Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024AP0091

P9_TA(2024)0091 — Deterġenti u aġenti tensjoattivi — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deterġenti u aġenti tensjoattivi, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 (COM(2023)0217 – C9-0154/2023 – 2023/0124(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2025/1354, 17.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1354/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1354/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1354

17.3.2025

P9_TA(2024)0091

Deterġenti u aġenti tensjoattivi

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deterġenti u aġenti tensjoattivi, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 (COM(2023)0217 – C9-0154/2023 – 2023/0124(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1354)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0217),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0154/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023  (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0039/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 349, 29.9.2023, p. 121.


P9_TC1-COD(2023)0124

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deterġenti u aġenti tensjoattivi, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 648/2004

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq u għat-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi għad-deterġenti ġew armonizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 (3) ikkonkludiet li b’mod ġenerali dak ir-Regolament laħaq fil-biċċa l-kbira l-objettivi tiegħu. Madankollu, l-evalwazzjoni identifikat ukoll għadd ta’ dgħufijiet u oqsma għal aktar titjib. F’dawn l-aħħar snin, il-qafas regolatorju għas-sustanzi kimiċi nbidel radikalment u ħoloq nuqqas ta’ koerenza u duplikazzjonijiet fir-regoli applikabbli għad-deterġenti u b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li tiġi żgurata l-konsistenza u li jiġu eliminati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni duplikati.

(3)

Tfaċċaw żviluppi ġodda fis-suq, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi u l-bejgħ tar-rikariki ta’ deterġenti li jew huma kompletament jew parzjalment mhux koperti mir-Regolament (KE) Nru 648/2004. Min-naħa l-oħra, id-diġitalizzazzjoni toffri opportunitajiet għas-simplifikazzjoni, għat-tnaqqis tal-piżijiet u għaż-żieda fil-faċilità tal-użu u l-fehim tal-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-użu li bħalissa qed jintilfu. Għalhekk huwa meħtieġ li jitqiesu l-prodotti u l-prattiki ġodda li tfaċċaw u jiżdiedu l-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni f’konformità mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni speċjalment f’termini ta’ sostenibbiltà u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali.

(4)

Il-Kontroll tal-Idoneità tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sustanzi kimiċi (4) (minbarra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)) issottolinja l-kumplessità tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-sustanzi kimiċi u attribwieha għall-għadd kbir ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni speċifiċi għall-prodott u għas-settur b’rabtiet inkorporati ma’ xulxin. Huwa ssottolinja wkoll li hemm lok għal simplifikazzjoni fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni ta’ tikketti ffullati żżejjed lill-utenti tal-prodotti, u sab li l-użu ta’ għodod innovattivi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodott bħalissa mhux qed jiġi sfruttat. Għalhekk, hemm bżonn li r-regoli attwali jiġu ssimplifikati biex jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi, jitjieb il-fehim tal-konsumatur u tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tas-suq. Għalhekk, jenħtieġ li ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jiġi sostitwit.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza maħsuba biex japplikaw fil-leġiżlazzjoni settorjali kollha sabiex jipprovdu bażi koerenti għal reviżjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Il-qafas legali l-ġdid għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi jenħtieġ li jiġi allinjat sa fejn ikun possibbli ma’ dawk il-prinċipji komuni u d-dispożizzjonijiet ta’ referenza.

(6)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ deterġent tkopri l-prodotti kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-armonizzazzjoni, inklużi d-deterġenti żviluppati ġodda li fihom mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment. Id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll il-prodotti għat-tindif tas-superfiċe tal-frott u tal-ħxejjex.

(7)

Peress li l-aġenti tensjoattivi jinbiegħu primarjament fi tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju sabiex jintużaw fil-manifattura tad-deterġenti, dawn ma hemmx bżonn li jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħad-deterġenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi għall-aġenti tensjoattivi, jiġifieri regoli dwar il-bijodegradabbiltà finali, sett minimu ta’ informazzjoni tat-tikkettar u l-obbligu tal-operaturi ekonomiċi li jfasslu dokumentazzjoni teknika u li joħolqu passaport tal-prodotti.

(8)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa r-regoli eżistenti stabbiliti fi strumenti leġiżlattivi oħra u jenħtieġ li ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni relatata mal-aspetti tal-protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent mhux koperti minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(9)

L-aġenti tensjoattivi huma aġenti li jaħdmu fuq is-superfiċe li jgħinu biex ikissru l-interfaċċja bejn l-ilma u ż-żjut jew il-ħmieġ. Huma wieħed mill-ingredjenti ewlenin użati fid-deterġenti. L-aġenti tensjoattivi jistgħu, madankollu, joħolqu riskju għall-ambjent peress li jiġu skarikati f’sistemi tad-drenaġġ jew direttament fl-ilmijiet tas-superfiċe. Biex jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv li l-aġenti tensjoattivi jista’ jkollhom fuq l-ambjent, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti li jiżguraw li l-aġenti tensjoattivi jkunu kompletament bijodegradabbli jew meta jiġu introdotti fis-suq waħedhom u jkunu maħsuba għall-użu fid-deterġenti jew meta jkunu jinsabu fid-deterġenti.

(9a)

Hemm sustanzi użati fid-deterġenti, għajr aġenti tensjoattivi, li jistgħu jibqgħu fl-ilma mormi wara l-użu u, jekk ma jitneħħewx mill-operaturi tal-ilma mormi permezz ta’ proċessi li jiswew ħafna flus, dawn jippersistu u jinġemgħu fl-ambjent. Sabiex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u jiġu indirizzati r-riskji potenzjali għas-saħħa u għall-ambjent, jeħtieġ li tiġi stabbilita mira ta’ nofs it-terminu li tiżgura li d-deterġenti, b’mod ġenerali, ikunu bijodegradabbli b’mod inerenti. Sabiex il-manifatturi jingħataw żmien ħalli jadattaw il-formulazzjonijiet tal-prodott, jenħtieġ li jiġu pprovduti perjodi ta’ tranżizzjoni suffiċjenti u l-kriterji rilevanti tat-testijiet jenħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel sew. [Em. 1]

(10)

Il-fosforu huwa ingredjent ewlieni użat fid-deterġenti. Madankollu, il-fosforu u l-komposti tiegħu jistgħu jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-ekosistemi u lill-ambjenti akkwatiċi peress li jikkontribwixxu għall-ewtrofikazzjoni. Biex jiġi żgurat aktar livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, u jitnaqqas il-kontribut tad-deterġenti għal dak il-fenomenu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti armonizzati fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti tal-fosforu fid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ f’ċerti deterġenti għall-konsumatur u fid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur industrijali . Limitazzjonijiet simili ma humiex meħtieġa għal tipi oħra ta’ deterġenti jew minħabba li l-kontribut tagħhom ma huwiex sinifikanti jew minħabba li bħalissa ma humiex disponibbli alternattivi xierqa. [Em. 2]

(11)

F’dawn l-aħħar snin, ġew żviluppati prodotti ġodda tat-tindif li fihom mikroorganiżmi ħajjin bħala ingredjenti attivi. Il-mikroorganiżmi għandhom il-bijoloġija u r-rispons proprji tagħhom għall-ambjent. Minħabba l-kapaċità tagħhom li jipproliferaw, hemm differenza ċara bejn id-deterġenti konvenzjonali u dawk mikrobiċi. Għalhekk, il-perikli inerenti u r-riskji li jinħolqu ma humiex neċessarjament tal-istess natura bħal dawk ippreżentati mis-sustanzi kimiċi, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jippersistu u jimmultiplikaw f’ambjenti differenti u li jipproduċu firxa ta’ metaboliti u tossini differenti ta’ sinifikat tossikoloġiku potenzjali.

(12)

Peress li l-mikroorganiżmi ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirrikjedi li l-manifatturi juru li l-użu maħsub huwa sikur, jenħtieġ li dawn ikunu eliġibbli għall-użu fid-deterġenti biss sal-punt li jkunu ġew identifikati b’mod ċar u appoġġati minn data li turi li l-użu tagħhom huwa sikur, u soġġett għal rekwiżiti speċifiċi li jirregolaw is-sikurezza tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jirregolaw is-sikurezza tal-mikroorganiżmi fid-deterġenti kif ukoll metodi ta’ ttestjar rilevanti għall-operaturi ekonomiċi biex juru l-konformità ma’ dawk ir-regoli. Huma meħtieġa restrizzjonijiet fuq il-format li fih jiġu introdotti fis-suq id-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi meta l-ingredjenti sensitizzanti jkunu inklużi fil-kompożizzjoni tagħhom. Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem anke għall-persuni sensitizzati, id-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi u li jiġu introdotti fis-suq f’format ta’ sprej jenħtieġ, għalhekk, li jinstabu sikuri għall-użu f’dan il-format.

(12a)

F’konformità mad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) , huwa meħtieġ li l-ittestjar fuq l-annimali jiġi sostitwit, imnaqqas jew irfinat, bil-ħsieb li mill-aktar fis possibbli jitwaqqaf l-użu tal-annimali fl-ittestjar. L-introduzzjoni fis-suq ta’ deterġenti u ta’ aġenti tensjoattivi li kienu s-suġġett ta’ ttestjar fuq l-annimali sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għaldaqstant jenħtieġ li jiġi pprojbit b’mod ġenerali filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u jiġi permess l-użu ta’ data storika. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvalida l-metodi ta’ ttestjar alternattivi rilevanti u derogi rilevanti fejn xieraq u tħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar li ma jinvolvux l-annimali filwaqt li jitqies id-dritt applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali mhux żvelata u dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali. [Em. 3]

(12b)

L-użu tal-asserzjoni “mingħajr ittestjar fuq l-annimali” jew asserzjonijiet simili jenħtieġ li jkun permess biss jekk jiġi żgurat li waqt il-manifattura u l-ittestjar tal-konformità ma jkun sar l-ebda ttestjar fuq l-annimali. Bl-istess mod, il-manifatturi jenħtieġ li jitħallew jasserixxu li prodott huwa “vegan” jew simili, jekk fil-manifattura jew fl-iżvilupp tal-prodott ma jkun intuża l-ebda ingredjent derivat mill-annimali, bħall-ġelatina, il-kolesterin jew il-kollaġen, jew prodotti sekondarji mill-annimali, bħall-għasel jew ix-xama’ tan-naħal. [Em. 4]

(13)

Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-aspetti ta’ interess pubbliku, u biex tiġi ggarantita kompetizzjoni ġusta fis-suq intern, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tad-deterġenti jew tal-aġenti tensjoattivi ma’ dan ir-Regolament, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista. Kull meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-manifatturi u l-importaturi jwettqu testijiet ta’ kampjun tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi li jkunu qiegħdu fis-suq, sabiex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-ambjent.

(14)

Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jieħdu miżuri xierqa u effettivi biex jiżguraw li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss deterġenti u aġenti tensjoattivi li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tiġi prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni. [Em. 5]

(15)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw li d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi mqiegħda fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, mill-anqas stretti sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġ. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza intersettorjali u biex jiġu evitati varjanti ad hoc, id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tispeċifika li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(15a)

Jenħtieġ li l-manifatturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika, il-passaport tal-prodotti u, fejn ikun applikabbli, it-tikketta diġitali għal perjodu ta’ 10 snin wara d-data li fiha l-aħħar prodott minn lott jew mudell ta’ deterġent jew l-aġent tensjoattiv kopert minn dik id-dokumentazzjoni, passaport tal-prodott jew tikketta diġitali jkun ġie introdott fis-suq. [Em. 6]

(16)

Il-manifattur, li għandu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex jiżgura l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li l-manifatturi jkunu l-uniċi responsabbli għat-twettiq tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi. Il-Modulu A jenħtieġ li jkun applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi. Il-manifatturi jenħtieġ li jiġbru wkoll fajl tekniku li juri l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-regoli u l-metodi ta’ ttestjar rilevanti.

(17)

Biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-manifatturi mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-manifatturi stabbiliti fl-Unjoni jkunu jistgħu jaħtru rappreżentant awtorizzat biex iwettaq kompiti speċifiċi f’isimhom . Tali ħatra jenħtieġ li tkun valida biss meta tiġi aċċettata bil-miktub mir-rappreżentant awtorizzat . Barra minn hekk, biex tiġi żgurata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tar-responsabbiltajiet bejn il-manifattur u r-rappreżentant awtorizzat, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-lista tal-kompiti li l-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jafdaw lir-rappreżentant awtorizzat. Barra dan, biex jiġu żgurati l-infurzabbiltà u l-effettività tar-rekwiżiti ta’ sorveljanza tas-suq u li deterġenti u aġenti tensjoattivi konformi biss jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, il-ħatra ta’ rappreżentant awtorizzat jenħtieġ li tkun obbligatorja meta l-manifattur ikun stabbilit barra mill-Unjoni. [Em. 6]

(18)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi, bħala parti mid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, jindikaw numru tat-telefon u indirizz ta’ sit web minbarra l-indirizz postali kif ukoll dak tal-posta elettronika . [Em. 8]

(19)

Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv li jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, jeħtieġ li jiġi stabbilit li d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw ukoll ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jeħtieġ li jkun żgurat li l-manifatturi jkunu wettqu proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli għall-importaturi biex jiġi żgurat li d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li jintroduċu fis-suq jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti u li d-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi u, fejn ikun rilevanti, il-markatura CE jkunu tkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-importaturi biex jiżguraw li jkun disponibbli passaport tal-prodotti għal dawk il-prodotti. [Em. 9]

(20)

Peress li l-importaturi għandhom rwol ewlieni biex jiggarantixxu l-konformità tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi importati fis-suq tal-Unjoni, meta jintroduċu fis-suq deterġent jew aġent tensjoattiv, l-importaturi jenħtieġ li jindikaw fuq il-prodott isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom kif ukoll l-indirizz postali u tal-posta elettronika tagħhom u, jekk ikunu disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni n-numru tat-telefon li permezz tagħhom jistgħu jiġu kkuntattjati. [Em. 10]

(21)

Peress li d-distributur iqiegħed deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq wara li dan ikun ġie introdott hemm mill-manifattur jew mill-importatur, jenħtieġ li d-distributur jaġixxi bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli. Jenħtieġ li d-distributur jiżgura wkoll li l-immaniġġar tiegħu tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma jaffettwax b’mod negattiv il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Peress li d-distributuri u l-importaturi huma qrib is-suq u għandhom rwol importanti biex jiżguraw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li jkunu involuti fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jenħtieġ li jkunu lesti li jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet fir-rigward tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ikkonċernat.

(23)

L-operaturi ekonomiċi li jew jintroduċu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq taħt isimhom jew bit-trademark tagħhom jew jimmodifikaw deterġent jew aġent tensjoattiv b’tali mod li l-konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi affettwata, jenħtieġ li jitqiesu bħala manifatturi u jenħtieġ li jassumu l-obbligi tal-manifatturi. F’każijiet oħra, operaturi ekonomiċi li jimballaw jew jimballaw mill-ġdid biss deterġent jew aġent tensjoattiv li diġà jkun ġie introdott fis-suq minn operaturi ekonomiċi oħra jenħtieġ li jkunu kapaċi jagħtu prova li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma ġietx affettwata, billi jindikaw l-identità tagħhom fuq il-pakkett u billi jżommu kopja tal-informazzjoni tat-tikkettar oriġinali.

(24)

Il-markatura CE, li tindika l-konformità ta’ deterġent ma’ dan ir-Regolament, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10) jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-markatura CE. Jenħtieġ li dak ir-Regolament ikun applikabbli għad-deterġenti koperti minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ interessi pubbliċi bħalma huma s-saħħa u l-ambjent. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-markatura CE jenħtieġ li tkun l-unika markatura ta’ konformità li tindika li d-deterġent huwa konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. [Em. 11]

(25)

Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu meħtieġa jipprovdu skeda tad-data dwar l-ingredjenti għal deterġenti mhux perikolużi. Sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tar-rekwiżiti rilevanti u fid-dawl tas-sistema relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa diġà stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jenħtieġ li l-manifatturi jżommu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni taċ-ċentri tal-avvelenament, fuq talba. [Em. 12]

(26)

It-tikketti jikkomunikaw informazzjoni importanti dwar l-użu , is-saħħa u s-sikurezza lill-utenti, bħall-preżenza ta’ sensitizzaturi tal-ġilda jew respiratorji (eż. fwejjaħ allerġeniċi, preservattivi jew enzimi) fid-deterġenti u fl-aġenti tensjoattivi. Billi tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kontenut ta’ dawk is-sustanzi fuq it-tikketti tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi, huwa possibbli għall-utenti b’allerġiji jew bi predispożizzjonijiet allerġiċi li jagħmlu għażliet infurmati, u b’hekk jitnaqqsu r-reazzjonijiet potenzjali relatati mal-użu tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ tikkettar għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi. [Em. 13]

(27)

Peress li t-tikkettar tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi jista’ jaqa’ taħt diversi biċċiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar it-tikketti tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex meta tkun meħtieġa informazzjoni simili li tirriżulta minn biċċiet differenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq it-tikketti tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi, din l-informazzjoni tingħata darba biss f’konformità mar-regoli aktar stretti. Dan, minn naħa, se jtejjeb il-leġġibbiltà u l-fehim tat-tikketti tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi mill-utenti finali u, min-naħa l-oħra, inaqqas il-piż regolatorju għall-manifatturi tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi.

(28)

Is-sustanzi tal-fwieħa huma komposti organiċi bi rwejjaħ karatteristiċi, ġeneralment pjaċevoli, li jintużaw ħafna fid-deterġenti iżda wkoll f’ħafna prodotti oħra bħall-fwejjaħ u kożmetiċi oħra bil-fwieħa. Dawk is-sustanzi jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika mal-kuntatt, speċjalment għal persuni sensitizzati, anki meta jkunu f’konċentrazzjonijiet baxxi. Għalhekk, huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-preżenza ta’ fwejjaħ allerġeniċi individwali fid-deterġenti sabiex il-persuni sensitizzati jkunu jistgħu jevitaw il-kuntatt mas-sustanza li għaliha jkunu allerġiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti stretti għat-tikkettar tal-fwejjaħ allerġeniċi. Madankollu, dawk is-sustanzi jistgħu jiskattaw ukoll rekwiżit ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar li japplikaw biss meta ma jintlaħqux il-limiti tat-tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Dan mhux biss jipprevjeni l-piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi iżda jiżgura wkoll li l-utenti finali jirċievu din l-informazzjoni ppreżentata b’mod ċar u b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem anke għall-persuni sensitizzati. Jenħtieġ li jiġu applikati perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa għar-rekwiżiti ġodda tat-tikkettar stabbiliti b’atti delegati. [Em. 14]

(29)

Huma meħtieġa rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar għal ċerti sustanzi bħall-preservattivi sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-preservattivi jkopru mhux biss dawk il-preservattivi miżjuda intenzjonalment mill-manifattur fid-deterġent iżda wkoll dawk li jirriżultaw mit-taħlitiet kostitwenti tiegħu u li spiss jissejħu “preservattivi ta’ trasferiment”.

