Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025TN0046

Kawża T-46/25: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2025 – Land Oberösterreich vs EUIPO – Norma (Genussländer)

ĠU C, C/2025/1454, 10.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1454/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1454/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1454

10.3.2025

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2025 – Land Oberösterreich vs EUIPO – Norma (Genussländer)

(Kawża T-46/25)

(C/2025/1454)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Land Oberösterreich (rappreżentant: J. Hintermayr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Genussländer” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 217 826

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Novembru 2024 fil-Każ R 524/2024-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent kontra ċ-ċaħda parzjali tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1454/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top