This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0134
P9_TA(2024)0134 – European Maritime Safety Agency and repealing Regulation (EC) No 1406/2002 – European Parliament legislative resolution of 12 March 2024 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the European Maritime Safety Agency and repealing Regulation (EC) No 1406/2002 (COM(2023)0269 – C9-0190/2023 – 2023/0163(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0134 — L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2023)0269 – C9-0190/2023 – 2023/0163(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0134 — L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2023)0269 – C9-0190/2023 – 2023/0163(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/1026, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1026/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1026 |
27.2.2025 |
P9_TA(2024)0134
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2023)0269 – C9-0190/2023 – 2023/0163(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1026)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0269), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0190/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Settembru 2023 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0423/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2023/873, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/873/oj.
P9_TC1-COD(2023)0163
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-12 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
Ġew adottati għadd ta’ miżuri leġiżlattivi fl-Unjoni sabiex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà marittima, tiġi promossa s-sostenibbiltà, billi jiġi pprevenut ukoll it-tniġġis, u bid-dekarbonizzazzjoni tat-tbaħħir, u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur marittimu. Sabiex tkun effettiva, din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li tiġi applikata b’manjiera xierqa u uniformi fl-Unjoni kollha. Din tiżgura kundizzjonijiet ekwi, tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn vantaġġi ekonomiċi li jitgawdew minn vapuri li ma humiex konformi mar-regoli u tippremja lill-partijiet marittimi serji. |
|
(1a) |
Is-settur tas-sajd għandu rati għoljin ta’ aċċidenti, li għandhom ukoll livelli għoljin ta’ mortalità, u r-rwol importanti tat-taħriġ tas-sajjieda f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza tax-xogħol. [Em. 1] |
|
(2) |
L-ilħuq ta’ dawk l-għanijiet jirrikjedi ħidma teknika sostanzjali mmexxija minn korp speċjalizzat. Din hija r-raġuni għaliex kien meħtieġ, bħala parti mit-tieni “pakkett Erika” fl-2002, li tiġi stabbilita, fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti u b’rispett għar-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-Istati Membri bħala Stati tal-bandiera, tal-port u kostali, aġenzija Ewropea bil-għan li jiġi żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“l-Aġenzija”) sabiex tassisti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-implimentazzjoni effettiva fil-livell tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis permezz ta’ żjarat xierqa lill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-għoti ta’ taħriġ u bini tal-kapaċitajiet. |
|
(4) |
Wara l-istabbiliment tal-Aġenzija fl-2002, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tas-sikurezza marittima, is-sostenibbiltà u l-prevenzjoni tat-tniġġis u s-sigurtà marittima espandiet b’mod sinifikanti u rriżultat f’ħames emendi għall-mandat tal-Aġenzija. |
|
(5) |
Mill-2013, l-Aġenzija kompliet tespandi b’mod sinifikanti l-kompiti tagħha jew permezz tal-attivazzjoni tal-kompiti anċillari rilevanti preskritti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 jew permezz ta’ talbiet għal assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri speċjalment fil-qasam tad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur marittimu. Barra minn hekk, l-emendi għad-Direttivi 2005/35/KE (4), 2009/16/KE (5), 2009/18/KE (6) u 2009/21/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom impatt dirett fuq il-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi jipprevedu b’mod partikolari t-twettiq ta’ kompiti mill-Aġenzija relatati mat-tniġġis mill-bastimenti, ir-reġim ta’ kontroll mill-Istat tal-port fil-livell tal-Unjoni, l-attivitajiet tal-Istati Membri dwar l-investigazzjonijiet relatati mal-aċċidenti marittimi fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-obbligi tal-Istati Membri bħala Stati tal-bandiera. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-governanza amministrattiva u finanzjarja tal-Aġenzija jeħtieġ li tiġi allinjata mal-ftehim interistituzzjonali dwar il-governanza tal-aġenziji deċentralizzati (8) u mar-regolament finanzjarju qafas għall-korpi deċentralizzati tal-Unjoni (9). |
|
(7) |
Minħabba l-għadd sostanzjali ta’ bidliet fid-dawl tal-iżviluppi ta’ hawn fuq, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 u li dan jiġi sostitwit b’att legali ġdid. |
|
(8) |
Inizjalment, l-Aġenzija ġiet stabbilita bl-objettiv li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ livell għoli ta’ sikurezza marittima fl-Unjoni filwaqt li tassisti wkoll il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri u aktar tard anke minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. Filwaqt li dawn l-objettivi komplew jissaħħu biż-żieda tal-promozzjoni tas-sigurtà marittima, l-enfasi tal-Aġenzija, matul dawn l-aħħar snin, fuq l-appoġġ għall-iżviluppi regolatorji fil-qasam tad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tat-tbaħħir , inklużi żoni portwarji, jistħoqqlu ż-żieda ta’ dawk l-oqsma fl-objettivi ġenerali tal-Aġenzija li jippermettilha tikkontribwixxi għall-għanijiet tat-tranżizzjoni doppja, ekoloġika u diġitali tal-industrija. Bl-istess mod, ir-rwol kruċjali tal-Aġenzija fl-għoti ta’ stampa ta’ sensibilizzazzjoni marittima fil-baħar, permezz ta’ immaġnijiet satellitari u l-operat ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, jiġġustifika ż-żieda ta’ objettiv ġenerali rilevanti għall-Aġenzija. [Em. 2] |
|
(9) |
Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiddefinixxu l-oqsma tal-involviment tal-Aġenzija fl-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’assistenza teknika u operazzjonali sabiex jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni fil-qasam marittimu. |
|
(10) |
Għall-kisba xierqa ta’ dawn l-objettivi, huwa xieraq li l-Aġenzija twettaq kompiti speċifiċi fil-qasam tas-sikurezza marittima , il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri , is-sostenibbiltà, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, is-sigurtà marittima u ċ-ċibersigurtà, is-sorveljanza marittima u l-kriżijiet marittimi u l-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambji tad-data fil-qasam marittimu. Hija u twettaq dawn il-kompiti, jenħtieġ li l-Aġenzija tagħti attenzjoni lill-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta’ attivitajiet marittimi b’attenzjoni speċifika għall-kundizzjonijiet applikabbli għas-settur tas-sajd. [Em. 3] |
|
(11) |
Minbarra l-kompiti speċifiċi, l-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi appoġġ orizzontali u tekniku, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri, għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe kompitu li jaqa’ taħt il-kompetenza u l-objettivi tagħha, li jirriżulta minn ħtiġijiet u żviluppi futuri fil-livell tal-Unjoni fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni marittima . Dawn il-kompiti addizzjonali għandhom ikunu soġġetti għal kunsiderazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli, li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jenħtieġ li jqis qabel ma jiddeċiedi li jinkludihom fid-Dokument ta’ Programmazzjoni Uniku tal-Aġenzija bħala parti mill-programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali tiegħu. Għalhekk, kompiti addizzjonali ġodda jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva ppreżentata lill-awtoritajiet leġiżlattivi u baġitarji. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li ċerti kompiti li jikkostitwixxu l-qalba tal-Aġenzija jkunu jistgħu jiġu prijoritizzati jekk ikun meħtieġ. [Em. 4] |