(30)

L-informazzjoni dwar l-ammont korrett ta’ deterġent li l-konsumaturi jeħtieġ jużaw meta jwettqu attivitajiet ta’ tindif, jiġifieri, l-informazzjoni dwar id-dożaġġ, jenħtieġ li tiġi inkluża fuq it-tikketta tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur sabiex jiġi evitat l-użu żejjed potenzjali tad-deterġenti u b’hekk jitnaqqas l-ammont totali ta’ deterġent u ta’ aġent tensjoattiv li jidħol fl-ambjent.

(31)

It-tikkettar diġitali jista’ jtejjeb il-komunikazzjoni tal-informazzjoni tat-tikkettar kemm billi jevita tikketti fiżiċi ffullati żżejjed kif ukoll billi jippermetti lill-utenti jibbażaw fuq diversi għażliet ta’ qari disponibbli biss għal formati diġitali, bħal tipa akbar, tiftix awtomatiku, loud speakers jew traduzzjoni f’lingwi oħra. Il-forniment ta’ tikketti diġitali jista’ jwassal ukoll għal ġestjoni aktar effiċjenti tal-obbligi ta’ tikkettar mill-operaturi ekonomiċi, billi jiffaċilita l-aġġornament tal-informazzjoni tat-tikkettar, inaqqas il-kostijiet tat-tikkettar u jippermetti informazzjoni aktar immirata lill-utenti. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu ċerta informazzjoni tat-tikkettar biss permezz tat-tikketta diġitali soġġett għal ċerti kundizzjonijiet biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-utenti tad-deterġenti u tal-ambjent . [Em. 15]

(31a)

It-tikkettar diġitali jista’ jżid il-leġġibbiltà, il-faċilità tal-użu u l-komprensjoni tat-tikketti għall-konsumaturi, inklużi l-konsumaturi vulnerabbli u b’indeboliment tal-vista. [Em. 16]

(32)

Biex jiġi evitat li jiġi impost piż amministrattiv bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi u peress li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-tikketta diġitali hija biss komplementari għal dik fiżika, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jużawx tikketti diġitali jew jipprovdux l-informazzjoni kollha fuq tikketta fiżika biss. L-għażla li tiġi pprovduta tikketta diġitali jenħtieġ li tkun f’idejn il-manifatturi u l-importaturi, li huma responsabbli biex jipprovdu s-sett preċiż ta’ informazzjoni tat-tikkettar. [Em. 17]

(33)

It-tikkettar diġitali jista’ joħloq ukoll sfidi għall-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni mingħajr ħiliet diġitali jew b’ħiliet diġitali insuffiċjenti u jwassal għal żieda fid-distakk diġitali. Għal din ir-raġuni, l-informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta biss f’tikketta diġitali jenħtieġ li tirrifletti l-istat attwali tad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà u s-sitwazzjoni partikolari tal-utenti tad-deterġenti kif ukoll il-livell ta’ tħejjija tal-infrastruttura wireless u infrastruttura teknoloġika oħra meħtieġa li tippermetti aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni . Barra minn hekk, l-informazzjoni kollha tat-tikkettar dwar il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, kif ukoll inkluż l-istruzzjonijiet minimi dwar l-użu tad-deterġenti, jenħtieġ li jibqgħu fuq it-tikketta fiżika, biex l-utenti finali kollha jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati qabel ma jixtru d-deterġent u biex jiġi żgurat l-immaniġġar sikur tiegħu. [Em. 18]

(34)

Madankollu, jenħtieġ li ssir eċċezzjoni Għad-deterġenti mibjugħa lill-utenti finali f’format ta’ rikarika. Sabiex jiġu sfruttati b’mod sħiħ mhux biss il-benefiċċji offruti mid-diġitalizzazzjoni iżda wkoll il-benefiċċji ambjentali kbar f’termini ta’ tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart relatat mill-imballaġġ li toffri l-prattika tal-bejgħ tar-rikariki, jenħtieġ li jkun permess jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha tat-tikkettar tiġi pprovduta tkun disponibbli fuq tikketta disponibbli b’mod diġitali bl-eċċezzjoni tal-istruzzjonijiet separat li jenħtieġ li tkun mehmuża mal-imballaġġ fil-mument tal-rikarika. Dan jenħtieġ li jinkludi l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur. [Em. 19]

(35)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu d-deterġenti fis-suq, u biex jiġu protetti l-utenti finali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ġenerali għat-tikkettar diġitali. Pereżempju, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jiżguraw aċċess liberu u faċli għat-tikketti diġitali , disponibbli permezz ta’ massimu ta’ żewġ għafsiet ta’ buttuna jew klikks, u li l-informazzjoni obbligatorja tat-tikkettar mitluba skont dan ir-Regolament tkun separata minn informazzjoni oħra. [Em. 20]

(36)

Minħabba l-iżvilupp attwali tal-ħiliet diġitali, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jipprovdu wkoll l-informazzjoni tat-tikkettar b’mezzi alternattivi lill-utenti finali meta dawn ma jkunux jistgħu jaċċessaw it-tikketta diġitali. Dan l-obbligu jenħtieġ li jiġi impost bħala miżura ta’ sikurezza biex jitnaqqas kwalunkwe riskju potenzjali minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-informazzjoni tat-tikkettar, b’mod partikolari fir-rigward tad-deterġenti rikarikati, meta l-informazzjoni kollha tista’ tiġi pprovduta f’tikketta diġitali. [Em. 21]

(37)

Peress li d-deterġenti għandhom l-istess użu u jippreżentaw l-istess riskji irrispettivament mill-format li fih jitqiegħdu fis-suq, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq id-deterġenti f’format ta’ rikarika jenħtieġ li jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-istess rekwiżiti bħal dawk imballati minn qabel. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jirċievu l-informazzjoni meħtieġa tat-tikkettar ukoll meta jagħżlu deterġenti rikarikati. Kopja fiżika tat-tikketta jenħtieġ li tkun viżibbli dejjem fil-post tar-rikarika. Għalhekk, il-bejgħ tar-rikariki tad-deterġenti jenħtieġ li jkun kopert b’mod espliċitu minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent u kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi. Sabiex tkompli timxi ’l quddiem it-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li jiġu mħeġġa u promossi l-użu mill-ġdid u r-rikariki tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-manifatturi u d-distributuri finali, meta jkun fattibbli, jippermettu u jiżviluppaw aktar il-bejgħ tad-deterġenti fil-format ta’ rikarika fil-punt tal-bejgħ u jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jagħmlu d-deterġenti disponibbli għall-konsumaturi f’forom oħra ta’ bejgħ sostenibbli, pereżempju billi jagħmlu d-deterġenti disponibbli f’imballaġġ riċiklabbli li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu r-rikarika tal-imballaġġ xieraq fi djarhom, meta jkun possibbli, filwaqt li jiżguraw is-sikurezza tal-konsumaturi. [Em. 22]

(38)

L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta’ deterġent jew ta’ aġent tensjoattiv tul il-katina kollha tal-provvista jgħin biex is-sorveljanza tas-suq issir aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effiċjenti ta’ traċċabbiltà tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq deterġenti jew aġenti tensjoattivi mhux konformi.

(39)

Jenħtieġ li l-manifatturi joħolqu passaport tal-prodotti biex jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv irid jikkonforma magħha. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli fuq id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi u biex l-atturi fil-katina tal-provvista u l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni meħtieġa bħall-ingredjenti u l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-informazzjoni fuq il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li tiġi pprovduta b’mod diġitali u b’mod direttament aċċessibbli, permezz ta’ mezz ta’ data mwaħħal mat-tikketta tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, l-imballaġġ tiegħu jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjah. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-operaturi ekonomiċi u l-utenti finali jkollhom aċċess immedjat għall-informazzjoni dwar il-konformità jew informazzjoni oħra dwar id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv permezz tal-mezz ta’ data.

(39a)

Sabiex jiġu evitati spejjeż għall-kumpaniji u għall-pubbliku li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji usa’, jenħtieġ li l-passaport tal-prodotti, b’mod awtomatiku, ikun speċifiku għall-mudell ta’ deterġent jew ta’ aġenti tensjoattiv. Meta jkun hemm bidliet sostanzjali fil-formula jew meta jkun hemm differenzi fil-kompożizzjoni skont il-lott, il-passaport tal-prodotti jenħtieġ li jkun speċifiku għal-lott. [Em. 23]

(40)

Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-investiment fid-diġitalizzazzjoni mill-atturi kollha involuti, inklużi l-manifatturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, il-passaport tal-prodotti stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun kompletament interoperabbli mal-passaport tal-prodotti meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(41)

B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) …/… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE] jistabbilixxi wkoll rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi għal passaport diġitali tal-prodotti, l-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali tal-Kummissjoni fejn tinħażen l-informazzjoni dwar il-passaporti u l-interkonnessjoni ta’ dak ir-reġistru mas-sistemi tal-IT doganali. Dak ir-Regolament jista’ jinkludi d-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu fuq terminu medju, u b’hekk jirrikjedi li jkun hemm disponibbli għalihom passaport diġitali tal-prodotti.

(42)

Il-passaport tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi maħluq skont dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li jikkonforma mal-istess rekwiżiti u elementi tekniċi bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, inklużi l-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tiegħu tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data.

(43)

Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għad-deterġenti jew għall-aġenti tensjoattivi tirrikjedi passaport tal-prodotti, jenħtieġ li jkun disponibbli meħtieġ passaport tal-prodotti wieħed għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għad-disinn tekniku tal-passaport tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jenħtieġ li jkunu kompatibbli ma’ kriterji ta’ disinn tekniku separati previsti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 24]

(44)

Huwa kruċjali li jiġi ċċarat kemm lill-manifatturi kif ukoll lill-utenti li billi joħloq il-passaport tal-prodotti għad-deterġent jew għall-aġent tensjoattiv u, fejn ikun rilevanti, billi jwaħħal il-markatura CE, il-manifattur jiddikjara li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha u li l-manifattur jieħu r-responsabbiltà sħiħa tiegħu. [Em. 25]

(45)

Meta ċerta informazzjoni tiġi pprovduta biss b’mod diġitali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li din l-informazzjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta separatament u distinta b’mod ċar minn xulxin iżda permezz ta’ mezz ta’ data wieħed. Dan se jiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iżda jipprovdi wkoll ċarezza lill-utenti finali fir-rigward tal-biċċiet differenti ta’ informazzjoni li huma disponibbli għalihom f’format diġitali. [Em. 26]

(46)

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), li jistabbilixxi r-regoli tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, japplika għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi. L-awtoritajiet responsabbli minn dawk il-kontrolli, li fi kważi l-Istati Membri kollha huma l-awtoritajiet doganali, għandhom iwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-gwida korrispondenti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 u l-mod kif l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jorganizzaw lilhom infushom u jwettqu l-attivitajiet tagħhom.

(47)

Minbarra l-qafas ta’ kontrolli stabbilit mill-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw awtomatikament li jeżisti passaport tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi importati soġġetti għal dan ir-Regolament sabiex jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u jiġi evitat li deterġenti u aġenti tensjoattivi mhux konformi jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

(48)

Meta deterġenti u aġenti tensjoattivi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jiġu ppreżentati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, id-dwana jenħtieġ li tiżgura li r-referenza ta’ passaport tal-prodotti ssir disponibbli għall-awtoritajiet doganali mill-operatur ekonomiku u li din ir-referenza tikkorrispondi għal identifikatur uniku tal-prodott li jkun maħżun fir-reġistru tal-passaporti tal-prodotti stabbilit mill-Kummissjoni skont [l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli]. L-interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u s-sistema tal-IT doganali kif previst fl-[Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli] jenħtieġ li tippermetti verifika awtomatika tal-passaport tal-prodotti ppreżentat lid-dwana għal dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv, sabiex jiġi żgurat li deterġenti u aġenti tensjoattivi b’referenza valida għal identifikatur uniku tal-prodott kif inkluż fir-reġistru biss jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(49)

Meta informazzjoni oħra minbarra l-identifikatur uniku tal-prodott u l-identifikatur uniku tal-operatur tiġi maħżuna fir-reġistru tal-passaporti tal-prodott stabbilit skont [l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tistipula f’att delegat, li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jivverifikaw il-konsistenza bejn din l-informazzjoni addizzjonali u l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-operatur ekonomiku lid-dwana, sabiex tittejjeb il-konformità tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi mqiegħda taħt il-proċedura doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma’ dan ir-Regolament.

(50)

L-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti tista’ tippermetti lill-awtoritajiet doganali jarrikkixxu u jiffaċilitaw il-ġestjoni tar-riskju u jippermettu l-immirar aħjar tal-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jirkupraw u jużaw l-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti u fir-reġistru relatat biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkluż għall-ġestjoni tar-riskju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(51)

Huwa xieraq li tiġi prevista l-pubblikazzjoni ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika d-data meta l-interkonnessjoni bejn ir-reġistru u s-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-Iskambju taċ-Ċertifikati tal-UE msemmija fl-[Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] issir operattiva sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għal dik l-informazzjoni.

(52)

Jenħtieġ li l-verifika awtomatika mid-dwana tar-referenza tal-passaport tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni ma tissostitwixxix jew ma timmodifikax ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iżda tikkomplementa biss il-qafas ġenerali għall-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020, iwettqu kontrolli tal-informazzjoni li tinsab fil-passaporti tal-prodotti, verifiki fuq il-prodotti fis-suq u, f’każ ta’ sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-awtoritajiet maħtura għall-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, jiddeterminaw il-konformità u r-riskji serji tal-prodotti skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020.

(53)

Is-sorveljanza tas-suq hija strument essenzjali minħabba li tiżgura l-applikazzjoni xierqa u uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2019/1020 jistabbilixxi l-qafas għas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(54)

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 diġà japplika għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi, peress li r-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa elenkat fl-Anness I tiegħu. Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dawk ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq intern u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq intern previsti fir-Regolament (UE) 2019/1020 japplikaw ukoll għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi koperti b’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawk il-kompiti. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat biex jinkludi referenza għal dan ir-Regolament.

(55)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 kien jipprevedi proċedura ta’ salvagwardja li kienet tippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-ġustifikazzjoni għal miżura meħuda minn Stat Membru kontra deterġenti u aġenti tensjoattivi meqjusa li jikkostitwixxu riskju. Sabiex tiżdied it-trasparenza u jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar, jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja preċedenti, bil-ħsieb li din issir aktar effiċjenti u tkun ibbażata fuq l-għarfien espert disponibbli fl-Istati Membri. Is-sistema preċedenti jenħtieġ li tiġi ssostitwita bi proċedura li biha l-partijiet interessati jiġu infurmati bil-miżuri li jkunu maħsuba li jittieħdu fir-rigward ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għall-ambjent. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu, f’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta’ tali deterġenti u aġenti tensjoattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali u teknika tagħhom, filwaqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta’ deterġent jew aġent tensjoattiv li jippreżenta riskju, tkunx ġustifikata.

(56)

L-esperjenza bir-Regolament (KE) Nru 648/2004 uriet li deterġenti u aġenti tensjoattivi li kienu konformi mar-rekwiżiti applikabbli, f’każijiet speċifiċi kienu ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent. Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jieħdu azzjoni kontra kwalunkwe deterġent jew aġent tensjoattiv li jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, anki meta jkun konformi mar-rekwiżiti legali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali u teknika tagħhom, filwaqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi konformi li Stat Membru jsib li jippreżentaw riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent tkunx ġustifikata.

(57)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku jew ta’ evidenza xjentifika ġdida, u tal-livell ta’ prontezza diġitali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-supplimentazzjoni ulterjuri tar-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettar diġitali; l-emendar tal-informazzjoni tat-tikkettar li tista’ tiġi pprovduta f’format diġitali biss; l-emendar tal-limitu tal-fwejjaħ allerġeniċi meta jiġu stabbiliti limiti ta’ konċentrazzjoni individwali bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni tal-fwieħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009; l-emendar tar-rekwiżiti eżistenti ta’ bijodegradabbiltà biex jiġu introdotti rekwiżiti ta’ bijodegradabbiltà għal sustanzi u taħlitiet għajr aġenti tensjoattivi fid-deterġenti (inklużi kapsuli ta’ deterġenti) meta evidenza xjentifika ġdida tkun teħtieġ dan; u l-emendar tal-Annessi I sa VII. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa wkoll li temenda l-informazzjoni speċifika li jenħtieġ li tiġi inkluża fil-passaport tal-prodotti, kif ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-reġistru tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-informazzjoni addizzjonali maħżuna fir-reġistru li għandha tiġi kkontrollata mill-awtoritajiet doganali. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-awtoritajiet doganali fir-rigward tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi u tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw dan ir-Regolament billi tipprovdi Anness li jkun fih lista ta’ kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u deskrizzjonijiet tal-prodott tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi u billi taġġorna dan l-Anness.

(58)

Meta tadotta atti delegati skont dan ir-Regolament, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(59)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati għall-passaport tal-prodotti għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(60)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u tal-ħtieġa li jittieħed kont ta’ żviluppi ġodda bbażati fuq fatti xjentifiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta inter alia jekk dan ir-Regolament ikunx qed jilħaq l-objettivi tiegħu, b’kont meħud tal-impatti fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. [Em. 27]

(61)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, titrawwem l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-kompetittività, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta r-rekwiżiti tas-sikurezza għad-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi u l-possibbiltà li jiġi permess l-użu ta’ mikroorganiżmi jew ta’ razez ta’ mikroorganiżmi ġodda fid-deterġenti , jew li jirrestrinġu l-preżenza ta’ xi wħud minnhom, fejn ikun meħtieġ . [Em. 28]

(61a)

Sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija kompletament ċirkolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-introduzzjoni ta’ miri għall-materja prima rinnovabbli sostenibbli u għall-kontenut riċiklat għad-deterġenti. [Em. 29]

(62)

Dan ir-Regolament jintroduċi l-possibbiltà li r-rekwiżiti obbligatorji kollha tat-tikkettar jew parti minnhom jiġu pprovduti biss f’tikketti diġitali f’ċerti sitwazzjonijiet u jirrikjedi l-ħolqien ta’ passaport diġitali tal-prodotti għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi previst żmien suffiċjenti għall-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu u għall-Kummissjoni biex tħejji l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi tal-passaport tal-prodotti. Konsegwentement, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għal data meta dawk it-tħejjijiet ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati b’mod raġonevoli.

