-komposti Dioctyltin (DOT)
|