Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0151

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (materji veterninarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 124, , pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/151(2)/oj

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (materji veterninarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 496/2007 tal-4 ta' Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 rigward l-introduzzjoni ta’ limitu ta’ residwu massimu għall-addittiv fl-għalf Salinomax 120G, li jagħmel parti mill-grupp tal- coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2007 tas-4 ta' Mejju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1463/2004 dwar l-introduzzjoni tal-limitu massimu tar-residwu ta' għall-addittiv fl-għalf Sacox 120 microGranulate, li jamgħel parti mill-grupp ta' coccidiostats u ta' sustanzi mediċinali oħra (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv ta' l-għalf (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(6)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004):

“—

32007 R 0500: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 (ĠU L 118, 8.5.2007, p. 3).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32007 R 0496: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 496/2007 ta' l-4 ta' Mejju 2007 (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2007):

“1zzzp.

32007 R 0497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2007 ta' l-4 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 11).

1zzzq.

32007 R 0516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv ta' l-għalf (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22).

1zzzr.

32007 R 0537: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 13).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 496/2007, 497/2007, 500/2007, 516/2007 u 537/2007, fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jitqies bħala awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 62.

(2)   ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9.

(3)   ĠU L 117, 5.5.2007, p. 11.

(4)   ĠU L 118, 8.5.2007, p. 3.

(5)   ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22.

(6)   ĠU L 128, 16.5.2007, p. 13.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


Top