(63)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi evitat l-iskart, l-operaturi ekonomiċi jeħtieġ li jkunu jistgħu jbigħu l-istokk li jkun jew fil-katina tad-distribuzzjoni jew maħżun fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali li jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi li jkunu ġew introdotti fis-suq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 648/2004 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr ma dawk il-prodotti jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti b’dan ir-Regolament. Id-distributuri jenħtieġ għalhekk li jkunu jistgħu jfornu deterġenti u aġenti tensjoattivi li jkunu ġew introdotti fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jkun jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(64)

Jenħtieġ li jsiru wkoll arranġamenti tranżizzjonali li jippermettu l-introduzzjoni fis-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi li fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikunu għadhom ma humiex fil-katina tad-distribuzzjoni mingħajr ma dawk il-prodotti jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, dment li fiż-żmien tal-introduzzjoni tagħhom fis-suq ikunu għadhom konformi mar-Regolament (KE) Nru 648/2004. Il-manifatturi u l-importaturi għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jintroduċu fis-suq deterġenti u aġenti tensjoattivi, jiġifieri stokk li għadu mhux fil-katina tad-distribuzzjoni, wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(65)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiżgura li d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-moviment liberu ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi fis-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.

2.   Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-atti legali li ġejjin:

(a)

ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(b)

ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(c)

ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“deterġent” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

sustanza, taħlita jew mikroorganiżmu, jew żewġ materjali jew aktar minn dawn flimkien, li huma maħsuba għat-tindif ta’ drappijiet, platti jew superfiċi;

taħlita maħsuba għat-tgħaddis (qabel il-ħasla), it-tlaħliħ jew l-ibbliċjar ta’ drappijiet jew platti;

taħlita maħsuba biex timmodifika ir-riħa tad-drapp, jew kif jinħass id-drapp , fi proċessi li għandhom jikkomplementaw il-ħasil tad-drapp; [Em. 30]

(2)

“deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur” tfisser deterġent għall-ħwejjeġ li jiġi introdott fis-suq għall-użu minn persuni mhux professjonisti, inkluż fil-laundrettes pubbliċi;

(3)

“deterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur” tfisser deterġent introdott fis-suq għall-użu f’magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi minn persuni mhux professjonisti;

(3a)

“prodott tat-tindif tas-superfiċi ibsin” tfisser kwalunkwe prodott tat-tindif b’użi multipli, prodott tat-tindif tal-kċina, prodott tat-tindif tat-twieqi jew prodott tat-tindif tal-kamra tal-banju; [Em. 31]

(3b)

“deterġent tal-ħasil tal-platti bl-idejn għall-konsumatur” tfisser deterġent użat għat-tindif ta’ platti, pożati u utensili oħra tal-kċina bl-idejn, li jiġi introdott fis-suq għall-użu minn persuni mhux professjonali; [Em. 32]

(3c)

“deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali” tfisser deterġent tal-ħwejjeġ introdott fis-suq għall-użu minn persunal speċjalizzat barra mill-isfera domestika; [Em. 33]

(3d)

“deterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali” tfisser deterġent introdott fis-suq għall-użu minn persunal speċjalizzat f’magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi barra mill-isfera domestika. [Em. 34]

(4)

“deterġent li fih il-mikroorganiżmi” tfisser deterġent li fih mikroorganiżmu wieħed jew aktar ikun ġie miżjud intenzjonalment, waħdu jew permezz ta’ wieħed mill-komponenti tad-deterġent;

(5)

“deterġent professjonali” tfisser deterġent għat-tindif barra mill-isfera domestika, imwettaq minn persunal speċjalizzat bl-użu ta’ prodotti speċifiċi;

(6)

“tindif” tfisser il-proċess li bih depożitu mhux mixtieq jitneħħa minn substrat jew minn ġo substrat u jinġieb fi stat ta’ soluzzjoni jew dispersjoni , inkluż bl-użu ta’ mikroorganiżmi ; [Em. 35]

(7)

“sustanza” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(8)

“taħlita” tfisser taħlita kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(9)

“mikroorganiżmu” tfisser mikroorganiżmu kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012;

(10)

“mikroorganiżmi ġenetikament modifikati” tfisser mikroorganiżmi li fihom il-materjal ġenetiku jkun inbidel bl-użu ta’ teknoloġija taċ-ċelloli jew tal-inġinerija ġenetika jew bi kwalunkwe mod ieħor li ma jseħħx b’mod naturali permezz ta’ tgħammir jew rikombinazzjoni naturali.

(11)

“aġent tensjoattiv” tfisser kwalunkwe sustanza organika jew taħlita użata fid-deterġenti, li għandha proprjetajiet tensjoattivi u li tikkonsisti minn grupp idrofiliku wieħed jew aktar u minn grupp idrofobiku wieħed jew aktar ta’ tali natura u daqs li kapaċi twettaq l-azzjonijiet kollha li ġejjin:

tnaqqas it-tensjoni tas-superfiċe tal-ilma taħt 45 mN/m;

tifforma monosaffi ta’ tixrid jew ta’ adsorbiment fl-interfaċċja ilma-arja;

tifforma emulsjonijiet u/jew mikroemulsjonijiet u/jew miċelli;

tadsorbi fl-interfaċċji ilma-solidi;

(12)

“bijodegradazzjoni aerobika finali” tfisser il-livell ta’ bijodegradazzjoni miksub meta s-sustanza jew it-taħlita tintuża totalment minn mikroorganiżmi fil-preżenza ta’ ossiġenu li jirriżulta fid-dekompożizzjoni tagħha f’diossidu tal-karbonju, ilma u imlieħ minerali ta’ kwalunkwe element ieħor preżenti, kif imkejjel bil-metodi ta’ ttestjar elenkati fl-Anness I, u kostitwenti ċellulari mikrobiċi ġodda;

(13)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas;

(14)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser l-ewwel tqegħid fis-suq tal-Unjoni;

(15)

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura jew li jkollha deterġent jew aġent tensjoattiv iddisinjat jew immanifatturat, u li tintroduċi dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq taħt isimha jew it-trademark tagħha;

(16)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;

(17)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi deterġent jew aġent tensjoattiv minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(18)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq;

(19)

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur;

(20)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u leġiżlazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-interess pubbliku kopert b’dik il-leġiżlazzjoni ; [Em. 36]

(21)

“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 4 , tar-Regolament (UE) 2019/1020 bħala r-responsabbli għall-organizzazzjoni u t-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ; [Em. 37]

(22)

“sejħa lura” tfisser sejħa lura kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 22 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(23)

“irtirar” tfisser irtirar kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 23 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(24)

“markatura CE” tfisser markatura li permezz tagħha l-manifattur jindika li d-deterġent huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha; [Em. 38]

(25)

miżura azzjoni korrettiva” tfisser miżura azzjoni kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 16 , tar-Regolament (UE) 2019/1020 (18); [Em. 39]

(26)

“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(27)

“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor ta’ ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;

(28)

“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri li tippermetti l-identifikazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ prodott u li tippermetti wkoll link web għall-passaport tal-prodotti; [Em. 40]

(29)

“identifikatur uniku tal-operatur” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tal-atturi involuti fil-katina tal-valur tal-prodotti; [Em. 41]

(30)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt 1 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(31)

“Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-Iskambju taċ-Ċertifikati tal-UE” tfisser is-sistema msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(32)

“imballaġġ individwali” tfisser imballaġġ li fih id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jitqiegħed fis-suq u li jkun maħsub biex jakkumpanja l-kontenut fil-post tal-użu;

(33)

“rikarika” tfisser l-operazzjoni li biha d-deterġent jimtela fil-ħanut minn kontenitur kbir fil-pakkett tal-utenti finali stess manwalment jew permezz ta’ tagħmir awtomatiku jew semiawtomatiku konsumatur jew utent professjonali jimla imballaġġ b’deterġent offrut minn fornitur matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas ; [Em. 42]

(34)

“lott” tfisser kwantità definita ta’ prodotti lesti li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

tiġi prodotta fi proċess ta’ manifattura wieħed jew f’serje ta’ proċessi matul l-istess ċiklu ta’ manifattura;

tkun maħsuba biex ikollha kompożizzjoni uniformi meta tiġi ttestjata f’konformità mal-istess metodi ta’ ttestjar; u

tkun iddefinita b’mod ċar minn numru tat-tip, numru tal-lott jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħha.

(34a)

“mudell” tfisser grupp ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu fir-responsabbiltà tal-istess manifattur,

ikollhom l-istess kontenut, skont il-Parti A tal-Anness V, u jkunu manifatturati bl-użu tal-istess proċessi ta’ manifattura;

ikun maħsuba li jkollhom kompożizzjoni uniformi meta jiġu ttestjati skont l-istess metodi ta’ ttestjar; u

ikunu definiti b’mod ċar b’numru tat-tip jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. [Em. 43]

(35)

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika residenti jew stabbilita fl-Unjoni, li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha jew bħala konsumatur barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha.

KAPITOLU II

REKWIŻITI TAL-PRODOTTI

Artikolu 3

Moviment liberu

1.   Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jistgħu jiġu introdotti fis-suq jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament biss.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu l-introduzzjoni fis-suq ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Bijodegradabbiltà

1.   Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ bijodegradabbiltà stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn aġenti tensjoattivi li huma sustanzi attivi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u li jintużaw bħala diżinfettanti meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 44]

(a)

aġenti tensjoattivi li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (c) approvati kif stabbilit fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u li jintużaw bħala diżinfettanti meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: ; [Em. 45]

(i)

l-aġenti tensjoattivi huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati kif stabbilit fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012; [Em. 46]

(ii)

l-aġenti tensjoattivi huma inklużi fil-programm ta’ rieżami kif stabbilit fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014  (20) ; [Em. 47]

(b)

aġenti tensjoattivi li huma kostitwenti huma inklużi fil-programm ta’ prodotti bijoċidali awtorizzati f’konformità mar-Regolament rieżami kif stabbilit fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2012 1062/2014  (21) ; [Em. 48]

(c)

aġenti tensjoattivi li huma kostitwenti ta’ prodotti bijoċidali u li jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw f’konformità mal-Artikolu 89(2) 55 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. [Em. 49]

2a.     Sa... [4 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat f’konformità mat-tieni subparagrafu] l-ingredjenti organiċi tad-deterġenti għajr l-aġenti tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli b’mod inerenti.

Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex tissupplimenta l-Anness I bi kriterji tal-bijodegradabbiltà b’mod inerenti u metodi tal-ittestjar għall-kostitwenti għajr għall-aġenti tensjoattivi.

Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex tippermetti l-użu ta’ sustanzi fid-deterġenti li ma jikkonformawx mal-kriterji tal-bijodegradabbiltà stabbiliti f’konformità mal-Anness I.

Meta tadotta atti delegati f’konformità mat-tieni u t-tielet subparagrafi, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki tal-manifattura, id-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli, l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-impatt fuq is-saħħa u l-ambjent. [Em. 50]

2b.     Sa... [sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat f’konformità mat-tieni subparagrafu], il-film li jinħall fl-ilma ta’ madwar id-deterġenti għandu jkun degradabbli.

Sa... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex tissupplimenta l-Anness I bi kriterji u metodi ta’ ttestjar għad-degradabbiltà tal-film li jinħall fl-ilma ta’ madwar id-deterġenti. [Em. 51]

Artikolu 5

Deterġenti li fihom il-mikro-organiżmi

Id-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 6

Limitazzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosforu

Id-deterġenti elenkati fl-Anness III għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosforu stabbiliti f’dak l-Anness.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal deterġenti li huma prodotti bijoċidali industrijali fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew apparati mediċi fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/745  (22) . [Em. 52]

Il-preżenza mhux intenzjonata fl-aġenti tensjoattivi u fid-deterġenti ta’ fosfati u ta’ komposti tal-fosforu oħra li jirriżultaw mill-impuritajiet tal-ingredjenti, mill-proċess tal-manifattura jew mill-ħżin jew mill-migrazzjoni mill-imballaġġ, għandha tiġi ttollerata jekk dik il-preżenza tkun teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u, minkejja din il-preżenza, dawk l-aġenti tensjoattivi u deterġenti jkunu sikuri. [Em. 53]

Artikolu 6a

Ittestjar fuq l-annimali

1.     Is-sikurezza tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi u l-konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti billi jintużaw metodi ta’ approċċ ġodda li jinvolvux l-annimali validati u adottati fil-livell tal-Unjoni.

2.     Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali skont l-Artikolu 1 (1), dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

L-introduzzjoni fis-suq ta’ deterġenti u ta’ aġenti tensjoattivi fejn il-formulazzjoni finali jew l-ingredjenti jew it-taħlita ta’ ingredjenti kienu s-suġġett ta’ ttestjar fuq l-annimali, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-prestazzjoni fl-Unjoni tal-ittestjar fuq l-annimali ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi lesti jew ingredjenti jew taħlitiet ta’ ingredjenti bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.     Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu applikabbli mingħajr preġudizzju għad-dritt rilevanti tal-Unjoni, u ma għandhomx jipprevjenu l-użu ta’ data miksuba qabel.... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

4.     F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn jinqala’ tħassib fir-rigward tas-sikurezza ta’ ingredjent tad-deterġent, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tagħti deroga mill-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni tista’ taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta’ talba motivata minn operatur ekonomiku jew Stat Membru.

Meta l-Kummissjoni taġixxi abbażi ta’ talba motivata minn operatur ekonomiku jew Stat Membru, dik it-talba għandha tinkludi evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u tindika l-miżuri meħtieġa. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat xjentifiku, Aġenzija jew korp rilevanti, tadotta deċiżjoni li tawtorizza d-deroga.

Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dik id-deroga f’termini ta’ għanijiet speċifiċi, tul taż-żmien u rappurtar tar-riżultati. Deroga tista’ tiġi konċessa biss meta:

(a)

l-ingredjent ikun jintuża b’mod mifrux u ma jistax jiġi mibdul b’ingredjent ieħor li jkun kapaċi jwettaq funzjoni simili;

(b)

il-problema tas-saħħa tal-bniedem tkun sostanzjata u l-ħtieġa li jitwettqu testijiet fuq l-annimali tkun ġustifikata u tkun appoġġjata minn protokoll dettaljat ta’ riċerka propost bħala l-bażi għall-evalwazzjoni. [Em. 54]

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jintroduċu deterġenti jew aġenti tensjoattivi fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawk id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi jkunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija f’dak l-Anness.

Meta l-konformità ta’ deterġent jew ta’ aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz tal-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-manifatturi għandhom:

(a)

joħolqu passaport tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 18,

(b)

jiżguraw li l-mezz ta’ data jkun stampat jew inkella mqiegħed fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv b’mod viżibbli u li jinqara f’konformità mal-Artikolu 18(3),

(c)

fejn rilevanti, iwaħħlu l-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 14, [Em. 55]

(d)

qabel ma jintroduċu deterġenti jew aġenti tensjoattivi fis-suq, il-manifatturi għandhom jinkludu referenza tal-passaport tal-prodotti fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1).

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu , u fejn ikun meħtieġ jaġġornaw id-dokumentazzjoni d-dokumentazzjoni teknika u l-passaport tal-prodotti għal 10 snin wara li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv kopert minn dik id-dokumentazzjoni jew mill-passaport tal-prodotti jkun ġie introdott fis-suq. [Em. 56]

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi. Il-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u l-bidliet fil-metodi ta’ ttestjar li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ prodott għandhom jitqiesu b’mod adegwat.

Meta jitqies xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta’, jew tar-riskji ppreżentati minn, deterġent jew aġent tensjoattiv, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

5.   Il-manifatturi li jintroduċu fis-suq deterġenti jew aġenti tensjoattivi għandhom jiżguraw li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ tikkettar stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17.

6.   Il-manifatturi li jintroduċu fis-suq deterġenti li ma jissodisfawx il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandhom jipprovdu lill-korpi maħtura tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament, l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti imsemmija fil-punt 2.2(e) tal-Anness IV.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti lill-korpi maħtura tal-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fuq talba mill-korpi maħtura tal-Istati Membri fil-mument tal-introduzzjoni ta’ deterġent fis-suq ; [Em. 57]

(b)

meta d-deterġent li għalih tkun diġà ntalbet nkisbet skeda tad-data ma jibqax jikkorrispondi mal-informazzjoni inkluża f’dik l-iskeda tad-data. [Em. 58]

Il-korp maħtur imsemmi fl-ewwel subparagrafu u l-persunal mediku li lilu tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni li tinsab fl-iskeda tad-data għandhom iżommuha kunfidenzjali u jużawha għal skopijiet mediċi biss.

7.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu immedjatament il-miżuri l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv jinġieb konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-manifatturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, huma għandhom jinfurmaw immedjatament dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura azzjoni korrettiva meħuda. [Em. 59]

7a.     Il-manifatturi għandhom, fuq talba, jaqsmu l-informazzjoni rilevanti b’mod f’waqtu mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, inklużi d-distributuri, l-importaturi u r-rappreżentanti awtorizzati, fil-katina tal-provvista kkonċernata dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ konformità jew riskju għas-saħħa jew għall-ambjent li jkunu identifikaw fir-rigward tal-prodott tagħhom, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva, sejħa lura jew irtirar konsegwenti. [Em. 60]

8.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat fuq karta jew f’forma elettronika, meħtieġa biex juru l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma’ dan ir-Regolament, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità . L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti għandhom jiġu pprovduti fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba . Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv li huma jkunu introduċew fis-suq. [Em. 61]

8a.     Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom, bħal numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika jew sezzjoni ddedikata tas-sit web tagħhom, disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà u jippermettu lill-utenti finali jissottomettu lmenti jew tħassib dwar nuqqas ta’ konformità potenzjali tal-prodotti jew kwistjonijiet ta’ sikurezza. [Em. 62]

Artikolu 8

Rappreżentant awtorizzat

1.   Il-manifatturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat. Il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat għandu jkun validu biss meta jiġi aċċettat bil-miktub mir-rappreżentant awtorizzat. [Em. 63]

2.   Meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jista’ jiġi introdott fis-suq tal-Unjoni biss jekk il-manifattur jaħtar, b’mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat.

2a.     Il-manifatturi li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-indirizz postali u tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat tagħhom. [Em. 64]

3.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba. [Em. 65]

Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

jivverifika li l-passaport tal-prodotti jkun inħoloq f’konformità mal-Artikolu 7(2), il-punt (a), li d-dokumentazzjoni teknika tkun tfasslet u l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur f’konformità mal-Artikolu 7(2);

(b)

iżomm il-passaport tal-prodotti u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv kopert minn dawk id-dokumenti jkun ġie introdott fis-suq;

(c)

wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament , fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tat-talba u b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità ; [Em. 66]

(d)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

(e)

itemm il-mandat jekk il-manifattur ma jikkonformax mal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament u jinforma, fi żmien 20 jum tax-xogħol, lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-manifattur dwar it-terminazzjoni tal-mandat ; [Em. 67]

(ea)

meta r-rappreżentant awtorizzat jikkunsidra jew ikollu raġuni li jemmen li deterġent jew prodott tensjoattiv jippreżenta sogru għas-saħħa jew għall-ambjent, jinforma lill-manifattur b’dan. [Em. 68]

3a.     Meta jinbidel ir-rappreżentant awtorizzat, l-arranġamenti dettaljati relatati ma’ dik il-bidla għandhom jiġu stabbiliti f’mandat f’konformità mal-paragrafi 1, 2, u 3. [Em. 69]

4.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq biss deterġenti jew aġenti tensjoattivi konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

il-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2);

(b)

id-deterġent ikollu l-markatura CE msemmija fl-Artikolu 14; [Em. 70]

(c)

il-manifattur ikun ħoloq il-passaport tal-prodotti msemmi fl-Artikolu 7(2);

(d)

l-informazzjoni rilevanti fuq il-passaport tal-prodotti tkun ġiet inkluża fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1);

3.   Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li deterġent jew aġent tensjoattiv ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux jintroduċi d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, l-importatur għandu jinforma b’dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u , l-indirizz postali u tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon li fihom li fih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq it-tikketta tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għandhom ikunu ċari, ikunu jistgħu jinftiehmu u jinqraw . [Em. 71]

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li jintroduċu fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ tikkettar stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17.