|
(11a) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tagħti attenzjoni speċjali lis-settur tas-sajd meta twettaq il-kompiti tagħha, peress li dan għandu impatt ekonomiku u soċjali importanti fl-UE. B’mod partikolari, il-bastimenti tas-sajd u l-ħaddiema huma vulnerabbli immens għar-riskji tas-sikurezza marittima u għandhom rwol rilevanti fit-tranżizzjoni ekoloġika. [Em. 5] |
|
(12) |
L-Aġenzija tinsab fuq quddiem nett tal-għarfien espert tekniku fl-oqsma tal-kompetenza tagħha u għalhekk jenħtieġ li tipprovdi attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ bini tal-kapaċitajiet lill-Istati Membri bl-iżvilupp ta’ korsijiet komuni tal-kurrikuli ewlenin u l-użu tal-għodod l-aktar avvanzati teknoloġikament fit-twettiq tagħhom. Fost l-oħrajn, l-Aġenzija jenħtieġ li tappoġġa t-taħriġ tal-ispetturi tal-Kontroll mill-Istat tal-Port tal-Istati Membri u l-uffiċjali tal-Amministrazzjonijiet tal-Istat tal-Bandiera biex iwettqu spezzjonijiet immirati fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-MLC 2006 fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-baħħara u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord il-vapuri. Sabiex il-professjonijiet marittimi jsiru aktar attraenti, l-Aġenzija jenħtieġ li tivvaluta l-bini ta’ network li jinkludi l-akkademja u kwalunkwe stabbiliment ieħor li jipprovdi għal kwalifiki xierqa għall-promozzjoni tal-ħtiġijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja. [Em. 6] |
|
(13) |
Dan l-għarfien espert tekniku tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi kkultivat aktar billi ssir riċerka fil-qasam marittimu u billi jingħata kontribut għall-attivitajiet rilevanti tal-Unjoni fil-qasam. L-Aġenzija jenħtieġ li tikkontribwixxi b’approċċ proattiv għall-objettivi tat-tisħiħ tas-sikurezza marittima, tas-sigurtà, tad-dekarbonizzazzjoni tat-tbaħħir u tal-portijiet marittimi u tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija tista’ toħroġ gwida, rakkomandazzjonijiet jew manwali rilevanti mhux vinkolanti li jistgħu jassistu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u/jew lill-industrija marittima biex jilħqu dawn l-objettivi. [Em. 7] |
|
(14) |
Fir-rigward tas-sikurezza marittima, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa approċċ proattiv fid-determinazzjoni tar-riskji u tal-isfidi tas-sikurezza li abbażi tagħhom jenħtieġ li tippreżenta lill-Kummissjoni rapport kull 3 snin dwar il-progress fis-sikurezza marittima. Barra minn hekk, l-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, speċjalment fl-oqsma tal-obbligi tal-Istat tal-bandiera u tal-port, filwaqt li tappoġġa direttament l-investigazzjoni tal-aċċidenti tal-baħar, il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri, l-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti u t-tagħmir tal-baħar. Fl-aħħar, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha rwol proattiv fl-assistenza għall-iskjerament għall-użu ta’ vapuri tal-wiċċ awtonomi u awtomatizzati marittimi, filwaqt li huwa importanti wkoll li tinġabar aktar data fil-qasam tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara u l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (MLC, 2006). [Em. 8] |
|
(14a) |
Jistieden lill-Kummissjoni tittrasponi l-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F 1995), fid-dritt tal-UE sabiex jinkiseb qafas armonizzat għal livell minimu ta’ taħriġ tas-sajjieda fl-Ewropa. [Em. 9] |
|
(15) |
Mill-aħħar emenda sostanzjali tar-Regolament fl-2013, kien hemm żviluppi leġiżlattivi sinifikanti fis-settur marittimu fir-rigward tas-sostenibbiltà. Minbarra l-kompiti li l-mandat tal-Aġenzija kien ikopri sa issa, bħall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti u installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, prinċipalment permezz tal-operat ta’ CleanSeaNet, l-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) billi tirrifletti dan il-kompitu fil-mandat aġġornat tagħha. Barra minn hekk, hemm ħtieġa akbar għall-Aġenzija biex tkompli tassisti fl-implimentazzjoni tal-elementi relatati mat-tbaħħir tad-Direttivi 2008/56/KE (11) u (UE) 2016/802 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawk iż-żewġ oqsma flimkien mal-involviment tal-Aġenzija fil-ġbir, fl-analiżi u fil-kondiviżjoni tad-data fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-vapuri huma ta’ importanza għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà fis-settur marittimu li għalih l-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi rapport dwar il-progress li jsir kull 3 snin. |
|
(16) |
Fil-qasam tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-tbaħħirr tat-tbaħħir , qed isiru sforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi globali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u dawn jenħtieġ li jiġu mħeġġa, inkluża l-implimentazzjoni rapida tal-Istrateġija inizjali tal-OMI dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet ta’ Gassijiet Serra mill-Bastimenti mill-Vapuri , adottata fl-2018. Għaddejjin Diskussjonijiet dwar il-mezzi għall-implimentazzjoni fil-prattika ta’ din l-ambizzjoni, inkluż dwar reviżjoni tal-istrateġija tali ambizzjoni jinsabu għaddejjin. Dawk id-diskussjonijiet ikopru l-possibbiltà li tiġi riveduta l-istrateġija inizjali , u joffru l-opportunità li ssir riflessjoni dwar l-ambizzjonijiet tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni globali li jirriżultaw fit-tisħiħ tal-kompetittività marittima tal-UE . Fil-livell tal-Unjoni, ġie żviluppat sett ta’ politiki u proposti leġiżlattivi biex tiġi appoġġata d-dekarbonizzazzjoni u tiġi promossa aktar is-sostenibbiltà tas-settur marittimu, kif rifless b’mod partikolari fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, fil-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Istrateġija ta’ Tniġġis Żero. B’riżultat ta’ dan, il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu jenħtieġ li tiġi riflessa fil-mandat tal-Aġenzija. [Em. 10] |
|
(17) |
F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jenħtieġ li hija tkompli tassisti fl-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji l-ġodda għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-tbaħħir, bħala riżultat tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, bħar-Regolament [..] dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u l-elementi relatati mat-tbaħħir tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità. Dan jinkludi l-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-impatti tal-EU ETS Maritime u tal-FuelEU Maritime fuq it-traffiku tal-portijiet, l-evażjoni tal-portijiet u t-tranżizzjoni tat-traffiku lejn portijiet ta’ trażbord f’pajjiżi terzi, għad-detriment tal-portijiet tal-UE. L-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tkun fuq quddiem nett tal-għarfien espert fil-livell tal-Unjoni biex tassisti fit-tranżizzjoni tas-settur għal fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju billi twettaq riċerka u tipprovdi gwida dwar l-adozzjoni u l-użu u l-iskjerament ta’ sorsi alternattivi sostenibbli ta’ enerġija għall-vapuri u l-infrastruttura relatata fiż-żoni portwarji, il-provvista , inkluża l-provvista tal-enerġija fuq l-art lill-vapuri u fir-rigward tal-iskjerament tal-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ assistenza għall-effiċjenza enerġetika u għall-propulsjoni eolika assistita mir-riħ, solari u kinetika. Dan jinkludi wkoll teknoloġiji ġodda għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, bħall-qbid tal-karbonju abbord u l-prattiki tal-effiċjenza enerġetika, bħan-navigazzjoni aktar bil-mod (slow steaming). Barra minn hekk, jenħtieġ li tikkondividi wkoll l-għarfien espert tagħha b’rabta mar-riskji relatati mas-sikurezza tal-portijiet, il-bunkering u l-ħżin b’rabta mal-użu ta’ fjuwils alternattivi sostenibbli, ostakli teknoloġiċi u regolatorji . Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress , u titwitta triq għalih fil-qasam tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-tbaħħir u taż-żoni portwarji , l-Aġenzija jenħtieġ li tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Parlament dwar l-isforzi għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u kwalunkwe rakkomandazzjoni li jista’ jkollha kull 3 tliet snin. L-Aġenzija jenħtieġ li tirrapporta wkoll dwar id-diffikultajiet amministrattivi u prattiċi kollha li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi relatati. [Em. 11] |
