This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0081R(01)
2007/81/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2007/81/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, , pp. 530–531
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/81(1)/corrigendum/2009-03-17/oj
|
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
530 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/81/KE għandha taqra:
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Frar 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi
(notifikata bid-dokument numru C(2007) 92)
(Test b'rilevanza għż-ŻEE)
(2007/81/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar statistika (1) tal-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, li għandu x'jaqsam mad-data kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi (2) jistabbilixxi, għall-għanijiet li jippermetti t-tfassil ta' konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li fihom jista' jingħata aċċess għal data kunfidenzjali trażmessa lill-awtorità tal-Komunità u r-regoli ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiffaċilita aċċess bħal dan. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2004/452/KE (3) fasslet elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi |
|
(3) |
L-Università ta' Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha titqies bħala entità li tilħaq il-kondizzjonijiet mitluba u għalhekk għandha tiżdied mal-lista ta' aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità Statistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/452/KE huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS
ENTITAJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTA' JKOLLHOM AĊĊESS GĦAD-DATA KUNFIDENZJALI GĦALL-GĦANIJIET XJENTIFIĊI
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Bank Ċentrali Spanjol
Il-Bank Ċentrali Taljan
L-Università ta' Cornell (l-Istat ta' New York, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)
Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)
Il-Bank Ċentrali Ġermaniż
L-Unità ta' Analiżi ta' l-Impjieg, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjieg, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs tal-Kummissjoni Ewropea
L-Università ta' Tel Aviv (l-Iżrael)
Il-Bank Dinji
Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (CHW) ta’ l-Iskola Woodrow Wilson ta’ l-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika
L-Università ta’ Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika”
(1) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2006 (ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).
(3) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2006/699/KE (ĠU L 287, 18.10.2006, p. 36).