6.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jipperikolawx il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament.

7.   Meta jitqies xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ deterġent jew ta’ aġent tensjoattiv jew tar-riskji ppreżentati minnhom, l-importaturi għandhom iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

8.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu immedjatament jinformaw lill-manifattur u lill-awtoritajiet kompetenti u jikkooperaw magħhom u għandhom immedjatament il-miżuri jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv jinġieb konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, huma għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura azzjoni korrettiva meħuda. [Em. 72]

8a.     L-importaturi għandhom, fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jaqsmu l-informazzjoni rilevanti b’mod f’waqtu mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, inklużi d-distributuri u r-rappreżentanti awtorizzati, fil-katina tal-provvista kkonċernata rigward kwalunkwe kwistjoni ta’ konformità jew riskju għas-saħħa jew għall-ambjent li jkunu identifikaw fir-rigward tal-prodott tagħhom, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva, sejħa lura jew irtirar konsegwenti. [Em. 73]

9.   L-importaturi għandhom iżommu r-referenza għall-identifikatur uniku tal-prodott għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ 10 snin wara li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun ġie introdott fis-suq u għandhom jiżguraw li fuq talba, id-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.

10.   L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f’forma stampata jew elettronika format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat , meħtieġa biex juru l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma’ dan ir-Regolament, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità . L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti għandhom jiġu pprovduti fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba . Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv li huma jkunu introduċew fis-suq. [Em. 74]

10a.     L-importaturi għandhom jivverifikaw jekk il-mezzi ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(8a) humiex pubblikament disponibbli għall-konsumaturi, biex b’hekk jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti jew tħassib rigward in-nuqqas ta’ konformità potenzjali tal-prodotti. Meta tali mezzi ma jkunux disponibbli, l-importaturi għandhom jipprevedu tali mezzi, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà. [Em. 75]

Artikolu 10

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.   Qabel ma jqiegħdu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn tikketta li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17;

(b)

id-deterġent ikollu l-markatura CE msemmija fl-Artikolu 14; [Em. 76]

(c)

il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2) u (3) jew, kif applikabbli, l-importatur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2).

3.   Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li deterġent jew aġent tensjoattiv ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, id-distributur ma għandux iqiegħed id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, id-distributur għandu jinforma b’dan lill-manifattur u, fejn ikun rilevanti, lir-rappreżentant awtorizzat jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jipperikolawx il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament.

5.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom immedjatament jinfurmaw lill-manifattur jew lill-importatur u jikkooperaw magħhom, skont il-każ, u lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv jinġieb konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu qiegħdu fis-suq jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, huma għandhom jinfurmaw immedjatament dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u ta’ kwalunkwe miżura azzjoni korrettiva meħuda. [Em. 77]

6.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat fuq karta jew f’forma elettronika, meħtieġa biex juru l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma’ dan ir-Regolament . L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti għandhom jiġu pprovduti fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba . Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġenti u aġenti tensjoattivi li huma jkunu qiegħdu fis-suq. [Em. 78]

Artikolu 11

Każijiet li fihom l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7 meta dak l-importatur jew distributur jintroduċi deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq taħt ismu jew it-trademark tiegħu jew jimmodifika deterġent jew aġent tensjoattiv li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’tali mod li l-konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi affettwata.

Artikolu 12

Imballaġġ u imballaġġ mill-ġdid minn importaturi u distributuri

Meta importatur jew distributur jimballa jew jimballa mill-ġdid deterġent jew aġent tensjoattiv u ma jkunx soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 11, dak l-importatur jew distributur, kif applikabbli, għandu jkollu l-obbligi li ġejjin:

(a)

li jiżgura li l-imballaġġ ikollu fuqu ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata u , l-indirizz postali tiegħu u tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon fejn jista’ jiġi kkuntattjat, preċeduti mill-kliem “imballat minn” jew “imballat mill-ġdid minn”; [Em. 79]

(b)

li jiżgura l-konformità mal-Artikoli 14 sa 17;

(c)

li jżomm ir-referenza għall-identifikatur uniku tal-prodott għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li jkun qiegħed id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq.

Artikolu 13

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq:

(a)

kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun forniehom b’deterġent jew aġent tensjoattiv;

(b)

kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu fornew deterġent jew aġent tensjoattiv.

2.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bid-deterġent jew l-aġent tensjoattiv u għal 10 snin wara li jkunu fornew id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv.

KAPITOLU IV

MARKATURA U TIKKETTAR CE

Artikolu 14

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-markatura CE

1.   Il-markatura CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Il-markatura CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġġibbli u li ma titħassarx qabel ma deterġent jiġi introdott fis-suq.

Il-markatura CE għandha titwaħħal mat-tikketta jew mal-imballaġġ ta’ deterġent jew, meta d-deterġent jiġi fornut bl-ingrossa, ma’ dokument li jakkumpanja d-deterġent.

Meta, f’konformità mal-Artikolu 16(2), l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu tikketta diġitali biss, il-markatura CE għandha tiġi pprovduta fuq it-tikketta diġitali.

3.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola l-markatura CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux xieraq ta’ dik il-markatura. [Em. 80]

Artikolu 15

Rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar

1.   Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li jitqiegħdu fis-suq f’imballaġġ individwali jew f’format ta’ rikarika għandhom ikunu akkumpanjati minn tikketta.

2.   Operatur ekonomiku li jqiegħed deterġent fis-suq direttament lil utent finali f’format ta’ rikarika għandu jipprovdi t-tikketta fiżika jew il-mezz u l-mezz ta’ data li permezz tiegħu t-tikketta diġitali tkun aċċessibbli għall-utent finali. [Em. 81]

3.   It-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

numru tat-tip , numru tal-mudell , numru tal-lott jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom; [Em. 82]

(b)

l-isem tal-manifattur u, meta rilevanti, l-isem tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur , l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur u , l-indirizz postali u tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon li fih jistgħu jiġu kkuntattjati. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku li fih jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur; [Em. 83]

(c)

l-isem u l-isem kummerċjali tal-prodott;

(d)

il-kontenut tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv f’konformità mal-parti A tal-Anness V;

(e)

l-istruzzjonijiet għall-użu u prekawzjonijiet speċjali, fejn ikun meħtieġ u rilevanti.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tidher fuq id-dokumenti kollha li jakkumpanjaw id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi ttrasportati bl-ingrossa.

4.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, it-tikketta tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandu jkun fiha informazzjoni dwar id-dożaġġ f’konformità mal-parti B tal-Anness V.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli , u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1.2.1.4 u 1.2.1.5 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 . It-tikketta għandha tkun aċċessibbli għal skopijiet ta’ spezzjoni meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikunu mqiegħda fis-suq. [Em. 84]

5a.     Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva.../… [id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sostanzjar u l-komunikazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali espliċiti (id-Direttiva dwar l-asserzjonijiet ekoloġiċi) COM/2023/166 final], it-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi tista’ tirrapporta l-fatt li ma jkun twettaq l-ebda test fuq l-annimali biss jekk il-manifattur u l-fornituri tiegħu, fejn din l-informazzjoni tista’ tiġi identifikata mill-manifattur bl-isforzi raġonevoli kollha, ma jkunu wettqu jew ikkummissjonaw l-ebda test fuq l-annimali fuq id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv lest, jew il-prototip tiegħu, jew fl-ebda ingredjent fih, u ma jkunu użaw l-ebda ingredjent li jkun ġie ttestjat fuq l-annimali minn oħrajn bil-għan li jiġu żviluppati deterġenti jew aġenti tensjoattivi ġodda. It-tikketta tista’ tirrapporta biss il-fatt li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv huwa “vegan” jew “ma jinvolvix annimali” jekk ma jkun intuża l-ebda ingredjent derivat mill-annimali jew prodott sekondarju mill-annimali fil-produzzjoni u l-iżvilupp tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv. [Em. 85]

Artikolu 16

Forom ta’ tikkettar

1.   Meta d-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi jitqiegħdu fis-suq, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mill-elementi tat-tikketta stabbiliti fl-Artikolu 15(3) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 15(4) fil-forma li ġejja:

(a)

fuq tikketta fiżika jew ; [Em. 86]

(b)

fuq tikketta diġitali u duplikati fuq tikketta fiżika.

B’deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-elementi tat-tikkettar stabbiliti fil-Parti C tal-Anness V ma għandhomx għalfejn jiġu duplikati fuq it-tikketta fiżika. Barra minn hekk, Meta l-informazzjoni dwar id-dożaġġ għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur f’konformità mal-punti 1 u 2 tal-parti B tal-Anness V tiġi pprovduta fuq it-tikketta diġitali, tista’ tiġi pprovduta grilja tad-dożaġġ simplifikata kif stabbilit fil-parti D tal-Anness V fuq it-tikketta fiżika. [Em. 87]

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, Meta d-deterġenti jitqiegħdu fis-suq direttament lil utent għall-utent finali f’format ta’ rikarika, l-operatur għandu jiżgura li l-elementi tat-tikketta stabbiliti fl-Artikolu 15(3) u (4) jistgħu jiġu pprovduti f’tikketta diġitali biss, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni dwar id-dożaġġ għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur kif stabbilit fil-punti 1 u 2 tal-parti B tal-Anness V, li jeħtieġ li tiġi pprovduta wkoll fuq tikketta fiżika 15(2), (3) u (4) ikunu mwaħħla mal-imballaġġ . [Em. 88]

Artikolu 17

Rekwiżiti għat-tikkettar diġitali

1.   Meta d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jkollhom tikketta diġitali f’konformità mal-Artikolu 16, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal dik it-tikketta:

(a)

l-elementi kollha tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 15(3) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 15(4) għandhom jiġu pprovduti f’post wieħed u separati minn informazzjoni oħra;

(b)

l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali għandha tkun tista’ tiġi mfittxija faċilment ; [Em. 89]

(c)

l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali għandha tkun aċċessibbli għall-utenti kollha fl-Unjoni;

(d)

it-tikketta diġitali għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas, mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni minn qabel, tniżżil jew installazzjoni ta’ applikazzjonijiet, jew li tipprovdi password;

(e)

l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali għandha tiġi ppreżentata b’mod f’format li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli , inklużi l-persuni b’diżabbiltà, u jappoġġaw u jappoġġa, kif rilevanti, l-adattamenti meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni minn dawk il-gruppi; [Em. 90]

(f)

it-tikketta diġitali għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ teknoloġiji diġitali użati b’mod wiesa’ u għandha tkun kompatibbli mas-sistemi operattivi u l-browsers ewlenin kollha;

(g)

meta t-tikketta diġitali tkun disponibbli f’aktar minn lingwa waħda, l-għażla tal-lingwa ma għandhiex tkun ikkundizzjonata mill-pożizzjoni ġeografika tal-utent finali;

(h)

it-tikketta diġitali għandha tibqa’ disponibbli għal perjodu ta’ 10 snin mill-mument li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jiġi introdott fis-suq, anki f’każijiet ta’ insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li jkun ħoloqha, jew għal perjodu itwal kif meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tkopri l-informazzjoni li jkun fiha;

(i)

l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali għandha tkun aċċessibbli faċilment permezz tal-mezz ta’ data. [Em. 91]

2.   Il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti b’mod li jidher, li jinqara u li ma jitħassarx fuq id-deterġent jew fuq l-aġent tensjoattiv, l-imballaġġ tagħhom jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom , b’mod li jippermettilu jkun ipproċessat awtomatikament minn apparati diġitali . [Em. 92]

Minbarra r-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu, meta d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jitqiegħdu fis-suq f’format ta’ rikarika, il-mezz ta’ data għandu jkun preżenti fuq l-istazzjon ta’ rikarika.

Il-mezz ta’ data għandu jkun viżibbli b’mod ċar għall-utent finali qabel kwalunkwe xiri u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż, fejn applikabbli, f’każijiet fejn id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun disponibbli permezz ta’ bejgħ mill-bogħod.

3.   Meta l-operaturi ekonomiċi jipprovdu tikketta diġitali, il-mezz ta’ data għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “ Jekk jogħġbok skennja għal informazzjoni aktar komprensiva dwar il-prodott hija disponibbli online” jew minn dikjarazzjoni simili. [Em. 93]

4.   L-operaturi ekonomiċi li jipprovdu tikketta diġitali ma għandhomx jittraċċaw, janalizzaw jew jużaw kwalunkwe informazzjoni dwar l-użu għal finijiet oħra għajr dak li jkun assolutament meħtieġ għall-għoti tal-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali online. [Em. 94]

5.   L-operaturi ekonomiċi li jipprovdu tikketta diġitali għandhom jipprovdu l-informazzjoni preżenti fit-tikketta diġitali b’mezzi oħra u mingħajr ħlas fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: [Em. 95]

(a)

fuq talba orali jew bil-miktub mill-utent finali;

(b)

meta t-tikketta diġitali ma tkunx disponibbli b’mod temporanju, inkluż fil-ħin tax-xiri.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu indipendentement minn xiri ta’ deterġent jew ta’ aġent tensjoattiv u mingħajr ħlas.

KAPITOLU V

PASSAPORT TAL-PRODOTTI

Artikolu 18

Passaport tal-prodotti

1.   Qabel ma jintroduċu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, il-manifatturi għandhom joħolqu passaport tal-prodotti għal dawk il-prodotti. Il-passaport tal-prodotti għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19.

Dan l-obbligu għandu japplika 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 9. [Em. 96]

2.   Il-passaport tal-prodotti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huwa għandu jikkorrispondi għal mudell speċifiku, li għandu jiġi aġġornat meta jsiru bidliet għal-lista ta’ ingredjenti, jew fejn xieraq, għal lott speċifiku tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv; [Em. 97]

(b)

huwa għandu jiddikjara li tkun intweriet il-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u, fejn rilevanti, jindika l-metodi ta’ ttestjar użati;

(c)

huwa għandu jkun fih tal-anqas l-informazzjoni inkluża fl-Anness VI;

(d)

għandu jkun aġġornat , preċiż u komplut ; [Em. 98]

(e)

huwa għandu jkun disponibbli fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jiġi introdott jew jitqiegħed fis-suq;

(f)

huwa għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi, għall-utenti finali , għall-manifatturi, għall-importaturi, għad-distributuri, għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali , għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, għall-awtoritajiet doganali, għall-Kummissjoni u għal , operaturi ekonomiċi oħra u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-riċerkaturi ; [Em. 99]

(g)

huwa għandu jkun disponibbli għal perjodu ta’ 10 snin wara li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jiġi introdott fis-suq, anki f’każijiet ta’ insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li jkun ħoloq il-passaport tal-prodott;

(h)

huwa għandu jkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data;

(i)

huwa għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi u tekniċi stabbiliti skont il-paragrafu 8 9 . [Em. 100]

3.   Il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti fuq id-deterġent jew fuq l-aġent tensjoattiv, l-imballaġġ tagħhom jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 9 . [Em. 101]

Minbarra r-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu, meta d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jitqiegħdu fis-suq f’format ta’ rikarika, il-mezz ta’ data għandu jkun preżenti fuq l-istazzjon ta’ rikarika.

Il-mezz ta’ data għandu jkun viżibbli b’mod ċar għall-utent finali qabel kwalunkwe xiri u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż, fejn applikabbli, f’każijiet fejn id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun disponibbli permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fuq il-paġna ewlenija tal-paġna online tal-prodott . [Em. 102]

4.   Meta l-operaturi ekonomiċi jipprovdu tikketta diġitali, għandu jintuża mezz ta’ data wieħed biex jiġu aċċessati l-passaport tal-prodotti u t-tikketta diġitali.

5.   Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tirrikjedi li l-informazzjoni dwar id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv tkun disponibbli permezz ta’ mezz ta’data, għandu jintuża mezz ta’ data wieħed biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni.

6.   Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tapplika għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi tirrikjedi passaport tal-prodotti, għandu jinħoloq passaport tal-prodotti uniku għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-passaport tal-prodotti minn dik il-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni.

7.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, jagħmlu informazzjoni oħra aċċessibbli permezz tal-mezz ta’ data msemmi fil-paragrafu 6. Meta dan ikun il-każ, dik l-informazzjoni għandha tiġi separata b’mod ċar mill-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

8.   Billi joħloq il-passaport tal-prodotti, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma’ dan ir-Regolament.

9.    Sa... [12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi u tekniċi relatati mal-passaport tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jistabbilixxu tal-anqas dawn li ġejjin: [Em. 103]

(a)

it-tipi ta’ mezzi ta’ data li għandhom jintużaw;

(b)

it-tqassim li bih għandu jiġi ppreżentat il-mezz ta’ data u l-pożizzjonament tiegħu;

(c)

l-elementi tekniċi tal-passaport li għalihom għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali definiti;

(d)

l-atturi li jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw l-informazzjoni fil-passaport tal-prodotti, inkluż fejn meħtieġ il-ħolqien ta’ passaport ġdid tal-prodotti, inklużi l-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-Kummissjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni li taġixxi f’isimhom, u t-tipi ta’ informazzjoni li jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw;

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 19

Disinn tekniku u tħaddim tal-passaport tal-prodotti

Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-passaporti tal-prodotti maħluqa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kompletament interoperabbli mal-passaporti tal-prodotti meħtieġa minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;

(b)

l-informazzjoni kollha inkluża fil-passaport tal-prodott għandha tkun ibbażata fuq standards trasparenti , żviluppati b’format interoperabbli u jenħtieġ li din għandha, fejn ikun xieraq, tkun tista’ tinqara mill-magni, tkun strutturata u jkun jista’ jsir tiftix għaliha , u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data interoperabbli mingħajr lock-in teknoloġiku tal-bejjiegħ ; [Em. 104]

(ba)

il-passaporti tal-prodotti għandhom jiġu mfassla u operati b’mod faċli li jintuża; [Em. 105]

(c)

l-utenti finali, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli għall-passaport tal-prodotti mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti eżistenti ; [Em. 106]

(d)

id-data inkluża fil-passaport tal-prodotti għandha tinħażen u tiġi aġġornata mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’ismu; [Em. 107]

(e)

jekk id-data inkluża fil-passaport tal-prodotti tinħażen jew tiġi pproċessata b’mod ieħor minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isem operaturi ekonomiċi li jintroduċu d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq, dawk l-operaturi ma għandhomx ikunu jistgħu jbigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, b’mod sħiħ jew parzjali, lil hinn minn dak li jkun meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti ta’ ħżin jew ta’ pproċessar;

(f)

l-operaturi ekonomiċi ma jistgħux jittraċċaw, janalizzaw jew jużaw kwalunkwe informazzjoni dwar l-użu għal finijiet oħra għajr dak li jkun assolutament meħtieġ għall-għoti tal-informazzjoni dwar il-passaport tal-prodotti online.

