Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0670

Kawża C-670/24 P: Appell ippreżentat fil-14 ta’ Ottubru 2024 minn Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) Pte Ltd, MJN Global Holdings BV, Mead Johnson Nutrition Co. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Awwissu 2024 fil-Kawża T-37/23, Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) et vs Il-Kummissjoni

ĠU C, C/2025/1627, 24.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1627/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1627/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1627

24.3.2025

Appell ippreżentat fil-14 ta’ Ottubru 2024 minn Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) Pte Ltd, MJN Global Holdings BV, Mead Johnson Nutrition Co. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Awwissu 2024 fil-Kawża T-37/23, Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-670/24 P)

(C/2025/1627)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) Pte Ltd, MJN Global Holdings BV, Mead Johnson Nutrition Co. (rappreżentanti: C. Quigley KC, M. Whitehouse u B. Thomas, Solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern ta’ Ġibiltà

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 7665 final tal-31 ta’ Ottubru 2022 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34914 (2013/C) implimentata mir-Renju Unit rigward l-Iskema tat-Taxxa fuq l-Introjtu Korporattiv f’Ġibiltà (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”) (1) u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali, jew

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi eżaminata fuq il-mertu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali kellha tikkonstata li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kontenzjuża abbażi tal-Artikolu 92(3)(a) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ ħruġ”) (2). Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tqis r-rikors bħala intiż li jikkontesta l-eżerċizzju tas-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 108(2) (li jkun normalment inammissibbli fl-assenza ta’ għajnuna), iżda pjuttost bħala intiż li jikkontesta b’mod validu r-riferiment preċedenti tal-Kummissjoni għall-Artikolu 92(3)(a).

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali naqset li tinterpreta u tapplika l-Artikolu 92 tal-Ftehim ta’ ħruġ flimkien mal-Artikolu 108 TFUE u kellha tiddeċiedi li f’din il-kawża ma kienx hemm “proċedura amministrattiva li kienet għadha għaddejja”, b’tali mod li l-Artikolu 92(3) ma setax iservi bħala bażi legali għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Appell imsejjes fuq din il-bażi jkun ukoll ammissibbli għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti iktar ’il fuq.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-kwistjoni ta’ jekk ir-rikors għal annullament kienx inammissibbli minħabba l-ksur tal-Artikolu 92 tal-Ftehim ta’ ħruġ.


(1)   ĠU 2023, C 52, p. 10

(2)   ĠU 2019, C 384I, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1627/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top