This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024DP0066
P10_TA(2024)0066 – Setting up a special committee on the Housing Crisis in the European Union, and defining its responsibilities, numerical strength and term of office – European Parliament decision of 18 December 2024 on setting up a special committee on the Housing Crisis in the European Union, and defining its responsibilities, numerical strength and term of office (2024/3000(RSO))
P10_TA(2024)0066 — It-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar it-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu (2024/3000(RSO))
P10_TA(2024)0066 — It-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar it-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu (2024/3000(RSO))
ĠU C, C/2025/1982, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1982/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1982 |
11.4.2025 |
P10_TA(2024)0066
It-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2024 dwar it-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu (2024/3000(RSO))
(C/2025/1982)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 9, 14, 148, 153, 160 u 168 tiegħu, u l-Protokoll Nru 26 tat-TUE u tat-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 213 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tinkludi d-dritt għall-akkomodazzjoni; |
|
B. |
billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li l-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali jew għall-assistenza għall-akkomodazzjoni ta’ kwalità tajba għandu jiġi pprovdut għal dawk li jinsabu fil-bżonn u dan għandu jiġi implimentat kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom; billi għandhom jiġu provduti refuġji u servizzi adegwati lill-persuni mingħajr dar sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom; billi d-dritt għall-akkomodazzjoni għall-persuni b’diżabilità jistħoqqlu protezzjoni speċjali u politiki ddedikati biex tkun aċċertata l-aċċessibbiltà għall-akkomodazzjoni; |
|
C. |
billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja kriżi tal-akkomodazzjoni, b’nies ta’ kull età minn gruppi ta’ introjtu differenti jitħabtu bil-prezzijiet għoljin u l-iskarsezza ta’ djar affordabbli; billi l-akkomodazzjoni mhux affordabbli hija kwistjoni ta’ tħassib kbir għal ħafna ċittadini tal-Unjoni u żżommhom, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, milli jibdew ħajja indipendenti; billi dik il-kriżi taffettwa lin-nies fl-Istati Membri kollha u jista’ jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa, il-benesseri u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; |
|
D. |
billi l-protezzjoni tal-proprjetà privata u l-iżgurar taċ-ċertezza tad-dritt għas-sidien privati, inklużi l-aħjar prattiki rigward il-ġlieda kontra l-iskwattjar, kif ukoll il-ħarsien tan-nies milli jiġu żgumbrati, huma aspetti importanti fil-livell nazzjonali li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni u d-dritt għall-akkomodazzjoni f’ċerti Stati Membri; |
|
E. |
billi l-Unjoni għandha għadd ta’ kompetenzi relatati mal-akkomodazzjoni; |
|
F. |
billi hemm bżonn li jkollna approċċ olistiku dwar l-akkomodazzjoni li jkun jgħaqqad flimkien politiki differenti li jiġu ttrattati f’kumitati differenti fi ħdan il-Parlament; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali bl-isem ta’ “Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi tal-Akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea” bl-għan li jipproponi soluzzjonijiet għal akkomodazzjoni deċenti, sostenibbli u affordabbli, u li dak il-kumitat iwettaq – f’kooperazzjoni u konsultazzjoni mal-kumitati permanenti kompetenti fejn huma kkonċernati s-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħhom skont l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura – ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
|
2. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali jkun magħmul minn 33 membru; |
|
3. |
Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali se jkun ta’ 12-il xahar u li dak il-mandat jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostituttiva tiegħu; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat speċjali biex jippreżenta rapport finali fi tmiem il-mandat tiegħu li jkun jiffoka fuq il-kwistjonijiet spjegati fil-paragrafu 1. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1982/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)