Artikolu 20

Reġistru tal-passaporti tal-prodotti

1.   Qabel ma jintroduċu fis-suq deterġent jew aġent tensjoattiv, l-operaturi ekonomiċi għandhom itellgħu, fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli l-identifikatur uniku tal-prodott u l-identifikatur uniku tal-operatur għad-deterġent jew għall-aġent tensjoattiv.

2.   Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom aċċess għar-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Kontrolli doganali relatati mal-passaport tal-prodotti

1.   Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal verifiki u miżuri oħra stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-dikjaranti kif iddefiniti fl-Artikolu 5, il-punt (15) tar-Regolament (UE) 952/2013 għandhom jinkludu l-identifikatur uniku tal-prodott fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ kwalunkwe deterġent jew aġent tensjoattiv.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk l-identifikatur uniku tal-prodott indikat mid-dikjarant f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jaqbilx ma’ identifikatur uniku tal-prodott inkluż fir-reġistru f’konformità mal-Artikolu 20(1).

4.   Minbarra l-verifika msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli għad-dwana mid-dikjaranti ma’ informazzjoni oħra maħżuna fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1) elenkat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 26(3).

5.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom isiru b’mod elettroniku u awtomatiku qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 sa 5, għandha tintuża l-interkonnessjoni bejn ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1) u s-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-Iskambju taċ-Ċertifikati tal-UE msemmija fl-[Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli].

7.   Il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom japplikaw mill-jum meta l-interkonnessjoni bejn ir-reġistru u s-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-Iskambju taċ-Ċertifikati tal-UE msemmija fl-[Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] issir operattiva.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan li jindika d-data meta l-interkonnessjoni ssir operattiva.

8.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jirkupraw u jużaw l-informazzjoni inkluża fil-passaport tal-prodotti u fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1) għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż għall-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

9.   Il-verifiki u miżuri oħra stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi ta’ lista ta’ kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li taħthom huma kklassifikati d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi kif ukoll id-deskrizzjonijiet tal-prodott ta’ dawk id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi.

10.   Il-verifiki u l-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti, inklużi l-Artikoli 46, 47 u 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, kif ukoll il-kontrolli msemmija fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020.

KAPITOLU VI

SORVELJANZA TAS-SUQ

Artikolu 22

Proċedura fil-livell nazzjonali biex jiġu ttrattati deterġenti u aġenti tensjoattivi li jippreżentaw riskju

1.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv jippreżenta riskju għas-saħħa , għas-sikurezza jew għall-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-iskop. [Em. 108]

2.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li test imwettaq f’konformità mal-metodi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II ikun ipproduċa riżultati foloz, huma għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw il-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ma’ dan ir-Regolament f’konformità mal-metodi ta’ referenza stabbiliti fl-Annessi I, II u VII. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx ikunu obbligati jħallsu għal xi test ripetut jew addizzjonali, dment li t-test inizjali jkun wera l-konformità tad-deterġenti, jew tal-aġenti tensjoattivi, ma’ dan ir-Regolament.

3.   Meta, matul il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, huma għandhom jitolbu, mingħajr dewmien, li l-operaturi ekonomiċi rilevanti jieħdu l-azzjoni korrettiva xierqa kollha biex id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jinġieb konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jiġi rtirat mis-suq, jew jissejjaħ lura f’perjodu raġonevoli stabbilit mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat man-natura tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1. [Em. 109]

4.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stati Membri oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li jkunu talbu jieħu lill-operatur ekonomiku.

5.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tad-deterġenti jew tal-aġenti tensjoattivi kollha kkonċernati li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

6.   Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq nazzjonali tagħhom tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, biex jirtiraw id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv minn dak is-suq jew biex jordnaw is-sejħa lura tiegħu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stati Membri oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.

L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mhux konformi, l-oriġini ta’ dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti.

7.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jibda l-proċedura skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stati Membri oħra bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ikkonċernat, u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali adottata, bl-oġġezzjonijiet tagħhom.

8.   Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq u lanqas mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata.

9.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li jittieħdu mingħajr dewmien miżuri restrittivi xierqa, bħall-irtirar mis-suq tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, fir-rigward tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv ikkonċernat.

10.   Meta, għall-finijiet tal-paragrafi 4, 6, 7 u 8, tiġi kkomunikata informazzjoni lill-Kummissjoni jew lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq, dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Artikolu 23

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Meta, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22(3), (4) u (5), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha lilhom u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti mingħajr dewmien.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv mhux konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

3.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma hijiex ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.

Artikolu 24

Deterġenti u aġenti tensjoattivi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għall-ambjent

1.   Meta, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 22(1), awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li għalkemm deterġent jew aġent tensjoattiv ikun konformi ma’ dan ir-Regolament, huwa jippreżenta riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, hija għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikkonċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jkunx għadu jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtira d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv mis-suq jew biex jordna s-sejħa tiegħu lura, f’perjodu raġonevoli li jkun stabbilit mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura ta’ dak ir-riskju. [Em. 110]

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tad-deterġenti jew tal-aġenti tensjoattivi kkonċernati kollha li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-deterġenti jew tal-aġenti tensjoattivi kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le u, meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

Minħabba raġunijiet imperattivi ġġustifikati kif xieraq ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2a), u tiżgura li tali atti ta’ implimentazzjoni jkun applikabbli b’mod immedjat. [Em. 111]

Artikolu 25

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tagħmel waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:

(a)

il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 14 jew ma tkun twaħħlet xejn; [Em. 112]

(b)

il-passaport tal-prodotti ma jkunx tfassal f’konformità mal-Artikoli 18 u 19;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta;

(d)

il-mezz ta’ data li permezz tiegħu jkun aċċessibbli l-passaport tal-prodotti u, fejn rilevanti, it-tikketta diġitali, ma jkunx preżenti fuq id-deterġent jew fuq l-aġent tensjoattiv, l-imballaġġ tagħhom, id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom jew fuq l-istazzjon ta’ rikarika, kif applikabbli;

(e)

it-tikketta ma tkunx ġiet ipprovduta jew l-informazzjoni tat-tikkettar imsemmija fl-Artikoli 15 u fl-Anness V tkun falza jew mhux kompluta;

(ea)

kwalunkwe obbligu amministrattiv ieħor previst f’dan ir-Regolament ma jiġix issodisfat. [Em. 113]

2.   Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jitqiegħed fis-suq jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU VII

SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TA’ KUMITAT

Artikolu 26

Setgħat delegati

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness VI, fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-passaport tal-prodotti, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku u għal-livell ta’ prontezza diġitali tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-utenti finali , filwaqt li jitqies id-dritt applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali mhux żvelata u dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali . [Em. 114]

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27, biex temenda l-Artikolu 20(1) billi tirrikjedi li informazzjoni addizzjonali fost l-informazzjoni elenkata fl-Anness VI tiġi maħżuna fir-reġistru.

Meta tadotta l-atti delegati f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-koerenza ma’ atti rilevanti oħra tal-Unjoni fejn rilevanti;

(b)

il-ħtieġa li tkun tista’ ssir il-verifika tal-awtentiċità tal-passaport tal-prodotti;

(c)

ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u tal-effettività tal-verifiki tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi;

(d)

il-ħtieġa li jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina informazzjoni addizzjonali maħżuna fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 20(1) li għandha tiġi kkontrollata mill-awtoritajiet doganali.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda dan ir-Regolament billi tipprovdi Anness li jkun fih lista ta’ kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u deskrizzjonijiet tal-prodott ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi u billi taġġorna tali Anness.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Annessi I sa VII biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku.

6.   Meta evidenza xjentifika ġdida tindika l-ħtieġa li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ bijodegradabbiltà għal sustanzi u taħlitiet għajr aġenti tensjoattivi fid-deterġenti, inkluż kapsuli ta’ deterġenti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness I biex tistabbilixxi kriterji ta’ bijodegradabbiltà għal dawk is-sustanzi u taħlitiet u metodi ta’ ttestjar biex tiġi vverifikata l-konformità magħhom.

Meta tadotta atti delegati f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki attwali tal-manifattura, id-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli u l-impatti għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

6a.     Fejn ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008  (23) jipprevedi approċċi li ma jinvolvux l-annimali għall-ittestjar tal-proprjetajiet ta’ sensitizzazzjoni respiratorja tal-mikroorganiżmi, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament billi tiddetermina r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fis-suq ta’ deterġenti li fihom mikroorganiżmi f’format ta’ sprej. [Em. 115]

6b.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II billi jiġu aġġornati l-istandards applikabbli għall-enumerazzjoni tal-mikroorganiżmi biex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. [Em. 116]

7.   Meta jkunu stabbiliti limiti ta’ konċentrazzjoni individwali bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni tal-fwieħa fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness V sabiex tadatta l-limiti tal-fwejjaħ allerġeniċi elenkati fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament skont dan.

8.   Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar diġitali tad-deterġenti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom tal-anqas jistabbilixxu t-tipi ta’ soluzzjonijiet tal-IT, li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw, u l-mezzi alternattivi għall-għoti tal-informazzjoni dwar it-tikketta diġitali, imsemmija fl-Artikolu 17.

Meta tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-koerenza ma’ atti rilevanti oħra tal-Unjoni fejn rilevanti;

(b)

il-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni;

(c)

in-newtralità teknoloġika kkaratterizzata min-nuqqas ta’ restrizzjonijiet jew preskrizzjonijiet dwar l-għażla tat-teknoloġija jew tat-tagħmir, fil-limiti tal-kompatibbiltà u l-evitar tal-interferenza;

(d)

il-ħtieġa li t-tikkettar diġitali ma jikkompromettix is-sikurezza tal-utenti finali u tal-ambjent.

(e)

il-livell ta’ prontezza diġitali fost il-gruppi kollha tal-popolazzjoni fl-Unjoni.

9.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness V, fir-rigward tal-informazzjoni tat-tikkettar, li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu biss b’mod diġitali f’konformità mal-Artikolu 16, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku u għal-livell ta’ prontezza diġitali fost l-utenti finali tad-deterġenti. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.

Artikolu 27

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 26 għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 26 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 26 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 28

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar id-deterġenti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2a.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011  (25) , flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. [Em. 117]

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 29

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn jistgħu jinkludu, fejn ikun xieraq, penali finanzjarji proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika li tkun wettqet il-ksur, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 118]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dawn li ġejjin, meta applikabbli:

(a)

in-natura, is-serjetà u t-tul tal-ksur;

(b)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(c)

il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent ikkawżata mill-ksur, sa fejn din tkun tista’ tiġi ddeterminata;

(d)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika miżmuma responsabbli mal-awtorità kompetenti. [Em. 119]

Artikolu 30

Emenda tar-Regolament (UE) 2019/1020

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-punt 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“15.

Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar it-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi (ĠU L …).”

Artikolu 31

Rapport

Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni:

(a)

ta’ kif dan ir-Regolament ikun qed jilħaq l-objettivi tiegħu, inkluża valutazzjoni dwar l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(b)

tar-riskju li tiġi ġġenerata reżistenza antimikrobika assoċjata mal-użu ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi bi proprjetajiet bijoċidali;

(c)

tal-okkorrenza ta’ asserzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni mhux sostanzjati, reklami u disinni tal-imballaġġ li jqarrqu jew li għandhom il-potenzjal li jqarrqu bil-konsumaturi billi jagħtu l-impressjoni ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi aktar tajbin għas-saħħa jew aktar favur l-ambjent;

(d)

ir-rekwiżiti tat-tikkettar fiżiku u diġitali tad-deterġenti, filwaqt li jitqiesu s-sikurezza tal-utenti finali u tal-ambjent u l-livell ta’ tħejjija diġitali fost il-gruppi kollha tal-popolazzjoni fl-Unjoni.

(e)

il-fattibbiltà u l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi tal-eliminazzjoni gradwali tal-fosforu fid-deterġenti għall-konsumatur u ta’ tnaqqis u fejn ikun possibbli l-eliminazzjoni gradwali tal-fosfru fid-deterġenti għall-użu industrijali u istituzzjonali f’konformità mal-impenji skont il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Baħar Baltiku;

(f)

il-kostijiet u l-benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u soċjoekonomiċi tal-estensjoni tal-approċċ ġeneriku għall-ġestjoni tar-riskju għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi u tat-tneħħija gradwali tas-sustanzi ta’ tħassib, inklużi dawk li jikkawżaw il-kanċer jew mutazzjonijiet tal-ġeni, jaffettwaw is-sistema riproduttiva jew endokrinali, huma persistenti u bijoakkumulattivi, jaffettwaw is-sistema immunitarja, newroloġika jew respiratorja jew huma tossiċi għal organu speċifiku, filwaqt li jitqiesu l-effetti kkombinati, sabiex jinkiseb ambjent mhux tossiku.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva. [Em. 120]

Artikolu 32

Rieżami tal-mikroorganiżmi

Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 3 snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività u r-rilevanza tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għad-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi , b’mod partikolari l-lista ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi prevista fil-punt 2 tal-Anness II u l-effetti tal-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment mad-deterġenti fuq il-proċessi tat-trattament tal-ilma mormi urban, kif ukoll il-possibbiltà li tinkludi mikroorganiżmi jew razez ta’ mikroorganiżmi ġodda permessi fid-deterġenti fl-Anness II. [Em. 121]

Sa... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 3 snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u kull 3 snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi prevista fil-punt 2 tal-Anness II u, fejn ikun meħtieġ, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. [Em. 122]

Artikolu 32a

Rieżami tal-kontenut tal-materja prima rinnovabbli

Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data – 3 snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-ħtieġa, il-fattibbiltà, il-konsegwenzi tekniċi u l-benefiċċji għas-saħħa u għall-ambjent tal-introduzzjoni ta’ miri obbligatorji għall-materja prima rinnovabbli u għall-kontenut riċiklat fid-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha b’mod speċifiku tqis l-impatti soċjoekonomiċi, il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, akkwist sostenibbli kif ukoll il-potenzjal tat-tisħin globali, il-potenzjal tal-użu tal-iskart tal-ikel fid-deterġenti u t-tibdil potenzjali fl-użu tal-art assoċjat ma’ materja prima alternattiva u s-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva. [Em. 123]

Artikolu 33

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 648/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi li jiġu introdotti fis-suq qabel [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 648/2004 kif applikabbli fi … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet:jekk jogħġbok daħħal id-data = jum qabel 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]

Deterġenti u aġenti tensjoattivi li, jiġu introdotti fis-suq wara [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni = jum qabel 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u li fil-mument tal-introduzzjoni tagħhom fis-suq jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 648/2004 kif applikabbli fi [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet:jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni = jum qabel 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], jistgħu jitqiegħdu fis-suq sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).

(3)  L-Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (SWD(2019)298).

(4)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sustanzi kimiċi (eskluż REACH), SWD(2019)199.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassarir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukollid-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(9)   Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(10)   Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(13)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(18)   Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1).

(20)   Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(21)   Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(22)   Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);

(23)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(25)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)


Anness I

REKWIŻITI TA’ BIJODEGRADABBILTÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

KRITERJI TA’ BIJODEGRADIBBILTÀ FINALI U METODI TA’ TTESTJAR GĦALL-AĠENTI TENSJOATTIVI U GĦALL-AĠENTI TENSJOATTIVI FID-DETERĠENTI

1.

Il-metodu ta’ referenza għall-ittestjar fil-laboratorju tal-bijodegradabbiltà finali tal-aġenti tensjoattivi f’dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandard EN ISO 14593: 1999 (test tal-ispazju vojt fuqani tas-CO2).

2.

L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom ikunu finalment bijodegradabbli kif iddeterminat f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt 3.

3.

L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom jitqiesu bħala finalment bijodegradabbli jekk jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ bijodegradabbiltà (mineralizzazzjoni) ikun mill-anqas 60 % fi żmien 28 jum imkejjel f’konformità ma’ wieħed mill-metodi ta’ ttestjar li ġejjin:

(i)

l-Istandard EN ISO 14593: 1999 — Kwalità tal-ilma — Evalwazzjoni tal-bijodegradabbiltà aerobika finali ta’ komposti organiċi f’medium milwiem — Metodu bl-analiżi tal-karbonju inorganiku f’reċipjenti ssiġillati (test tas-CO2 tal-ispazju vojt fuqani);

(ii)

il-metodu C.4.-C Test tal-Evoluzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) (Test Sturm Modifikat), deskritt fil-Parti C, il-Parti IV, tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (1);

(iii)

il-metodu C.4-D, it-test tar-respirometrija manometrika, deskritt fil-Parti C, il-Parti V, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(iv)

il-metodu C.4-E, it-test tal-flixkun magħluq, deskritt fil-Parti C, il-Parti VI, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(v)

il-metodu C.4-F Il-Ministeru għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Industrija, il-Ġappun (M.I.T.I.) deskritt fil-Parti C, il-Parti VII, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(vi)

ISO 10708: 1997 — Kwalità tal-ilma — Evalwazzjoni f’medium milwiem tal-bijodegradabbiltà aerobika finali ta’ komposti organiċi — Determinazzjoni tad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu f’test tal-flixkun magħluq f’żewġ fażijiet.

(b)

il-livell ta’ bijodegradabbiltà (mineralizzazzjoni) ikun mill-anqas 70 % fi żmien 28 jum imkejjel f’konformità ma’ wieħed mill-metodi ta’ ttestjar li ġejjin:

(i)

il-metodu C.4-A, it-test tat-tmewwit tal-karbonju organiku dissolt deskritt fil-Parti C, il-Parti II, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(ii)

il-metodu C.4-B, it-test ta’ skrinjar modifikat tal-OECD deskritt fil-Parti C, il-Parti III, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008.

Ma għandux jintuża adattament minn qabel u l-prinċipju tat-tieqa ta’ 10 ijiem ma għandu jiġi applikat fl-ebda metodu ta’ ttestjar imsemmi fil-punti (a) u (b).

4.

It-testijiet imsemmija fil-punt 3 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laboratorji jikkonformaw mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew standards internazzjonali rikonoxxuti bħala ekwivalenti;

(b)

il-laboratorji jkunu akkreditati f’konformità mal-istandard għal-laboratorji msemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).