|
(18) |
Fil-qasam tas-sigurtà marittima, l-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tipprovdi assistenza teknika lill-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) dwar it-titjib tas-sigurtà tal-bastimenti tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port. Minħabba Peress li l-għadd ta’ inċidenti taċ-ċibersigurtà fis-settur marittimu żdied b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti fl-isforzi tal-Unjoni biex tevita inċidenti taċ-ċibersigurtà u ittejjeb ir-reżiljenza kontra l-inċidenti taċ-ċibersigurtà ċibernetika fis-settur marittimu billi tipprepara linji gwida, tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni dwar inċidenti taċ-ċibersigurtà bejn l-Istati Membri. [Em. 12] |
|
(19) |
L-Aġenzija jenħtieġ li tkompli tospita s-sistema ta’ monitoraġġ u informazzjoni dwar il-bastimenti stabbilita skont id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) flimkien ma’ sistemi oħrajn li jirfdu l-istabbiliment ta’ stampa ta’ sensibilizzazzjoni marittima. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija jenħtieġ li jkompli jkollha rwol vitali fil-ġestjoni tal-komponent tas-sigurtà marittima tal-programm Copernicus u jenħtieġ li tkompli tagħmel użu mit-teknoloġija l-aktar avvanzata disponibbli, bħas-sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod li jipprovdu lill-Istati Membri u lil korpi oħrajn tal-Unjoni għodda utli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ. Minbarra dawn is-servizzi, l-Aġenzija wriet ir-rwol strateġiku tagħha fl-għoti ta’ għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima li jappoġġa diversi kriżijiet, bħall-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. B’riżultat ta’ dan, l-Aġenzija jenħtieġ li topera ċentru, li jiftaħ 24 siegħa kuljum u 7 sebat ijiem fil-ġimgħa, li jenħtieġ li jassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’ u jipprovdi informazzjoni rigward sitwazzjonijiet potenzjali u ta’ emerġenza bħal dawn . B’appoġġ għal tweġiba b’saħħitha u magħquda tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-Aġenzija, fost l-oħrajn, timmonitorja mġiba suspettuża madwar il-pipelines u tidentifika l-evażjoni tas-sanzjonijiet fuq il-baħar . [Em. 13] |
|
(20) |
Id-diġitalizzazzjoni tad-data hija parti integrali mill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data bil-ħsieb li tgħin biex il-kostijiet jitnaqqsu , biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex ir-riżorsi umani jintużaw b’effiċjenza. L-iskjerament L-użu u t-tħaddim tal-Vapuri Marittimi Awtonomi tal-Wiċċ (MASS) u l-iżviluppi diġitali u teknoloġiċi jipprovdu firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ġodda f’termini ta’ ġbir u ġestjoni tad-data ta’ sistemi integrati. Dan joħloq opportunitajiet għad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni potenzjali ta’ diversi proċessi, li jippermettu l-faċilitazzjoni tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-sostenibbiltà u tal-effiċjenza tal-operazzjonijiet marittimi, inklużi l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza, fil-livell tal-Unjoni, u b’mod parallel inaqqsu l-piż amministrattiv għall-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija jenħtieġ li, fost l-oħrajn, tiffaċilita u tippromwovi l-użu ta’ ċertifikati elettroniċi, il-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ data teknika, l-isfruttament sistematiku ta’ bażijiet tad-data eżistenti, inkluż il-fertilizzazzjoni inkroċjata tagħhom permezz tal-użu ta’ għodod innovattivi tal-IT u tal-intelliġenza artifiċjali, u, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-data interoperabbli addizzjonali. [Em. 14] |
|
(21) |
Sabiex jitwettqu kif suppost il-kompiti fdati lill-Aġenzija, huwa xieraq li l-uffiċjali tagħha jenħtieġ li jagħmlu viżti lill-Istati Membri sabiex jagħmlu monitoraġġ tal-funzjonament globali tas-sistema tal-Unjoni ta’ sikurezza marittima u prevenzjoni tat-tniġġis. Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq ukoll spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(22) |
Fil-kuntest tal-OMI, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port, iffirmat f’Pariġi fis-26 ta’ Jannar 1982 (“MtQ ta’ Pariġi”), il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jkunu jaf ikunu jeħtieġu assistenza teknika u għarfien espert , għaldaqstant ir-rwol tal-EMSA jenħtieġ li jissaħħaħ, b’mod partikolari fl-IMO, fejn l-EMSA jenħtieġ li tipparteċipa fid-diskussjonijiet u tattendihom . Bl-istess mod, il-Kummissjoni tista’ tkun teħtieġ ukoll l-assistenza teknika tal-Aġenzija fl-appoġġ ta’ pajjiżi terzi fil-qasam marittimu, b’mod partikolari b’mezzi ta’ bini tal-kapaċitajiet u ta’ prevenzjoni tat-tniġġis u ta’ rispons. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jingħata l-kompitu li jadotta strateġija għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Aġenzija dwar kwistjonijiet fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, bħala parti mid-dokument ta’ programmazzjoni uniku. [Em. 15] |
|
(23) |
L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ kompiti, li jistgħu jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar, il-kontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar tal-liġi ġenerali u l-protezzjoni ambjentali. L-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), għalhekk jenħtieġ li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom, fil-mandat tagħhom, kemm bejniethom kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, sabiex iżidu s-sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni marittima u biex jappoġġaw azzjoni koerenti u kosteffiċjenti , billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, teknoloġija, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet bi skopijiet multipli, jiġbru data għar-riċerka xjentifika, jimmonitorjaw l-ibħra Ewropej u jimplimentaw programmi ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi . [Em. 16] |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, u strumenti marittimi internazzjonali rilevanti oħrajn. |
|
(25) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Aġenzija u sabiex ikun hemm kontribut għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività, jenħtieġ li tiġi introdotta struttura ta’ governanza fuq żewġ livelli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu rrappreżentati f’Bord tat-Tmexxija li jkollu s-setgħat meħtieġa, inkluża s-setgħa li jistabbilixxi l-baġit u japprova d-dokument ta’ programmazzjoni . Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun irrappreżentat bħala osservatur . Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali lill-attivitajiet tal-Aġenzija u jkun involut aktar mill-qrib fil-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Aġenzija, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni fuq kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji. Jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Eżekuttiv iżgħar bil-kompitu li jħejji l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija b’mod xieraq u jagħti appoġġ lill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu. Is-setgħat tal-Bord Eżekuttiv jenħtieġ li jiġu ddefiniti f’mandat li jrid jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija u jenħtieġ li, fejn ikun xieraq, jinkludu opinjonijiet u deċiżjonijiet provviżorji soġġetti għall-approvazzjoni finali mill-Bord tat-Tmexxija. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun immexxija minn Direttur Eżekuttiv. [Em. 17] |