Anness II

REKWIŻITI GĦAD-DETERĠENTI LI FIHOM IL-MIKROORGANIŻMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5

1.   

Il-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment mad-deterġenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandu jkollhom numru tal-American Type Culture Collection (ATCC), għandhom jappartjenu għal ġabra ta’ Awtorità Depożitarja Internazzjonali (IDA) jew kellhom id-DNA tagħhom identifikat f’konformità ma’ “Protokoll ta’ identifikazzjoni tar-razza” (bl-użu ta’ sekwenzjar tad-DNA ribożomali 16S jew metodu ekwivalenti); [Em. 124]

(b)

għandhom jappartjenu għat-tnejn li ġejjin:

(i)

Il-Grupp ta’ Riskju I kif definit mid-Direttiva 2000/54/KE – aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol;

(ii)

Il-lista tal-Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (QPS) maħruġa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

Dan il-punt ma għandux japplika għall-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment ma’ deterġenti introdotti fis-suq għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp.

2.   

Il-mikroorganiżmi patoġeniċi li ġejjin ma għandhom ikunu preżenti fl-ebda waħda mir-razez inklużi fil-prodott lest meta jiġu skrinjati bl-użu tal-metodi ta’ ttestjar indikati jew ekwivalenti:

(a)

E. coli, metodu ta’ ttestjar ISO 16649-3:2005;

(b)

Streptococcus (Enterococcus), metodu ta’ ttestjar ISO 21528-1:2004;

(c)

Staphylococcus aureus, metodu ta’ ttestjar ISO 6888-1;

(d)

Bacillus cereus, metodu ta’ ttestjar ISO 7932:2004 jew ISO 21871;

(e)

Salmonella, metodu ta’ ttestjar ISO 6579:2002 jew ISO 19250.

(ea)

Pseudomonas aeruginosa, metodu ta’ ttestjar ISO 22717:2015; [Em. 125]

(eb)

Candida albicans, metodu ta’ ttestjar ISO 18416:2015; [Em. 126]

(ec)

kwalunkwe mikroorganiżmu ieħor elenkat fl-Anness 1, it-Tabella 4 tar-Regolament (UE) 2020/741  (1) . [Em. 127]

3.   

Il-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment ma għandhomx ikunu mikroorganiżmi ġenetikament modifikati.

4.   

Il-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment għandhom ikunu, bl-eċċezzjoni tar-reżistenza intrinsika, suxxettibbli għal kull waħda mill-klassijiet ta’ antibijotiċi ewlenin, jiġifieri amminoglikosidi, makrolidi, betalattamiċi, tetraċiklini u fluworokinoloni, f’konformità mal-metodu ta’ diffużjoni madwar id-disk tal-Kumitat Ewropew dwar it-Testijiet tas-Suxxettibbiltà (EUCAST) jew ekwivalenti.

5.   

Meta jiġu introdotti fis-suq, id-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi għandu jkollhom għadd tal-kolonji standard ta’ 1x105 unità li jiffurmaw kolonji (CFUs) jew aktar għal kull ml f’konformità mal-ISO 21149 jew ISO 4833-1:2014. [Em. 128]

6.   

Il-ħajja minima fuq l-ixkaffa ta’ deterġent li jkun fih il-mikroorganiżmi ma għandhiex tkun anqas minn 24 xahar u l-għadd mikrobiku ma għandux jonqos b’aktar minn 10 % kull 12-il xahar f’konformità mal-ISO 4833-1:2014. [Em. 129]

7.   

Id-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi fid-deterġenti li għandhom jitħallew jiġu introdotti fis-suq f’format ta’ sprej għandhom jgħaddu mit-test tat-tossiċità akuta mill-inalazzjoni wara li jkunu ġew stabbiliti approċċi xierqa li ma jinvolvux l-annimali għall-ittestjar tal-proprjetajiet ta’ sensitizzazzjoni respiratorja tal-mikroorganiżmi f’konformità mal-metodu ta’ ttestjar B.2 mal-Artikolu 26(6a) ., deskritt fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008. [Em. 130]

8.   

Id-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq f’format ta’ rikarika.

9.   

Il-manifattur għandu jissostanzja l-asserzjonijiet kollha magħmula mill-manifattur rigward l-azzjonijiet jew il-prestazzjoni tal-mikroorganiżmi li jkunu jinsabu fil-prodott b’testijiet xierqa. Dawk it-testijiet għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ ttestjar minn partijiet terzi verifikati minn parti terza indipendenti . [Em. 131]

10.   

Huwa pprojbit li jiġi ddikjarat jew issuġġerit fuq it-tikketta jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li d-deterġent ikollu effett antimikrobiku jew ta’ diżinfettar, sakemm id-deterġent ma jikkonformax mar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

11.   

It-testijiet imsemmija fil-punti 2, 5, 6, 7 u 9 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laboratorji jikkonformaw mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew standards internazzjonali rikonoxxuti bħala ekwivalenti;

(b)

il-laboratorji jkunu akkreditati f’konformità mal-istandard għal-laboratorji msemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008.


(1)   Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

(2)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).


Anness III

LIMITAZZJONIJIET FUQ IL-KONTENUT TAL-FOSFATI U TA’ KOMPOSTI OĦRA TAL-FOSFORU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Deterġent

Limitazzjonijiet

Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur

1.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk il-kontenut totali ta’ fosforu jkun daqs jew akbar minn 0,5 grammi fil-kwantità rakkomandata tad-deterġent li għandha tintuża fiċ-ċiklu ewlieni tal-proċess tal-ħasil għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard kif definit fil-Parti B tal-Anness V għall-ilma iebes:

għal drapp “bi ħmieġ normali” fil-każ ta’ deterġenti magħmula għal xogħol iebes,

għal drapp “ftit maħmuġ” fil-każ ta’ deterġenti magħmula għal drapp delikat.

2.

Ma għandhomx ikun fihom fosfat.

3.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk sa....[4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-kontenut totali tal-fosforu jkun daqs jew akbar minn:

0, 1g għal drapp “ftit maħmuġ” fil-każ ta’ deterġenti għal xogħol ħafif;

0, 25g għal drapp “bi ħmieġ normali” fil-każ ta’ deterġenti magħmula għal xogħol iebes;

0, 045g għal aġenti li jneħħu t-tbajja’ użati waqt il-ħasil;

0, 023g għal aġenti li jneħħu t-tbajja’ użati bħala pretrattament;

fil-kwantità rakkomandata tad-deterġent li għandha tintuża fiċ-ċiklu ewlieni tal-proċess tal-ħasil għal ħasla b’magna tal-ħasil standard kif definit fil-Parti B tal-Anness V.

Deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur

1.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosforu jkun daqs jew akbar minn 0,3 grammi fid-dożaġġ standard kif definit fil-Parti B tal-Anness V.

2.

Ma għandhomx ikun fihom fosfat.

3.

Ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk sa... [erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-kontenut totali ta’ fosforu jkun daqs jew akbar minn:

0, 2g għal kull ħasla f’deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti;

0, 03g għal kull ħasla fil-prodotti tat-tlaħliħ.

Deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn għall-konsumatur

Ma għandhomx ikun fihom fosfat u kontenut ta’ fosforu ieħor sa... [erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];

Prodotti għat-tindif tas-superfiċi ibsin għall-konsumatur

1.

Ma għandhomx ikun fihom fosfat.

2.

Il-prodotti tat-tindif b’użi multipli u l-prodotti tat-tindif tat-twieqi ma għandhomx ikun fihom kontenut ta’ fosforu sa... [erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];

3.

Il-prodotti tat-tindif tal-kċina u tat-tindif tal-kamra tal-banju ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosforu jkun daqs jew akbar minn:

2 g/l ta’ soluzzjoni tat-tindif sa... [erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]; u

1 g/l ta’ soluzzjoni tat-tindif sa... [seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali

M’għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk sa... [erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-kontenut totali ta’ fosforu jkun daqs jew akbar minn:

0, 5g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil mhux maħmuġa ħafna;

1g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil b’livell medju ta’ ħmieġ;

1,5g/kg ta’ ħwejjeġ għall-ħasil maħmuġin ħafna.

Deterġenti industrijali u istituzzjonali għall-magni tal-ħasil tal-platti

M’għandhomx jiġu introdotti fis-suq jekk sa... [7 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-kontenut totali ta’ fosforu jkun daqs jew akbar minn:

għal deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti u sistemi b’komponenti multipli:

0, 3g/l ta’ soluzzjoni tal-ħasil għall-ilma artab;

0, 4g/l ta’ soluzzjoni tal-ħasil għall-ilma medju;

0, 75g/l ta’ soluzzjoni tal-ħasil għall-ilma iebes.

għal prodotti tat-tixrib qabel il-ħasil, 1 g/l ta’ soluzzjoni tal-ħasil;

għall-prodotti tat-tlaħliħ, 0, 02g/l ta’ soluzzjoni tal-ħasil.

[Em. 132]


Anness IV

PROĊEDURA TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2)

Modulu A - Protokoll intern tal-produzzjoni

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalih.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji.

2.2.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv. Fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv u deskrizzjoni tal-użu maħsub;

(b)

ir-rapporti tat-testijiet li juru l-konformità mal-Anness I u, fejn applikabbli, mal-Annessi II u III;

(c)

lista ta’ metodi ta’ ttestjar użati biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(d)

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula u l-eżamijiet imwettqa;

(e)

skeda tad-data dwar l-ingredjenti li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

telenka s-sustanzi u l-preservattivi kollha miżjuda intenzjonalment imsemmija fil-Parti A tal-Anness V;

(ii)

l-isem kimiku komuni jew l-isem IUPAC u, fejn disponibbli, l-isem INCI, in-numru CAS, u l-isem tal-Farmakopea Ewropea, jingħata għal kull ingredjent;

(iii)

is-sustanzi kollha jiġu elenkati fl-ordni ta’ tnaqqis fl-abbundanza skont il-piż, u l-lista tiġi suddiviża fil-meded ta’ perċentwali tal-piż li ġejjin:

(1)

10 % jew aktar,

(2)

1 % jew aktar, iżda anqas minn 10 %,

(3)

0,1 % jew aktar, iżda anqas minn 1 %,

(4)

anqas minn 0,1 %.

Għall-finijiet tal-punt (e), fwieħa, żejt essenzjali, jew aġent koloranti għandhom jitqiesu bħala komponent wieħed.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.


Anness V

REKWIŻITI TA’ TIKKETTAR

PARTI A –   TIKKETTAR TAL-KONTENUT

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketti tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi li jitqiegħdu fis-suq

1.

Il-meded tal-perċentwali tal-piż “anqas minn 5 %”, “5 % jew aktar iżda anqas minn 15 %”, “15 % jew aktar iżda anqas minn 30 %”, “30 % u aktar”, għandhom jintużaw biex jindikaw il-kontenut tal-kostitwenti elenkati hawn taħt meta jiżdiedu f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,2 % skont il-piż:

(a)

fosfati,

(b)

fosfonati,

(c)

aġenti tensjoattivi anjoniċi, [Em. 133]

(d)

aġenti tensjoattivi katjoniċi, [Em. 134]

(e)

aġenti tensjoattivi amfoteriċi, [Em. 135]

(f)

aġenti tensjoattivi mhux joniċi, [Em. 136]

(g)

aġenti tal-ibbliċjar ibbażati fuq l-ossiġenu,

(h)

aġenti tal-ibbliċjar ibbażati fuq il-kloru,

(i)

EDTA u l-imlieħ tiegħu,

(j)

NTA (aċidu nitrilotrijaċetiku) u l-imlieħ tiegħu,

(k)

fenoli u fenoli aloġenati,

(l)

paradiklorobenżen,

(m)

idrokarburi aromatiċi,

(n)

idrokarburi alifatiċi,

(o)

idrokarburi aloġenati,

(p)

sapun,

(q)

żeoliti,

(r)

polikarbossilati.

2.

Il-klassijiet tal-kostitwenti li ġejjin, jekk jiżdiedu, għandhom jiġu elenkati irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom:

(a)

enzimi,

(b)

mikroorganiżmi,

(c)

illuminanti ottiċi,

(d)

fwejjaħ.

3.

Il-preservattivi għandhom jiġu elenkati, bl-użu, meta jkun possibbli, tas-sistema msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jikkontribwixxu għall-kwalifika tad-deterġent bħala oġġett ittrattat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (l) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012;

(b)

ikunu ttikkettati fuq kostitwent tad-deterġent.

Il-kundizzjoni elenkata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex għalfejn tiġi ssodisfata meta l-preservattivi ma jaqbżux il-limiti ta’ eliċitazzjoni msemmija fil-punt 3.4.3.3. / it-Tabella 3.4.6. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew ma jkunx għad għandhom funzjoni ta’ preservazzjoni fil-prodott finali anki f’sinerġiji ma’ preservattivi oħra.

Fejn tiġi provduta tikketta diġitali f’konformità mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament, il-preżervattivi għandhom jiġu elenkati, bl-użu, fejn ikun possibbli, tas-sistema msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom. [Em. 137]

4.

Jekk jiżdiedu f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0,01 % skont il-piż, il-fwejjaħ allerġeniċi li huma elenkati fl-entrati 45, 67-92 u [X] sa [X] tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandhom jiġu ttikkettati bl-użu tas-sistema msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament. L-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika għal fwejjaħ allerġeniċi li jissodisfaw il-limiti tat-tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

5.

Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għal deterġenti u aġenti tensjoattivi professjonali, dment li l-informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa f’dawk il-punti tkun ipprovduta fit-taqsima 15 tal-iskeda tad-data dwar is-sigurtà mfassla skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

6.

Minbarra l-informazzjoni elenkata fil-punti 1 sa 5, kif applikabbli, it-tikketta tad-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

indikazzjoni jew dikjarazzjoni ta’ prekawzjoni li l-prodott ma għandux jintuża fuq superfiċi f’kuntatt mal-ikel;

(b)

indikazzjoni tal-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott;

(c)

istruzzjonijiet dwar l-użu jew prekawzjonijiet speċjali, fejn rilevanti.

PARTI B –   TIKKETTAR TAL-INFORMAZZJONI DWAR ID-DOŻAĠĠ

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi

1.

It-tikketta tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet rakkomandati u/jew l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ espressi f’millilitri jew grammi jew, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ unitajiet xierqa għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard, għal-livelli ta’ ebusija tal-ilma artab, medju u iebes u li jipprovdu għal proċessi ta’ ħasliet f’ċiklu wieħed jew tnejn, [Em. 138]

(b)

għal deterġenti magħmula għal xogħol iebes, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ drapp “bi ħmieġ normali”, u għal deterġenti għal drapp delikat, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ ħasla ta’ drapp “ftit maħmuġ”, li jistgħu jinħaslu bil-kontenut tal-pakkett bl-użu ta’ ilma ta’ ebusija medja, li jikkorrispondi għal 2,5 millimoli CaCO3/l,

(c)

il-kapaċità ta’ kwalunkwe tazza tal-kejl, jekk tkun ipprovduta, għandha tiġi indikata f’millilitri jew fi grammi, u għandhom jiġu pprovduti marki viżibbli b’mod ċar li jikkuntrastaw b’mod sinifikattiv mal-kulur tat-tazza tal-kejl biex jindikaw id-doża ta’ deterġent adattata għal ħasla b’magna tal-ħasil standard għal-livelli ta’ ebusija tal-ilma artab, medju u iebes, [Em. 139]

(ca)

għad-deterġenti ppakkjati fil-fliexken, id-doża adattata ta’ deterġent għal ħasla b’magna tal-ħasil standard tal-anqas għal livell ta’ ebusija tal-ilma artab u medju għandha tiġi pprovduta permezz ta’ marki viżibbli b’mod ċar fuq it-tapp, b’kulur li jikkuntrasta b’mod sinifikanti mal-kulur tat-tapp. [Em. 140]

2.

Għall-finijiet tal-punt 1, it-tagħbijiet għal magna tal-ħasil standard għandhom ikunu ta’ 4,5 kg ta’ drapp niexef għal deterġenti magħmula għal xogħol iebes u 2,5 kg ta’ drapp niexef għal deterġenti ħfief. Deterġent għandu jitqies bħala deterġent għal xogħol iebes sakemm id-dikjarazzjonijiet tal-manifattur ma jippromwovux b’mod predominanti l-kura tad-drapp, jiġifieri l-ħasil b’temperatura baxxa, il-fibri delikati u l-kuluri.

3.

It-tikketta tad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandha tindika d-dożaġġ standard espress fi grammi jew f’millilitri jew l-għadd ta’ pilloli unitajiet għaċ-ċiklu tal-ħasil ewlieni għal oġġetti ta’ fuq il-mejda maħmuġa b’mod normali f’magna tal-ħasil tal-platti b’tagħbija sħiħa ta’ 12-il post, u taġġusta d-dożaġġ standard, fejn ikun rilevanti, għall-ebusija tal-ilma artab, medju u iebes. [Em. 141]

PARTI C –     TIKKETTAR DIĠITALI

L-informazzjoni li ġejja dwar il-kontenut imsemmija fil-Parti A, tista’ tiġi pprovduta fuq it-tikketta diġitali biss, f’konformità mal-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, bil-mod speċifikat f’dik il-parti:

(a)

aġenti tensjoattivi anjoniċi;

(b)

aġenti tensjoattivi katjoniċi;

(c)

aġenti tensjoattivi amfoteriċi;

(d)

aġenti tensjoattivi mhux joniċi;

(e)

fosfati;

(f)

fosfonati;

(g)

sapun. [Em. 142]

PARTI D –   INFORMAZZJONI SIMPLIFIKATA DWAR ID-DOŻAĠĠ GĦAD-DITERĠENTI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ GĦALL-KONSUMATUR

Il-grilja tad-dożaġġ simplifikata għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

struzzjonijiet bażiċi għall-użu, fejn rilevanti;

(b)

il-kwantitajiet rakkomandati bbażati fuq ebusija medja/normali medja tal-ilma u gradi differenti ta’ ħmieġ tad-drapp; u [Em. 143]

(c)

indikazzjoni tat-tagħbija tal-magna tal-ħasil.