|
(26) |
Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati jenħtieġ li jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot. Ir-rappreżentanti tad-diversi partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jinħatru mill-Kummissjoni abbażi tar-rappreżentattività tagħhom fil-livell tal-Unjoni. |
|
(27) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti proporzjonali mħallsa minn pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. L-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija jenħtieġ li ma jiġux kompromessi minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li din tirċievi minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, fir-rakkomandazzjonijiet u fid-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija jenħtieġ li tkun trasparenti u d-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun indipendenti u jenħtieġ li jiġi impjegat kemm b’kuntratti fuq terminu qasir kif ukoll dawk fuq terminu twil sabiex jinżammu l-għarfien organizzazzjonali u l-kontinwità tan-negozju tagħha, filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ għarfien espert mas-settur marittimu. In-nefqa tal-Aġenzija jenħtieġ li tinkludi l-ispejjeż tal-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. [Em. 18] |
|
(28) |
Fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, huwa essenzjali li l-Aġenzija taġixxi b’mod imparzjali, turi integrità u tistabbilixxi standards professjonali għoljin. Jenħtieġ li qatt ma jkun hemm raġuni leġittima biex wieħed jissuspetta li d-deċiżjonijiet jistgħu jiġu influwenzati minn interessi kunfliġġenti mar-rwol tal-Aġenzija bħala korp li jservi lill-Unjoni kollha kemm hi jew minn interessi jew affiljazzjoni privati ta’ kwalunkwe membru tal-Bord tat-Tmexxija li joħolqu, jew għandhom il-potenzjal li joħolqu, kunflitt mat-twettiq xieraq tad-dmirijiet uffiċjali tal-persuna kkonċernata. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku regoli komprensivi dwar il-kunflitti ta’ interess , filwaqt li jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew . [Em. 19] |
|
(29) |
Perspettiva strateġika aktar wiesgħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-Aġenzija tiffaċilita t-tħejjija u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha b’mod iżjed effettiv u tikkontribwixxi għal kwalità ogħla tar-riżultati tagħha. Dan huwa kkonfermat u msaħħaħ mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715. Għalhekk, dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali jenħtieġ li jiġi adottat u aġġornat perjodikament mill-Bord tat-Tmexxija, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
|
(30) |
Meta l-Aġenzija tintalab twettaq kompitu ġdid mhux previst speċifikament fil-mandat tagħha jew f’ċerti kompiti li għalihom ikunu meħtieġa kunsiderazzjoni u analiżi tal-impatt fuq ir-riżorsi tagħha, f’termini umani u baġitarji, skont il-mandat tagħha, il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jinkludi dawn il-kompiti fid-dokument ta’ programmazzjoni biss wara din l-analiżi. Dik l-analiżi jenħtieġ li tidentifika r-riżorsi meħtieġa li magħhom l-Aġenzija tista’ twettaq dawk il-kompiti l-ġodda u jekk il-kompiti eżistenti tal-Aġenzija humiex affettwati b’mod negattiv. |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha u tingħata baġit awtonomu. Jenħtieġ li dan jiġi ffinanzjat prinċipalment minn kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni u għal kwalunkwe sussidju ieħor li għandu jiġi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awditjar tal-kontijiet isir mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni. |
|
(32) |
It-tariffi jtejbu l-finanzjament ta’ aġenzija u jistgħu jitqiesu għal servizzi speċifiċi, li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenzi tagħha, mogħtija mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi jew lill-industrija. Kwalunkwe tariffa imposta mill-Aġenzija jenħtieġ li tkopri l-kostijiet tagħha biex tipprovdi s-servizzi rispettivi. |
|
(33) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-tariffi u tal-imposti, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tariffi u tal-imposti għat-twassil ta’ servizzi . Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). [Em. 20] |
|
(33a) |
Sabiex tkun speċifikata l-metodoloġija għall-kalkolu ta’ dawn it-tariffi u tal-imposti, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’... [kontenut u kamp ta’ applikazzjoni]. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (20) . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 21] |
|
(34) |
Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom tjiebu, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll finanzjarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jenħtieġ li japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (22). |
|
(34a) |
Iż-żieda proposta fir-riżorsi tal-EMSA mhijiex biżżejjed minħabba l-firxa taż-żieda proposta fil-kompiti tal-Aġenzija u l-iskala tal-ambizzjonijiet tal-UE għall-politika marittima. Għaldaqstant, l-ammont tar-riżorsi finanzjarji ddedikati għal din il-proposta għandu jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati skont il-limiti massimi tal-QFP jew jiġi mobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP. Peress li l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-QFP ma saħħitx il-baġit tal-EMSA, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-EMSA ma tistax tiġi kkumpensata bi tnaqqis kumpensatorju tal-infiq ipprogrammat taħt l-FNE Trasport jew twassal għal tnaqqis tal-finanzjament għal kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni. [Em. 22] |
|
(35) |
Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat li jista’ jassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-applikazzjoni u fil-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza marittima, kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-effettività tagħha, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-kooperazzjoni li għandha ssir, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(36) |
Hu meħtieġ għall-funzjonament xieraq tal-Aġenzija li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija bil-għan li tiġi osservata d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni miftiehma mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE f’Lulju 2012, li l-għan tagħhom huwa li jiġu ssimplifikati l-attivitajiet tal-aġenziji u tiżdied il-prestazzjoni tagħhom. |
|
(37) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(38) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2022 tibqa’ l-istess persuna ġuridika u se tkompli bl-attivitajiet u l-proċeduri kollha tagħha, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U OBJETTIVI
Artikolu 1
Stabbiliment, suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jipprevedi regoli komprensivi dwar il-kompiti, il-funzjonament u l-governanza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (“l-Aġenzija”).
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni effettivi tad-dritt tal-Unjoni relatat mat-trasport marittimu madwar l-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni u tipprovdilhom assistenza teknika, operazzjonali u xjentifika fl-ambitu tal-objettivi u tal-kompiti tal-Aġenzija stabbiliti fl-Artikolu 2 u fil-Kapitoli II u III.
3. Billi tipprovdi l-assistenza msemmija fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha b’mod partikolari tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex japplikaw l-atti legali rilevanti tal-Unjoni kif xieraq filwaqt li tikkontribwixxi għall-effiċjenza ġenerali tat-traffiku marittimu u tat-trasport marittimu kif stabbilit f’dan ir-Regolament, sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport marittimu.
4. Kwalunkwe assistenza pprovduta mill-Aġenzija għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri bħala Stati tal-bandiera, tal-port jew kostali.