Il-punti (1)(c) u (d) tal-Parti B għandhom japplikaw ukoll fejn tiġi pprovduta l-informazzjoni simplifikata dwar id-dożaġġ. [Em. 144]


Anness VI

PASSAPORT TAL-PRODOTTI

Il-passaport tal-prodotti għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikatur uniku tal-prodott tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv;

(b)

l-isem, l-indirizz postali u elettroniku tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur kif ukoll l-identifikatur uniku tal-operatur tal-manifattur; [Em. 145]

(c)

l-identifikazzjoni tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv li tippermetti t-traċċabbiltà, inkluża immaġni bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti biex tippermetti l-identifikazzjoni tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv;

(d)

il-kodiċi tal-komodità li taħtu jiġi kklassifikat id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fil-mument li jinħoloq il-passaport tal-prodott, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1);

(e)

referenzi għall-atti legali tal-Unjoni li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jikkonforma magħhom;

(f)

lista sħiħa tas-sustanzi miżjuda intenzjonalment fid-deterġent jew fl-aġent tensjoattiv u tal-preservattivi ttikkettati f’konformità mal-Parti A, il-punt 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tal-Anness V, bl-użu tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi, jew meta din ma tkunx disponibbli, l-isem tal-Farmakopea Ewropea u, meta anke din tal-aħħar ma tkunx disponibbli, l-isem kimiku komuni jew l-isem tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata. [Em. 146]

(fa)

id-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 7(2); [Em. 147]

(fb)

fejn ikun applikabbli, ir-riżultati tat-test imwettaq mill-manifattur f’konformità mal-punt 9 tal-Anness II u d-dikjarazzjoni ta’ verifika minn parti terza ta’ dawk it-testijiet; [Em. 148]

(fc)

fejn ikun applikabbli, link għat-tikketta diġitali msemmija fl-Artikolu 16(1). [Em. 149]

L-informazzjoni msemmija fil-punt (fa) għandha tkun disponibbli biss għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni. [Em. 150]

L-obbligu msemmi fil-punt (f) ma għandux japplika għad-deterġenti professjonali, jew għall-aġenti tensjoattivi għad-deterġenti professjonali, li għalihom hija disponibbli skeda tad-data dwar is-sikurezza msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


Anness VII

METODI TA’ TTESTJAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(2)

1.   Metodu ta’ referenza (test ta’ konferma)

1.1.   Definizzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi mudell tal-laboratorju tal-ħama attivat u separatur sekondarju li huwa maħsub biex jissimula t-trattament tad-drenaġġ muniċipali. Kundizzjonijiet operattivi mtejba tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku jistgħu jiġu applikati għal dan il-metodu ta’ ttestjar kif deskritt fl-EN ISO 11733.

1.2.   Tagħmir meħtieġ għall-kejl

Il-metodu ta’ kejl juża l-impjant tal-ħama attivat żgħir muri fl-Illustrazzjoni 1, u f’aktar dettall fl-Illustrazzjoni 2. It-tagħmir jikkonsisti f’reċipjent tad-drenaġġ A għad-drenaġġ sintetiku, pompa tad-dożaġġ B, reċipjent tal-arjazzjoni C, sedimentatur D, pompa tal-arja kompressata E għar-riċiklaġġ tal-ħama attivat, u reċipjent F għall-ġbir tal-effluwent ittrattat.

Ir-reċipjenti A u F iridu jkunu tal-ħġieġ jew ta’ plastik adattat u jesgħu mill-anqas erbgħa u għoxrin litru. Il-pompa B trid tipprovdi fluss kostanti ta’ drenaġġ sintetiku lejn ir-reċipjent tal-arjazzjoni; dan ir-reċipjent, waqt tħaddim normali, ikun fih 3 litri ta’ likur imħallat. Kubu tal-arjazzjoni sinterizzat G ikun sospiż fir-reċipjent C fil-quċċata tal-kon. Il-kwantità ta’ arja li tgħaddi mill-arjatur għandha tiġi mmonitorjata permezz ta’ flussimetru H.

1.3.   Drenaġġ sintetiku

Għat-test jintuża drenaġġ sintetiku. F’kull litru ta’ ilma tal-vit ħoll:

160 mg pepton;

110 mg estratt tal-laħam;

30 mg urea, CO(NH2)2;

7 mg klorur tas-sodju, NaCl;

4 mg klorur tal-kalċju, CaCl2.2H2O;

2 mg sulfat tal-manjeżju, MgSO4.7H2O;

28 mg ta’ idroġenufosfat dipotassiku, K2HPO4;

u 10 ± 1 mg tal-aġent tensjoattiv.

Id-drenaġġ sintetiku jitħejja frisk kuljum.

1.4.   Preparazzjoni tal-kampjuni

L-aġenti tensjoattivi mhux komposti jiġu eżaminati fl-istat oriġinali. Il-kontenut attiv ta’ kampjuni tal-aġenti tensjoattivi jrid jiġi ddeterminat biex jitħejja d-drenaġġ sintetiku (il-punt 1.3).

1.5.   Tħaddim tat-tagħmir

Fil-bidu, imla r-reċipjent tal-arjazzjoni C u s-sedimentatur D bi drenaġġ sintetiku. L-għoli tar-reċipjent D għandu jkun iffissat b’mod li l-volum li jkun hemm fir-reċipjent tal-arjazzjoni C ikun ta’ tliet litri. L-inokulazzjoni ssir bl-introduzzjoni ta’ 3 ml ta’ effluwent sekondarju ta’ kwalità tajba, miġbur frisk minn impjant tat-trattament li jittratta drenaġġ prinċipalment domestiku. L-effluwent irid jinżamm f’kundizzjonijiet aerobiċi fil-perjodu bejn it-teħid tal-kampjuni u l-applikazzjoni. Imbagħad ibda ħaddem l-arjatur G, il-pompa tal-arja kompressata E u l-istrument ta’ dożaġġ B. Id-drenaġġ sintetiku jrid jgħaddi mir-reċipjent tal-arjazzjoni C bir-rata ta’ litru kull siegħa; dan jippermetti retenzjoni medja ta’ 3 sigħat.

Ir-rata tal-arjazzjoni għandha tkun regolata b’mod li l-kontenut tar-reċipjent C jinżamm kontinwament sospiż u l-kontenut ta’ ossiġenu dissolt ikun mill-anqas 2 mg/l. Il-formazzjoni tar-ragħwa trid tiġi evitata b’mezzi xierqa. Ma jridux jintużaw aġenti kontra r-ragħwa li jimpedixxu l-ħama attivat jew li jkun fihom aġenti tensjoattivi. Il-pompa tal-arja kompressata E trid tkun issettjata b’mod li l-ħama attivat mis-sedimentatur jiġi kontinwament u regolarment riċiklat għar-reċipjent tal-arjazzjoni C. Ħama li jkun inġabar fin-naħa ta’ fuq tar-reċipjent tal-arjazzjoni C, fil-bażi tas-sedimentatur D, jew fiċ-ċirkwit taċ-ċirkolazzjoni irid jitpoġġa lura fiċ-ċirkolazzjoni mill-anqas darba kuljum bl-użu ta’ xkupilja jew xi mezz xieraq ieħor. Meta l-ħama jonqos milli joqgħod, il-kapaċità tiegħu li joqgħod tista’ tikber biż-żieda ta’ porzjonijiet ta’ 2 ml ta’ soluzzjoni ta’ 5 % ta’ klorur tal-ħadid, ripetut kif meħtieġ.

L-effluwent mis-sedimentatur D jinġema’ fir-reċipjent F għal 24 siegħa, imbagħad jittieħed kampjun wara li jkun tħallat sew. Ir-reċipjent F imbagħad irid jitnaddaf sew.

1.6.   Eżaminar tat-tagħmir tal-kejl

Il-kontenut ta’ aġent tensjoattiv (f’mg/l) tad-drenaġġ sintetiku jiġi ddeterminat immedjatament qabel l-użu.

Il-kontenut ta’ aġent tensjoattiv (f’mg/l) tal-effluwent miġbur matul 24 siegħa fir-reċipjent F għandu jiġi ddeterminat analitikament bl-istess metodu, immedjatament wara li jinġabar: inkella l-kampjuni jridu jiġu ppreservati, preferibbilment permezz ta’ ffriżar. Il-konċentrazzjonijiet iridu jiġu ddeterminati sal-eqreb 0,1 mg/l ta’ aġent tensjoattiv

Bħala verifika dwar l-effiċjenza tal-proċess, id-domanda kimika ta’ ossiġenu (COD) jew il-karbonju organiku dissolt (DOC) tal-effluwent iffiltrat b’fibri tal-ħġieġ akkumulat fir-reċipjent F u tad-drenaġġ sintetiku ffiltrat fir-reċipjent A jitkejlu mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa.

It-tnaqqis fis-COD jew fid-DOC għandu jillivella ruħu meta tinkiseb degradazzjoni bejn wieħed u ieħor regolari ta’ kuljum tal-aġent tensjoattiv fi tmiem il-perjodu ta’ tħaddim tal-bidu muri fil-Figura 3.

Il-kontenut ta’ materja niexfa fil-ħama attivat li jkun hemm fir-reċipjent tal-arjazzjoni għandu jiġi ddeterminat darbtejn fil-ġimgħa fi g/l. Jekk ikun aktar minn 2,5 g/l, il-ħama attivat żejjed irid jintrema.

It-test tad-degradazzjoni jsir f’temperatura ambjentali; din għandha tkun stabbli u tinżamm bejn 19-24 °C.

1.7.   Kalkolu tal-bijodegradabbiltà

Id-degradazzjoni perċentwali ta’ aġent tensjoattiv trid tiġi kkalkulata kuljum abbażi tal-kontenut ta’ aġent tensjoattiv f’mg/l tad-drenaġġ sintetiku u tal-effluwent korrispondenti akkumulat fir-reċipjent F.

Il-valuri tad-degradabbiltà miksuba b’dan il-mod għandhom jiġu ppreżentati grafikament bħal fl-Illustrazzjoni 3.

Id-degradabbiltà tal-aġent tensjoattiv għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja aritmetika tal-valuri miksuba matul il-21 jum li jsegwu l-perjodu ta’ tħaddim tal-bidu u ta’ akklimatizzazzjoni, li matulu d-degradazzjoni kienet regolari u t-tħaddim tal-impjant mingħajr problemi. Fi kwalunkwe każ, id-durata tal-perjodu ta’ tħaddim tal-bidu ma għandhiex taqbeż is-sitt ġimgħat.

Il-valuri tad-degradazzjoni ta’ kuljum jiġu kkalkulati sal-eqreb 0,1 % iżda r-riżultat finali jingħata sal-eqreb numru sħiħ.

F’xi każijiet jista’ jkun permissibbli li titnaqqas il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni iżda fil-kalkolu tal-medja għandhom jintużaw mill-anqas 14-il riżultat miġbura matul il-21 jum li jsegwu l-perjodu ta’ tħaddim tal-bidu.

2.   Determinazzjoni tal-aġenti tensjoattivi anjoniċi fit-testijiet tal-bijodegradabbiltà

2.1.   Prinċipju

Il-metodu huwa bbażat fuq il-fatt li ż-żebgħa katjonika blu tal-metilen tifforma mlieħ blu b’aġenti tensjoattivi anjoniċi (MBAS), li jistgħu jiġu estratti bil-kloroform. Biex tiġi eliminata l-interferenza, l-estrazzjoni l-ewwel issir minn soluzzjoni alkalina u l-estratt imbagħad jiġi mħawwad b’soluzzjoni aċiduża ta’ blu tal-metilen. L-adsorbiment tal-fażi organika separata jitkejjel fotometrikament fit-tul ta’ mewġa ta’ adsorbiment massimu ta’ 650 nm.

2.2.   Reaġenti u tagħmir

2.2.1.   Soluzzjoni mewwieta pH 10

Ħoll 24 g bikarbonat tas-sodju, NaHCO3 AR, u 27 g karbonat tas-sodju anidru (Na2CO3) AR f’ilma dejonizzat u ddilwixxi sa 1 000 ml.

2.2.2.   Soluzzjoni ta’ blu tal-metilen newtrali

Ħoll 0,35 g blu tal-metilen AR f’ilma dejonizzat u ddilwixxi sa 1 000 ml. Ipprepara s-soluzzjoni mill-anqas 24 siegħa qabel l-użu. L-adsorbiment tal-fażi tal-kloroform inbjank, imkejjel mal-kloroform ma għandux jaqbeż 0,015 għal kull 1 cm ta’ ħxuna tas-saff f’650 nm.

2.2.3.   Soluzzjoni ta’ blu tal-metilen aċiduża

Ħoll 0,35 g blu tal-metilen AR f’500 ml ilma dejonizzat u ħallat ma’ 6,5 ml H2SO4 (d = 1,84 g/ml). Iddilwixxi għal 1 000 ml b’ilma dejonizzat. Ipprepara s-soluzzjoni mill-anqas 24 siegħa qabel l-użu. L-adsorbiment tal-fażi tal-kloroform inbjank, imkejjel mal-kloroform ma għandux jaqbeż 0,015 għal kull 1 cm ta’ ħxuna tas-saff f’650 nm.

2.2.4.   Kloroform (triklorometan) AR distillat frisk

2.2.5.   Ester tal-metil tal-aċidu sulfoniku benżen dodeċil

2.2.6.   Soluzzjoni ta’ idrossidu tal-potassju etanoliku, KOH 0,1 M

2.2.7.   Etanol pur, C2H5OH

2.2.8.   Aċidu sulfuriku, H2SO4 0,5 M

2.2.9.   Soluzzjoni ta’ fenolftaleina

Ħoll 1 g fenolftaleina f’50 ml etanol u żid 50 ml ilma dejonizzat waqt li tħawwad kontinwament. Iffiltra kwalunkwe preċipitat miksub.

2.2.10.   Aċidu idrokloriku metanoliku: 250 ml aċidu idrokloriku AR u 750 ml metanol

2.2.11.   Lembut ta’ separazzjoni, 250 ml

2.2.12.   Flask volumetriku, 50 ml

2.2.13.   Flask volumetriku, 500 ml

2.2.14.   Flask volumetriku, 1 000 ml

2.2.15.   Flask bil-qiegħ tond b’tapp tal-ħġieġ żmeriljat u kondensatur tar-rifluss, 250 ml; bċejjeċ żgħar jagħlu

2.2.16.   Miter tal-pH

2.2.17.   Fotometru għall-kejl f’650 nm, b’ċelloli ta’ 1 sa 5 cm

2.2.18.   Karta filtru ta’ grad kwalitattiv

2.3.   Proċedura

Il-kampjuni għall-analiżi ma jridux jittieħdu minn saff ta’ ragħwa.

Wara li jitnaddaf sewwa bl-ilma, it-tagħmir użat għall-analiżi jrid jitlaħlaħ sewwa bl-aċidu idrokloriku metanoliku (il-punt 2.2.10) u mbagħad b’ilma dejonizzat qabel ma jintuża.

Iffiltra l-affluwent u l-effluwent tal-impjant tal-ħama attivat li għandu jiġi eżaminat immedjatament malli jittieħdu l-kampjuni. Armi l-ewwel 100 ml tal-filtrati.

Qiegħed volum imkejjel tal-kampjun, newtralizzat jekk meħtieġ, f’lembut ta’ separazzjoni ta’ 250 ml (il-punt 2.2.11). Il-volum tal-kampjun għandu jkun fih bejn 20 u 150 g ta’ MBAS. Fil-livell aktar baxx ta’ kontenut tal-MBAS, jistgħu jintużaw sa 100 ml mill-kampjun. Meta jintużaw anqas minn 100 ml, iddilwixxi sa 100 ml b’ilma dejonizzat. Mal-kampjun żid 10 ml ta’ soluzzjoni mewwieta (il-punt 2.2.1), 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ blu tal-metilen newtrali (il-punt 2.2.2) u 15 ml ta’ kloroform (il-punt 2.2.4). Ħawwad it-taħlita b’mod uniformi u mhux bis-saħħa wisq għal minuta. Wara s-separazzjoni tal-fażijiet, itfa’ s-saff tal-kloroform fit-tieni lembut ta’ separazzjoni, li jkun fih 110 ml ta’ ilma dejonizzat u 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ blu tal-metilen aċiduża (il-punt 2.2.3). Ħawwad it-taħlita għal minuta. Għaddi s-saff tal-kloroform minn ġo filtru tat-tajjar imnaddaf minn qabel u mxarrab bil-kloroform fi flask volumetriku (il-punt 2.2.12).

Oħroġ is-soluzzjonijiet alkalini u aċidużi tliet darbiet, bl-użu ta’ 10 ml ta’ kloroform għat-tieni u t-tielet estrazzjonijiet. Iffiltra l-estratti tal-kloroform ikkombinati mill-istess filtru tat-tajjar u ddilwixxi sal-marka fil-flask ta’ 50 ml (il-punt 2.2.12) bil-kloroform użat għall-ħasil mill-ġdid tat-tajjar. Kejjel l-adsorbiment tas-soluzzjoni tal-kloroform b’fotometru f’650 nm f’ċelloli ta’ 1 sa 5 cm kontra l-kloroform. Agħmel test inbjank matul il-proċedura kollha.

2.4.   Kurva ta’ kalibrazzjoni

Ipprepara soluzzjoni ta’ kalibrazzjoni mis-sustanza standard ta’ ester tal-metil tal-aċidu sulfoniku benżen dodeċil (tip tetrapropilen mol. wt. 340) wara saponifikazzjoni fil-melħ tal-potassju. L-MBAS hu kkalkolat bħala sulfonat tas-sodju dodeċil benżen (mol. wt. 348).

Minn pipetta tal-użin, iżen 400 sa 450 mg ta’ dodeċil-benżen-aċidu-sulfoniku-metil-ester (il-punt 2.2.5) sal-eqreb 0,1 mg fi flask bil-qiegħ tond u żid 50 ml ta’ soluzzjoni ta’ idrossidu tal-potassju etanoliku (il-punt 2.2.6) u xi bċejjeċ żgħar jagħlu. Wara li timmonta l-kondensatur tar-rifluss, għalli għal siegħa. Wara li jiksħu, aħsel il-kondensatur u l-ġonta tal-ħġieġ mitħun b’madwar 30 ml ta’ etanol, u żid dawn il-ħasliet mal-kontenut tal-flask. Ittitra s-soluzzjoni bl-aċidu sulfuriku kontra l-fenolftaleina sakemm issir bla kulur. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni għal ġo flask volumetriku ta’ 1 000 ml (il-punt 2.2.14), iddilwixxi sal-marka b’ilma dejonizzat u ħallat.

Parti minn din is-soluzzjoni ewlenija ta’ aġenti tensjoattivi mbagħad tiġi dilwita aktar. Iġbed 25 ml, ittrasferixxi għal ġo flask volumetriku ta’ 500 ml (il-punt 2.2.13), iddilwixxi sal-marka b’ilma dejonizzat u ħallat.

Din is-soluzzjoni standard fiha:

Image 1

fejn E huwa l-piż tal-kampjun f’mg.

Biex tistabbilixxi l-kurva ta’ kalibrazzjoni, iġbed porzjonijiet ta’ 1, 2, 4, 6, 8 ml tas-soluzzjoni standard u ddilwixxi kull wieħed sa 100 ml b’ilma dejonizzat. Imbagħad ipproċedi kif indikat taħt il-punt 2.3 inkluż test inbjank.

2.5.   Kalkolu tar-riżultati

L-ammont ta’ aġent tensjoattiv anjoniku (MBAS) fil-kampjun jinqara mill-kurva ta’ kalibrazzjoni (il-punt 2.4). Il-kontenut ta’ MBAS tal-kampjun jingħata permezz ta’:

Image 2

fejn: V = volum f’ml tal-kampjun użat.

Esprimi r-riżultati bħala sulfonat tad-dodeċilbenżen tas-sodju (MW 348).

2.6.   Espressjoni tar-riżultati

Esprimi r-riżultati bħala MBAS mg/l sal-eqreb 0,1.

3.   Determinazzjoni tal-aġenti tensjoattivi mhux joniċi f’likuri tat-test tal-bijodegradazzjoni

3.1.   Prinċipju

L-aġenti tensjoattivi huma kkonċentrati u iżolati permezz ta’ strippaġġ bil-gass. Fil-kampjun użat, il-kwantità ta’ aġent tensjoattiv mhux joniku għandha tkun fil-medda ta’ 250-800 g.

L-aġent tensjoattiv strippjat jiġi maħlul f’aċitat etiliku.

Wara s-separazzjoni tal-fażijiet u l-evaporazzjoni tas-solvent, l-aġent tensjoattiv mhux joniku jiġi preċipitat f’soluzzjoni milwiema b’reaġent Dragendorff modifikat (KBiI4 + BaCl2 + aċidu aċetiku glaċjali).

Il-preċipitat jiġi ffiltrat, maħsul bl-aċidu aċetiku glaċjali u maħlul f’soluzzjoni ta’ tartrat tal-ammonju. Il-bismut fis-soluzzjoni jiġi ttitrat potenzjometrikament b’soluzzjoni ta’ pirrolidineditijokarbamat f’pH 4-5 bl-użu ta’ elettrodu indikatur tal-platinu luminuż u elettrodu ta’ referenza tal-kalomel jew tal-fidda/klorur tal-fidda. Il-metodu huwa applikabbli għal reaġenti tensjoattivi mhux joniċi li jkun fihom 6-30 grupp ta’ ossidu tal-alkilen.

Ir-riżultat tat-titrazzjoni jiġi mmultiplikat bil-fattur empiriku ta’ 54 għall-konverżjoni għas-sustanza ta’ referenza nonilfenol ikkondensata b’10 mols ta’ ossidu tal-etilen (NP 10).

3.2.   Reaġenti u Tagħmir

Ir-reaġenti għandhom isiru f’ilma dejonizzat.

3.2.1.

Aċitat etiliku pur, distillat frisk.

3.2.2.

Bikarbonat tas-sodju, NaHCO3 AR.

3.2.3.

Iddilwixxi l-aċidu idrokloriku [20 ml aċidu konċentrat (HCI) dilwit sa 1 000 ml bl-ilma]

3.2.4.

Metanol AR, distillat frisk, maħżun fi flixkun tal-ħġieġ.

3.2.5.

Bromokresol vjola, 0,1 g f’100 ml metanol.

3.2.6.

Preċipitant: il-preċipitant hu taħlita ta’ żewġ volumi tas-soluzzjoni A u volum wieħed tas-soluzzjoni B. It-taħlita tinħażen fi flixkun kannella u tista’ tintuża sa ġimgħa wara li tkun tħalltet.

3.2.6.1.

Soluzzjoni A

Ħoll 1,7 g nitrat tal-bismut, BiONO3.H2O AR, f’20 ml aċidu aċetiku glaċjali, u żid sa 100 ml bl-ilma. Imbagħad ħoll 65 g jodur tal-potassju AR f’200 ml ilma. Ħallat dawn iż-żewġ soluzzjonijiet fi flask volumetriku ta’ 1 000 ml, żid 200 ml aċidu aċetiku glaċjali (il-punt 3.2.7) u żid sa 1 000 ml bl-ilma.

3.2.6.2.

Soluzzjoni B

Ħoll 290 g klorur tal-barju, BaCl2.2H2O AR, f’1 000 ml ilma.

3.2.7.

Aċidu aċetiku glaċjali 99-100 % (konċentrazzjonijiet aktar baxxi ma humiex adattati).

3.2.8.

Soluzzjoni ta’ tartrat tal-ammonju: ħallat 12,4 g aċidu tartariku AR u 12,4 ml soluzzjoni tal-ammonijaka AR (d = 0,910 g/ml) u żid sa 1 000 ml bl-ilma (jew uża l-ammont ekwivalenti ta’ tartrat tal-ammonju AR).

3.2.9.

Iddilwixxi s-soluzzjoni tal-ammonijaka: 40 ml soluzzjoni tal-ammonijaka AR (d = 0,910 g/ml) iddilwita sa 1 000 ml bl-ilma.

3.2.10.

Buffer standard tal-aċitat: ħoll 40 g idrossidu tas-sodju solidu AR, f’500 ml ilma f’bekk u ħallih jiksaħ. Żid 120 ml aċidu aċetiku glaċjali (il-punt 3.2.7). Ħallat sewwa, kessaħ u ttrasferixxi għal ġo flask volumetriku ta’ 1 000 ml. Żidu bl-ilma sal-marka.

3.2.11.

Soluzzjoni ta’ pirrolidineditijokarbamat (magħrufa bħala “soluzzjoni ta’ karbat”): ħoll 103 mg pirrolidineditijokarbamat tas-sodju, C5H8NNaS2.2H2O, f’madwar 500 ml ilma, żid 10 ml ta’ alkoħol n-amil AR u 0,5 g NaHCO3 AR, u żid sa 1 000 ml bl-ilma.

3.2.12.

Soluzzjoni ta’ sulfat tar-ram (għall-istandardizzazzjoni tal-punt 3.2.11).

SOLUZZJONI EWLENIJA

Ħallat 1,249 g sulfat tar-ram, CuSO4.5H2O AR, ma’ 50 ml 0,5 M aċidu sulfuriku u żid sa 1 000 ml bl-ilma.

SOLUZZJONI STANDARD

Ħallat 50 ml soluzzjoni ewlenija ma’ 10 ml 0,5 M H2SO4 u żid sa 1 000 ml bl-ilma.

3.2.13.

Klorur tas-sodju AR.

3.2.14.

Apparat għall-istrippaġġ bil-gass (ara l-Figura 5). Id-dijametru tad-disk sinterizzat għandu jkun l-istess bħad-dijametru intern taċ-ċilindru.

3.2.15.

Lembut ta’ separazzjoni, 250 ml.

3.2.16.

Ħawwad manjetiku b’kalamita ta’ 25-30 mm.

3.2.17.

Griġjol Gooch, dijametru tal-bażi perforata = 25 mm, Tip G4.

3.2.18.

Karti filtru ċirkolari tal-fibra tal-ħġieġ, b’dijametru ta’ 27 mm b’dijametru tal-fibra ta’ 0,3-1,5 m.

3.2.19.

Żewġ flasks filtru b’adattaturi u għenuq tal-lastiku, 500 u 250 ml rispettivament.

3.2.20.

Potenzjometru reġistratur mgħammar b’elettrodu indikatur tal-platinu luminuż u elettrodu ta’ referenza tal-kalomel jew tal-fidda/klorur tal-fidda b’medda ta’ 250 mV, b’buretta awtomatika tesa’ 20-25 ml, jew tagħmir manwali alternattiv.

3.3.   Metodu

3.3.1.   Konċentrazzjoni u separazzjoni tal-aġent tensjoattiv

Iffiltra l-kampjun milwiem minn karta filtru kwalitattiva. Armi l-ewwel 100 ml tal-filtrat.

Fl-apparat tal-istrippaġġ, imlaħlaħ minn qabel bl-aċitat etiliku, qiegħed kwantità mkejla tal-kampjun, b’tali mod li jkun fih bejn 250-800 g ta’ aġent tensjoattiv mhux joniku.

Biex ittejjeb is-separazzjoni, żid 100 g klorur tas-sodju u 5 g bikarbonat tas-sodju.

Jekk il-volum tal-kampjun ikun aktar minn 500 ml, żid dawn l-imlieħ mal-apparat tal-istrippaġġ f’għamla solida, u ħoll billi tgħaddi minnu n-nitroġenu jew l-arja.

Jekk jintuża kampjun ta’ daqs iżgħar, ħoll l-imlieħ f’400 ml ilma u mbagħad żidu mal-apparat tal-istrippaġġ.

Żid l-ilma biex iġġib il-livell sar-rubinett tal-għeluq ta’ fuq.

B’attenzjoni żid 100 ml aċitat etiliku fuq l-ilma.

Imla l-flixkun tal-ħasil fil-linja tal-gass (nitroġenu jew arja) żewġ terzi mimli bl-aċitat etiliku.

Għaddi fluss ta’ gass ta’ 30-60 l/h minn ġol-apparat; huwa rakkomandat l-użu ta’ flussimetru. Ir-rata tal-arjazzjoni trid tiżdied gradwalment fil-bidu. Ir-rata tal-gass trid tiġi aġġustata b’mod li l-fażijiet jibqgħu separati b’mod notevoli biex jiġi minimizzat it-taħlit tal-fażijiet u s-soluzzjoni tal-aċitat etiliku fl-ilma. Waqqaf il-fluss tal-gass wara ħames minuti.

Jekk ikun hemm tnaqqis ta’ aktar minn 20 % fil-volum tal-fażi organika permezz tas-soluzzjoni fl-ilma, is-sublazzjoni trid tiġi ripetuta b’attenzjoni speċjali għar-rata tal-fluss tal-gass.

Għaddi l-fażi organika f’lembut ta’ separazzjoni. Erġa’ poġġi kwalunkwe ilma fil-lembut ta’ separazzjoni mill-fażi milwiema — għandu jkun biss ftit ml — fl-apparat tal-istrippaġġ. Iffiltra l-fażi tal-aċitat etiliku minn karta filtru kwalitattiva xotta f’bekk ta’ 250 ml.

Itfa’ 100 ml ieħor ta’ aċitat etiliku fl-apparat tal-istrippaġġ u erġa’ għaddi n-nitroġenu jew l-arja għal ħames minuti. Oħroġ il-fażi organika għal ġol-lembut ta’ separazzjoni użat għall-ewwel separazzjoni, neħħi l-fażi milwiema u għaddi l-fażi organika mill-istess filtru bħall-ewwel porzjon ta’ aċitat etiliku. Laħlaħ kemm il-lembut ta’ separazzjoni kif ukoll il-filtru b’madwar 20 ml ta’ aċitat etiliku.

Evapora l-estratt tal-aċitat etiliku sakemm jinxef bl-użu ta’ banjumarija (kabinett għad-dħaħen). Idderiġi fluss ħafif ta’ arja fuq is-superfiċe tas-soluzzjoni biex tħaffef l-evaporazzjoni.

3.3.2.   Preċipitazzjoni u filtrazzjoni

Ħoll ir-residwu xott minn 3.3.1 f’5 ml metanol, żid 40 ml ilma u 0,5 ml HCl dilwit (il-punt 3.2.3) u ħawwad it-taħlita b’ħawwad manjetiku.

Ma’ din is-soluzzjoni żid 30 ml ta’ preċipitant (il-punt 3.2.6) minn ċilindru tal-kejl. Il-preċipitat jifforma wara taħwid ripetut. Wara li tħawwad għal għaxar minuti, ħalli t-taħlita toqgħod għal mill-anqas ħames minuti.

Iffiltra t-taħlita minn griġjol Gooch, li l-bażi tiegħu tkun mgħottija b’karta filtru tal-fibra tal-ħġieġ. L-ewwel aħsel il-filtru taħt ġbid bl-arja b’madwar 2 ml aċidu aċetiku glaċjali. Imbagħad aħsel sew il-bekk, il-kalamita, u l-griġjol bl-aċidu aċetiku glaċjali, li minnu huwa meħtieġ madwar 40-50 ml. M’hemmx bżonn li l-preċipitat imwaħħal mal-ġnub tal-bekk jiġi ttrasferit kwantitattivament fil-filtru, minħabba li s-soluzzjoni tal-preċipitat għat-titrazzjoni titpoġġa lura fil-bekk ta’ preċipitazzjoni, u l-preċipitat li jifdal imbagħad jinħall.

3.3.3.   Taħlil tal-preċipitat

Ħoll il-preċipitat fil-griġjol filtru biż-żieda ta’ soluzzjoni ta’ tartrat tal-ammonju sħun (madwar 80 °C) (il-punt 3.2.8) fi tliet porzjonijiet ta’ 10 ml kull wieħed. Ħalli kull porzjon joqgħod fil-griġjol għal xi minuti qabel ma jinġibed mill-filtru għal ġol-flask.

Qiegħed il-kontenut tal-flask filtru fil-bekk użat għall-preċipitazzjoni. Laħlaħ il-ġnub tal-bekk b’20 ml oħra ta’ soluzzjoni tat-tartrat biex tħoll il-bqija tal-preċipitat.

Aħsel il-griġjol, l-adattatur u l-flask filtru b’150-200 ml ilma bir-reqqa, u erġa’ poġġi l-ilma tat-tlaħliħ fil-bekk użat għall-preċipitazzjoni.

3.3.4.   It-titrazzjoni

Ħawwad is-soluzzjoni bl-użu ta’ ħawwad manjetiku (il-punt 3.2.16), żid ftit qtar ta’ bromokresol vjola (il-punt 3.2.5) u żid is-soluzzjoni tal-ammonijaka dilwita (il-punt 3.2.9) sakemm il-kulur isir vjola (is-soluzzjoni fil-bidu tkun aċidu dgħajjef mir-residwu tal-aċidu aċetiku użat għat-tlaħliħ).

Imbagħad żid 10 ml buffer standard tal-aċitat (il-punt 3.2.10), għaddas l-elettrodi fis-soluzzjoni, u ittitra potenzjometrikament b’“soluzzjoni ta’ karbat” standard (il-punt 3.2.11), bil-ponta tal-buretta mgħaddsa fis-soluzzjoni.

Ir-rata tat-titrazzjoni ma għandhiex taqbeż 2 ml/min.

Il-punt tat-tmiem huwa l-intersezzjoni tat-tanġenti maż-żewġ fergħat tal-kurva potenzjali.

Okkażjonalment jiġi osservat li l-inflessjoni fil-kurva potenzjali ssir ċatta; dan jista’ jiġi eliminat billi l-elettrodu tal-platinu jitnaddaf b’attenzjoni (billi jiġi llustrat b’karta miksija bl-iżmerill).

3.3.5.   Testijiet inbjank

Fl-istess ħin agħmel test inbjank matul il-proċedura kollha b’5 ml metanol u 40 ml ilma, skont l-istruzzjonijiet fil-punt 3.3.2. It-titrazzjoni inbjank għandha tkun anqas minn 1 ml, inkella l-purità tar-reaġenti (il-punti 3.2.3, 3.2.7, 3.2.8, 3.2.9, 3.2.10) tkun f’suspett, speċjalment il-kontenut tagħhom ta’ metalli tqal, u jridu jiġu sostitwiti. L-inbjank irid jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tar-riżultati.

3.3.6.   Kontroll tal-fattur tas-“soluzzjoni ta’ karbat”

Iddetermina l-fattur għas-soluzzjoni ta’ karbat fil-jum tal-użu. Biex tagħmel dan, ittitra 10 ml tas-soluzzjoni ta’ sulfat tar-ram (il-punt 3.2.12) b’“soluzzjoni ta’ karbat” wara ż-żieda ta’ 100 ml ilma u 10 ml buffer standard tal-aċitat (il-punt 3.2.10). Jekk l-ammont użat ikun ml, il-fattur f ikun:

Image 3

u r-riżultati kollha tat-titrazzjoni jiġu mmultiplikati b’dan il-fattur.

3.4.   Kalkolu tar-riżultati

Kull aġent tensjoattiv mhux joniku għandu l-fattur proprju tiegħu, skont il-kompożizzjoni tiegħu, b’mod partikolari t-tul tal-katina tal-ossidu tal-alken. Il-konċentrazzjoni ta’ aġent tensjoattiv mhux joniku tiġi espressa f’relazzjoni ma’ sustanza standard — nonilfenol b’għaxar unitajiet ta’ ossidu tal-etilen (NP 10) — li għalihom il-fattur ta’ konverżjoni huwa 0,054.

Bl-użu ta’ dan il-fattur, l-ammont ta’ aġent tensjoattiv preżenti fil-kampjun jinstab espress bħala mg tal-ekwivalenti NP 10, kif ġej:

(b — c) xfx 0,054 = mg aġent tensjoattiv mhux joniku bħala NP 10

fejn:

b

=

volum tas-“soluzzjoni ta’ karbat” użat mill-kampjun (ml),

c

=

volum tas-“soluzzjoni ta’ karbat” użat mill-inbjank (ml),

f

=

fattur tas-“soluzzjoni ta’ karbat”.

3.5.   Espressjoni tar-riżultati

Esprimi r-riżultati f’mg/l bħala NP 10 sal-eqreb 0,1.

Illustrazzjoni 1

Impjant tal-ħama attivat: ħarsiet ġenerali

Image 4

A

Reċipjent tal-ħżin

B

Apparat tad-dożaġġ

C

Kompartiment tal-arjazzjoni (kapaċità ta’ 3 litri)

D

Reċipjent ta’ dikantazzjoni

E

Pompa tal-arja kompressata

F

Kollettur

G

Arjatur sinterizzat

H

Miter tal-fluss tal-arja

I

Arja

Illustrazzjoni 2

Impjant tal-ħama attivat: dettall (dimensjonijiet f’millimetri)

Image 5

A

Livell tal-likwidu

B

PVC iebes

C

Ħġieġ jew plastik li ma jgħaddix ilma minnu (PVC iebes)

Illustrazzjoni 3

Kalkolu tal-bijodegradabbiltà - Test ta’ konferma

Image 6

A

Perjodu tar-running in

B

Perjodu użat għall-kalkolu (21 jum)

C

Aġent tensjoattiv faċilment bijodegradabbli

D

Aġent tensjoattiv mhux faċilment bijodegradabbli

E

Bijodegradazzjoni (%)

F

Żmien (jiem)


Anness VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2, il-punt (1)

Artikolu 2(1a)

Artikolu 2, il-punt (2)

Artikolu 2(1b)

Artikolu 2, il-punt (3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2, il-punt (6)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2, il-punt (7)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2, il-punt (8)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2, il-punt (11)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2, il-punt (12)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2, il-punt (14)

Artikolu 2(9a)

Artikolu 2, il-punt (13)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2, il-punt (15)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(12)

Artikolu 2, il-punt (5)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1) u Artikolu 4(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 7(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4a

Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 7(6)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 1(2), il-punt (b)

Artikolu 11(2) u (3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 15(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 15(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 12

Artikolu 28

Artikolu 13

Artikolu 26

Artikolu 13a(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 13a(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 13a(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 13a(4)

Artikolu 27(5)

Artikolu 13a(5)

Artikolu 27(6)

Artikolu 14(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(1)

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(3)

Artikolu 15(2)

Artikolu 25(4)

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 17

Artikolu 33

Artikolu 18

Artikolu 29

Artikolu 19

Artikolu 35


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1354/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top