Artikolu 2
Objettivi tal-Aġenzija
1. L-objettivi tal-Aġenzija għandhom ikunu l-promozzjoni u l-istabbiliment ta’ livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima bl-għan li jkun hemm aċċidenti żero ta’ tnaqqis massimu tal-aċċidenti , sigurtà marittima, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-vapuri u s-sostenibbiltà tas-settur marittimu kif ukoll il-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti mill-vapuri u r-rispons għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. [Em. 23]
2. Objettivi ulterjuri tal-Aġenzija għandhom ikunu l-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni tas-settur marittimu billi tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni elettronika tad-data li tappoġġa s-simplifikazzjoni , it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u l-forniment ta’ sistemi u servizzi integrati ta’ sorveljanza u sensibilizzazzjoni marittima lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. [Em. 24]
KAPITOLU II
KOMPITI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 3
Appoġġ tekniku orizzontali
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri : [Em. 25]
|
(a) |
fil-kontroll tal-implimentazzjoni effettiva tal-atti legali vinkolanti rilevanti tal-Unjoni, li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Aġenzija, b’mod partikolari billi jitwettqu ż-żjarat u l-ispezzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 10. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija tista’ tindirizza suġġerimenti lill-Kummissjoni għal titjib possibbli; |
|
(b) |
fil-ħidma preparatorja għall-aġġornament u l-iżvilupp ta’ atti legali rilevanti tal-Unjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Aġenzija, b’mod partikolari f’konformità mal-iżvilupp tad-dritt internazzjonali; |
|
(c) |
fit-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu ieħor assenjat lill-Kummissjoni f’atti leġislattivi tal-Unjoni fir-rigward tal-objettivi tal-Aġenzija. |
2. L-Aġenzija għandha taħdem mal-Istati Membri biex:
|
(a) |
torganizza, fejn xieraq, attivitajiet rilevanti ta’ bini tal-kapaċitajiet u ta’ taħriġ f’oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Aġenzija u li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi kapaċitajiet xierqa bil-għan li tiżviluppa, timplimenta u tikkoordina attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti għall-objettivi tal-Aġenzija, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ korsijiet, seminars, konferenzi, workshops komuni tal-kurrikulu ewlieni kif ukoll għodod ta’ apprendiment ibbażati fuq l-internet, apprendiment elettroniku u għodod ta’ apprendiment innovattivi u avvanzati oħrajn. Id-dettalji ta’ dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ ipprovduti barra mill-edukazzjoni formali għandhom jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni u approvati mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-Artikolu 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); |
|
(b) |
tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi, inkluż il-forniment ta’ servizzi operazzjonali rilevanti, u tipprovdi assistenza teknika, għall-bini tal-kapaċitajiet nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ atti legali pertinenti tal-Unjoni rilevanti għall-objettivi tal-Aġenzija. |
3. L-Aġenzija għandha tippromwovi u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejniethom u l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi tippromwovi l-iskambju u t-tixrid ta’ esperjenzi u prattiki tajba.
4. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 17, għal attivitajiet ta’ riċerka marittima fil-livell tal-Unjoni konsistenti mal-objettivi tal-Aġenzija. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka, mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħrajn ta’ riċerka fil-livell tal-Unjoni, u fl-analiżi ta’ proġetti ta’ riċerka li għaddejjin u li tlestew rilevanti għall-objettivi tal-Aġenzija. Fejn xieraq, soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-proprjetà intellettwali u l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà, l-Aġenzija tista’ għandha xxerred ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni, wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, bħala parti mill-kontribut tagħha għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ korpi oħrajn tal-Unjoni u l-Istati Membri. [Em. 26]
5. Fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq studji, li jinvolvu lill-Kummissjoni u fejn applikabbli, permezz ta’ gruppi ta’ tmexxija tal-konsultazzjoni, lill-Istati Membri, u fejn xieraq, lis-sħab soċjali u lir-rappreżentanti tal-industrija b’għarfien espert fis-suġġetti rilevanti.
6. Abbażi tar-riċerka u l-istudji mwettqa mill-Aġenzija, iżda anke abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-attivitajiet tagħha stess, speċjalment iż-żjarat u l-ispezzjonijiet, u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajba mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista’ toħroġ, wara konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, rakkomandazzjonijiet, linji gwida jew manwali rilevanti mhux vinkolanti biex tappoġġa u tiffaċilita lill-Istati Membri, u fejn xieraq lill-industrija, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 4
Kompiti relatati mas-sikurezza marittima
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress dwar is-sikurezza tat-trasport marittimu fl-Unjoni, twettaq analiżi tar-riskju abbażi tad-data disponibbli u tiżviluppa mudelli ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza biex tidentifika l-isfidi u r-riskji għas-sikurezza. Kull 3 snin din għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress fuq is-sikurezza marittima b’rakkomandazzjonijiet tekniċi possibbli li jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni jew f’dak internazzjonali. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha b’mod partikolari tanalizza u tipproponi gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti fir-rigward tar-riskji potenzjali għas-sikurezza li jirriżultaw mill-adozzjoni u mill-użu u mill-iskjerament ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija sostenibbli għall-vapuri, inkluża l-provvista tal-enerġija fuq l-art lill-vapuri rmiġġati , it-teknoloġiji ta’ batteriji użati għall-propulsjoni, “teknoloġiji b’emissjonijiet żero”, kif definiti fil-[FuelEU Maritime] . jew teknoloġiji futuri oħra abbord vapuri jew f’żoni portwali. [Em. 27]
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm il-bażi tad-data tal-ispezzjonijiet f’konformità mal-[Artikolu 6a] ta’ dik id-Direttiva, tistabbilixxi l-għodda elettronika ta’ rapportar imsemmija fl-[Artikolu 9b] ta’ dik id-Direttiva, iżżomm is-sit web pubbliku msemmi fl-Artikolu 8(2c) u tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni abbażi tad-data miġbura.
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex tipparteċipa bħala osservatur fil-proċess ta’ awditjar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali skont [l-Artikolu 7] tad-Direttiva 2009/21/KE. L-Aġenzija għandha tiżviluppa wkoll għodod u servizzi rilevanti li jassistu lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/21/KE.
L-Aġenzija għandha tipprovdi wkoll skema komuni ta’ bini tal-kapaċitajiet għas-servejers tal-Istat tal-bandiera u għall-ispetturi tal-Istat tal-bandiera tal-Istati Membri, imsemmija fl-[Artikolu 4c] tad-Direttiva msemmija hawn fuq.
3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data previsti fl-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2009/16/KE. Abbażi tad-data miġbura, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-analiżi tal-informazzjoni rilevanti u fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar vapuri u kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna skont id-Direttiva 2009/16/KE. [Em. 28]
L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod u servizzi rilevanti li jassistu lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/16/KE.
L-Aġenzija għandha tipprovdi wkoll programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali għall-ispetturi tal-kontroll mill-Istat tal-port tal-Istati Membri, kif previst fl-[Artikolu 22(7)] tad-Direttiva 2009/16/KE msemmija hawn fuq.
4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tal-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/18/KE. Abbażi tad-data miġbura, l-Aġenzija għandha tiġbor ħarsa ġenerali annwali tad-diżgrazzji u l-inċidenti tal-baħar. L-Aġenzija għandha, jekk tintalab tista’ tiġi mistiedna mill-Istati Membri kkonċernati u fejn ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interess, biex tipprovdi appoġġ operazzjonali lil dawn l-Istati Membri u tekniku fir-rigward tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza . L-Aġenzija għandha tikkonforma ma’ tali talbiet fejn ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess għall-Aġenzija . L-Aġenzija għandha twettaq ukoll analiżi tar-rapporti tal-investigazzjoni tas-sikurezza bil-għan li tidentifika valur miżjud fil-livell tal-Unjoni f’termini ta’ kwalunkwe lezzjonijiet rilevanti li għandhom jittieħdu. [Em. 29]
L-Aġenzija għandha tipprovdi programm ta’ żvilupp u taħriġ professjonali lill-Awtoritajiet kompetenti tal-investigazzjoni tal-aċċidenti tas-sikurezza tal-baħar.
5. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttivi 2009/45/KE (23) u 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE (25). L-Aġenzija għandha, b’mod partikolari, tiżviluppa u żżomm bażi tad-data għar-reġistrazzjoni ta’ miżuri kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/45/KE u fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/41/KE u tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
6. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta’ stħarriġ u ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 (26). B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
tipprovdi lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-valutazzjoni tagħha tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009; |
|
(b) |
tipprovdi lill-Istati Membri informazzjoni xierqa fil-kuntest tal-ispezzjonijiet imwettqa biex jappoġġaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 sabiex jappoġġaw il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew Il-Parlament u l-Kunsill (27) li tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi tagħhom tal-Unjoni u dawk internazzjonali bħala Stati tal-bandiera. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-grupp ta’ livell għoli dwar kwistjonijiet tal-Istat tal-bandiera fl-ambitu tal-[Artikolu 9(1)] tad-Direttiva 2009/21/KE; |
|
(c) |
tipprovdi, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, rakkomandazzjoni u assistenza teknika lill-Kummissjoni dwar miżuri ta’ rimedju possibbli jew l-impożizzjoni ta’ multi lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. |
7. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) billi tipprovdi l-valutazzjoni teknika tagħha dwar l-aspetti tas-sikurezza, tipprovdi rakkomandazzjonijiet b’listi tar-rekwiżiti rispettivi tad-disinn, tal-kostruzzjoni u tal-prestazzjoni u tal-istandards tal-ittestjar, l-iżvilupp u ż-żamma tal-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 35(4) ta’ dik id-Direttiva u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn il-korpi ta’ valutazzjoni nnotifikati li jaġixxu bħala s-segretarjat tekniku għall-grupp ta’ koordinazzjoni tagħhom. [Em. 30]
8. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni tar-riskji għas-sikurezza relatati mal-iżvilupp ta’ vapuri marittimi awtonomi u awtomizzati tal-wiċċ (MASS), u tassisti lill-Istati Membri billi tiffaċilita, permezz tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ għodod diġitali rilevanti, il-gwida u l-manwali għall-approvazzjoni ta’ proġetti u/jew operazzjonijiet tal-MASS.
9. L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza d-data dwar il-baħħara pprovduta u użata f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). Din tista’ tiġbor u tanalizza wkoll data dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 (MLC, 2006) bl-għan li tassisti fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord tal-baħħara. Il-Kummissjoni għandha tuża dik id-data, flimkien mad-data ġġenerata mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Baħħara (STCW IS) għall-iżvilupp ta’ reazzjonijiet strateġiċi xierqa għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-baħħara fl-attività. [Em. 31]
Artikolu 5
Kompiti relatati mas-sostenibbiltà
1. L-Aġenzija għandha, b’mod kosteffiċjenti, tappoġġa lill-Istati Membri b’mezzi addizzjonali ta’ rispons għat-tniġġis f’każ ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri kif ukoll tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. L-Aġenzija għandha taġixxi fuq talba tal-Istat Membru affettwat li taħt l-awtorità tiegħu jitwettqu l-operazzjonijiet tat-tindif. Tali assistenza hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati kostali li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi xierqa ta’ rispons għat-tniġġis u għandha tirrispetta l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam. Il-mezzi operazzjonali li l-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri għandhom iqisu u jindirizzaw it-tranżizzjoni tas-settur għall-użu ta’ sorsi alternattivi sostenibbli ta’ enerġija għall-vapuri. Kif xieraq, it-talbiet għall-mobilizzazzjoni ta’ azzjonijiet kontra t-tniġġis għandhom jiġu mgħoddija mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-iskoperta ta’ tniġġis possibbli u l-insegwiment ta’ vapuri li jagħmlu skariki illegali f’konformità mad-Direttiva 2005/35/KE. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tassisti fl-implimentazzjoni tal-Artikoli [10, 10a, 10b, 10c u 10d] ta’ dik id-Direttiva billi:
|
(a) |
tiżviluppa u żżomm is-sistema ta’ informazzjoni meħtieġa (CleanSeaNet), bħala parti mis-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima (SafeSeaNet), u l-bażijiet tad-data; |
|
(b) |
tiġbor, tanalizza u xxerred l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/35/KE; |
|
(c) |
tipprovdi bini tal-kapaċitajiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
|
(d) |
tiżviluppa u żżomm il-mezz ta’ rapportar estern online għar-riċeviment u l-immaniġġar ta’ informazzjoni dwar skariki illegali potenzjali kkomunikati mill-ekwipaġġ u għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati; |
|
(da) |
taqsam u tirċievi informazzjoni rilevanti minn Aġenziji oħra tal-UE, bħall-EFCA, speċjalment fir-rigward ta’ rkaptu tas-sajd mitluf. [Em. 32] |
3. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-servizz CleanSeaNet u kwalunkwe għodda oħra biex tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex jimmonitorjaw il-firxa u l-impatt ambjentali tat-tniġġis miż-żejt tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.
4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 dwar il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart mill-bastimenti. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fiż-żamma tal-bażi tad-data tal-ispezzjoni prevista fl-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva.
5. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE, billi tikkontribwixxi għall-objettiv li jinkiseb status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar bl-elementi tagħha relatati mat-tbaħħir u fl-isfruttament tar-riżultati tal-għodod eżistenti bħas-Servizzi Marittimi Integrati. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha twettaq aktar riċerka fi kwistjonijiet relatati ma’ kontenituri mitlufa, inklużi l-pellits tal-plastik, u l-istorbju taħt l-ilma , kif ukoll u, tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Dwar il-kontejners mitlufa fil-baħar, l-Aġenzija għandha tipprovdi gwida lill-partijiet ikkonċernati tal-industrija u lill-Istat tal-Bandiera dwar ir-rekwiżiti miftiehma fl-IMO għar-rappurtar obbligatorju tal-kontejners mitlufa. Għandha tiġi eżaminata wkoll il-possibbiltà ta’ mekkaniżmi ta’ rispons kollettiv u kkoordinat fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali. [Em. 33]
6. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, inkluż b’għodod u b’servizzi operazzjonali, fl-implimentazzjoni tal-elementi tad-Direttiva (UE) 2016/802 relatati mat-tbaħħir. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha wkoll ittejjeb u żżomm bażi tad-data li tipprovdi assistenza lill-Istati Membri dwar l-immirar u l-prijoritizzazzjoni xierqa ta’ vapuri għal spezzjonijiet abbażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dik id-Direttiva.
7. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, b’għodod u b’servizzi operazzjonali xierqa dwar il-monitoraġġ u l-ġbir ta’ data fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-vapuri.
8. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) billi toħroġ gwida xierqa u permezz tal-ġbir u l-analiżi ta’ data dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
9. Kull 3 snin, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress li jkun sar fit-tnaqqis tal-impatt ambjentali tat-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 6
Kompiti relatati mad-dekarbonizzazzjoni
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress fuq il-miżuri operazzjonali u tekniċi meħuda biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-vapuri u l-iskjerament tal-portijiet u l-użu ta’ fjuwils alternattivi u sistemi tal-enerġija għall-vapuri sostenibbli, inkluża l-provvista tal-enerġija fuq l-art u l-assistenza għall-propulsjoni eolika l-propulsjoni assistita mir-riħ u l-qbid tal-karbonju abbord , biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-vapuri. [Em. 34]
1a. L-Aġenzija għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu implimentati moduli ta’ taħriġ addizzjonali għall-professjonisti marittimi li jittrattaw sistemi ibridi u b’emissjonijiet żero ġodda u spiss kumplessi. [Em. 35]
2. L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rigward tal-isforzi regolatorji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-vapuri u mill-portijiet . F’dan ir-rigward, l-Aġenzija tista’ tuża kwalunkwe għodda jew servizz operazzjonali pertinenti għall-kompitu. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tirriċerka, tanalizza u tipproponi gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti fir-rigward tal-adozzjoni u tal-użu u l-iskjerament ta’ fjuwils alternattivi u sistemi tal-enerġija għall-vapuri sostenibbli, inklużi l-provvista tal-enerġija fuq l-art , il-propulsjoni assistita mir-riħ, solari u kinetika u l-qbid tal-karbonju abbord, li jiżguraw ir-rispett għan-newtralità tekonoloġika, u l-assistenza għall-propulsjoni eolika kif ukoll fir-rigward ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika , bi prattiki bħan-navigazzjoni aktar bil-mod (slow steaming) u l-ottimizzazzjoni tal-veloċità . [Em. 36]
3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE)[., dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu]. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tal-bażi tad-data FuelEU u għodod rilevanti oħrajn tal-IT kif imsemmi fl-[Artikolu 16] ta’ dak ir-Regolament, fl-iżvilupp tal-għodod ta’ monitoraġġ xierqa, għodod ta’ gwida u ta’ mmirar ibbażati fuq ir-riskju biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ verifika u infurzar previsti fl-[Artikolu 15 ter] ta’ dak ir-Regolament u bl-analiżi tad-data rilevanti u t-tħejjija tar-rapportar fl-ambitu tal-[Artikolu 28] ta’ dak ir-Regolament.
4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp, fl-aġġornament u fil-manutenzjoni tal-għodod tal-IT, tal-bażijiet tad-data u tal-gwida rilevanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament u fl-iffaċilitar tal-attivitajiet ta’ infurzar, tassisti lill-Kummissjoni bl-analiżi tad-data rilevanti rrapportata fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament, u tappoġġa lill-Kummissjoni fl-attivitajiet tagħha biex tikkonforma mal-obbligi skont l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.
5. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, kif rilevanti għas-settur marittimu. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-għodod xierqa għall-implimentazzjoni tal-IT, l-għodod ta’ monitoraġġ, il-gwida u l-għodod ta’ mmirar ibbażati fuq ir-riskju biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ verifika, infurzar u implimentazzjoni relatati mad-Direttiva 2003/87/KE, kif rilevanti għas-settur marittimu, filwaqt li tisfrutta r-riżultati tal-għodod, servizzi u bażijiet tad-data rilevanti eżistenti.
Tali assistenza għandha tinkludi wkoll il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-impatti fuq it-traffiku tal-portijiet, l-evażjoni tal-portijiet u t-trasferiment tat-traffiku lejn portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners, għad-detriment tal-portijiet tal-UE. [Em. 37]
6. Kull 3 snin, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni. Fejn possibbli, ir-rapport għandu jinkludi analiżi teknika dwar kwistjonijiet identifikati li jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Aġenzija f’format li jista’ jsir tiftix fih u b’mod diżaggregat. [Em. 38]
Artikolu 7
Kompiti relatati mas-sigurtà marittima u ċ-ċibersigurtà
1. L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti ta’ spezzjoni assenjati lilha skont l-Artikolu 9(4) 9 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004. [Em. 39]
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien ma’ kwalunkwe korp rilevanti ieħor tal-Unjoni, fl-iżvilupp tar-reżiljenza kontra l-inċidenti taċ-ċibersigurtà fis-settur marittimu b’mod partikolari billi tipprovdi linji gwida, tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni dwar inċidenti taċ-ċibersigurtà bejn l-Istati Membri. [Em. 40]
Artikolu 8
Kompiti relatati mas-sorveljanza marittima u kriżijiet marittimi
1. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, is-servizzi ta’ sorveljanza marittima u ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, inklużi l-infrastruttura u s-sensuri bbażati fuq l-ispazju u fuq l-art immuntati fuq kwalunkwe tip ta’ pjattaforma, li jtejbu s-sensibilizzazzjoni l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima , inkluż fir-rigward ta’ sfidi ġeopolitiċi ġodda, bħall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-theddid għas-sigurtà relatat għal Stati Membri speċifiċi u għall-Unjoni kollha kemm hi . [Em. 41]
2. Fil-qasam tal-monitoraġġ tat-traffiku kopert mid-Direttiva 2002/59/KE, l-Aġenzija għandha b’mod partikolari tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati riparji fiż-żoni ta’ tbaħħir ikkonċernati, kif ukoll tiżviluppa, iżżomm u topera ċ-Ċentru tad-Data tal-Unjoni Ewropea għall-Identifikazzjoni u Traċċar mill-Bogħod ta’ Bastimenti u s-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima (SafeSeaNet) kif imsemmija fl-Artikolu 6b u 22a tad-Direttiva kif ukoll is-sistema ta’ skambju ta’ data tal-Identifikazzjoni u t-Traċċar Internazzjonali mill-Bogħod tal-Bastimenti f’konformità mal-impenn li ttieħed fl-OMI.
3. L-Aġenzija għandha tipprovdi, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, il-pożizzjoni rilevanti tal-bastimenti u d-data tal-osservazzjoni tad-Dinja lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni fil-mandat tagħhom sabiex tiffaċilita miżuri kontra theddid mill-piraterija u minn atti internazzjonali illegali kif previst fid-dritt applikabbli tal-Unjoni jew fl-ambitu ta’ strumenti legali maqbula internazzjonalment fil-qasam tat-trasport marittimu, soġġetti għal regoli ta’ protezzjoni tad-data applikabbli u f’konformità mal-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli stabbilit f’konformita mad-Direttiva 2002/59/KE, kif xieraq. Il-forniment ta’ data għall-identifikazzjoni u t-traċċar mill-bogħod ta’ bastimenti għandha tkun soġġetta għall-kunsens tal-Istat tal-bandiera kkonċernat.
4. L-Aġenzija għandha topera ċentru disponibbli 24 siegħa kuljum u 7 sebat ijiem fil-ġimgħa li jipprovdi, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stati tal-bandiera, kostali u tal-port, u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni, fi ħdan il-mandat tagħhom, is-sensibilizzazzjoni għarfien tas-sitwazzjoni marittima u d-data data analitika, kif xieraq, filwaqt li tappoġġahom fi: [Em. 42]
|
(a) |
is-sikurezza, is-sigurtà u t-tniġġis fil-baħar; |
|
(b) |
sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-baħar; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrikjedi l-monitoraġġ tal-movimenti tal-vapuri u l-kontejners mitlufa fil-baħar ; [Em. 43] |
|
(d) |
miżuri kontra t-theddid ta’ piraterija u ta’ atti illegali intenzjonati kif previst fid-dritt applikabbli tal-Unjoni jew fl-ambitu ta’ strumenti legali miftiehma internazzjonalment fil-qasam tat-trasport marittimu; |
|
(e) |
l-iskjerament ta’ MASS u l-interazzjoni tagħha ma’ vapuri konvenzjonali. |
Il-forniment ta’ din l-informazzjoni għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u f’konformità mal-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli stabbilit f’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, kif xieraq. Il-forniment ta’ data għall-identifikazzjoni u t-traċċar mill-bogħod ta’ bastimenti għandha tkun soġġetta għall-kunsens tal-Istat tal-bandiera kkonċernat.
5. L-Aġenzija għandha fil-qasam tal-kompetenza tagħha tikkontribwixxi għal rispons f’waqtu għall-kriżijiet u għall-mitigazzjoni tagħhom billi tassisti, fuq talba, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u billi tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki.
6. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-operat tal-komponent ta’ sorveljanza marittima tas-Servizz ta’ Sigurtà ta’ Copernicus fi ħdan il-qafas ta’ governanza u finanzjarju tal-programm Copernicus.
7. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fiż-żamma tal-Ambjent Komuni għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni (CISE) volontarju, soluzzjoni ta’ interoperabbiltà, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn sistemi differenti użati mill-awtoritajiet ċivili u militari b’responsabbiltà fil-qasam marittimu li jikkomplementa l-informazzjoni diġà disponibbli permezz tas-sistemi ta’ informazzjoni obbligatorji.
Artikolu 9
Kompiti relatati mad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni
1. L-Aġenzija għandha, fejn xieraq, tiġbor u tipprovdi, fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan il-kompetenza tal-Aġenzija, statistika, informazzjoni u data oġġettivi, affidabbli u komparabbli, biex tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex itejbu l-azzjonijiet tagħhom u jevalwaw l-effettività u l-kosteffiċjenza tal-miżuri eżistenti. Dawn il-kompiti għandhom jinkludu l-faċilitazzjoni u l-promozzjoni ta’ ċertifikati elettroniċi, il-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ data teknika, l-isfruttament sistematiku ta’ bażijiet tad-data eżistenti, inkluż il-fertilizzazzjoni inkroċjata tagħhom permezz tal-użu ta’ għodod innovattivi tal-IT u tal-intelliġenza artifiċjali, u, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-data interoperabbli addizzjonali. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi wkoll għad-dominju marittimu tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà billi tesplora rabtiet ma’ sistemi ta’ modi oħrajn ta’ trasport.
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), bil-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
li tiżviluppa, tagħmel disponibbli u żżomm il-komponenti u s-servizzi komuni tal-IT tas-sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (“EMSWe”) taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni; |
|
(b) |
li żżomm is-Sett ta’ Data tal-EMSWe, il-Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Messaġġi u l-mudelli tal-ispreadsheets diġitali; |
|
(c) |
li tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-EMSWe; |
|
(d) |
li tiffaċilita u ttejjeb l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data skambjata fl-EMSWe bl-użu ta’ SafeSeaNet. [Em. 44] |
3. L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali, kif ukoll programmi regolari ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni, lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera, fid-diġitalizzazzjoni tar-reġistri tagħhom u l-proċeduri tagħhom li jiffaċilitaw l-użu l-adozzjoni ta’ ċertifikati elettroniċi u fid-diġitalizzazzjoni ta’ kwalunkwe proċedura oħra, li jista’ jkollha effett pożittiv li jnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, tal-port jew kostali . [Em. 45]
Artikolu 10
Żjarat lill-Istati Membri u spezzjonijiet
1. Sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-TFUE, u b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha twettaq żjarat lill-Istati Membri f’konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija. Din il-metodoloġija għandha tqis approċċ integrat minn kull żjara bl-għan li tivverifika aktar minn biċċa leġiżlazzjoni waħda kull darba pertinenti għall-funzjoni tal-Istat tal-bandiera, tal-port jew kostali tal-Istat Membru eżaminat matul iż-żjara.
2. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat minn kmieni biż-żjara ppjanata, bl-ismijiet tal-uffiċjali awtorizzati, u d-data li fiha tibda ż-żjara u t-tul mistenni tagħha. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati biex iwettqu dawn iż-żjarat għandhom jagħmlu dan bi preżentazzjoni ta’ deċiżjoni bil-miktub mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija li tispeċifika l-iskop u l-għanijiet tal-missjoni tagħhom.
3. L-Aġenzija tista’ twettaq spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni kif meħtieġ minn atti legali vinkolanti tal-Unjoni fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009, u fir-rigward tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara f’pajjiżi terzi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/993.
4. L-Aġenzija tista’ twettaq ukoll spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni kif meħtieġ minn kwalunkwe att legali vinkolanti ieħor tal-Unjoni jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiddelega dan il-kompitu lill-Aġenzija.
5. Fi tmiem kull żjara jew spezzjoni, l-Aġenzija għandha tfassal rapport u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rapport isegwi l-mudell stabbilit qabel mill-Kummissjoni.
6. Fejn xieraq, u fi kwalunkwe każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ żjarat jew spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effettività u l-kosteffiċjenza tal-miżuri fis-seħħ. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kumitat għal aktar diskussjoni mal-Istati Membri sabiex tittieħed kwalunkwe tagħlima rilevanti u jiġi ffaċilitat it-tixrid ta’ prattiki ta’ ħidma tajba , b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE . [Em. 46]
KAPITOLU III
KOMPITI OĦRAJN TAL-AĠENZIJA RIGWARD IR-RELAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U L-KOOPERAZZJONI EWROPEA TAL-GWARDJA TAL-KOSTA
Artikolu 11
Relazzjonijiet internazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza teknika meħtieġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom, biex jikkontribwixxu għall-ħidma rilevanti tal-korpi tekniċi tal-OMI, l-Organizzazzjoni fejn l-EMSA jeħtiġilha, fi ħdan id-delegazzjoni tal-Kummissjoni, tipparteċipa fid-diskussjonijiet u tattendihom, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol sa fejn huwa kkonċernat it-tbaħħir , u tal-Memoranda u l-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi rilevanti dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (“MtF ta’ Pariġi”) u organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti li magħhom aderiet l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-Unjoni. [Em. 47]
Għall-finijiet tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti b’mod effiċjenti u effettiv, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jillokalizza l-persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi soġġett għall-ftehimiet xierqa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dik id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu mill-persunal lokalizzat b’mod li jevita kostijiet mhux meħtieġa u duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.
2. Fuq talba tal-Kummissjoni, L-Aġenzija tista’ , f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tipprovdi assistenza teknika, inkluża l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti, fir-rigward tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni, lill-Istati li japplikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, u fejn applikabbli, lill-pajjiżi sħab tal-Viċinat Ewropew u lill-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-MtF ta’ Pariġi. [Em. 48]
3. L-Aġenzija tista’, fuq talba tal-Kummissjoni jew tas-Servizz f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni jew mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jew tat-tnejn mat-tnejn , tipprovdi assistenza f’każ ta’ tniġġis ikkawżat minn bastimenti vapuri kif ukoll tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass li jaffettwaw lil pajjiżi terzi li jikkondividu baċir tal-baħar reġjonali mal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza f’konformità mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, u mal-kundizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament applikati b’analoġija għall-pajjiżi terzi. Dawn il-kompiti għandhom jiġu kkoordinati mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti relatati mat-tniġġis tal-baħar. [Em. 49]
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24, l-Aġenzija tista’ tipprovdi, fuq talba tal-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni , assistenza teknika lil pajjiżi terzi għal kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tagħha. [Em. 50]
5. L-Aġenzija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi u f’kooperazzjoni ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni li jaħdmu fil-kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Aġenzija wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn l-arranġamenti u kooperazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-opinjoni tal-Kummissjoni u għar-rapportar perjodiku tagħha. [Em. 51]
6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Aġenzija dwar kwistjonijiet fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu. Dik l-istrateġija għandha tkun konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni u għandu jkollha l-għan li tassisti lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jissodisfaw dawn il-prijoritajiet tal-Unjoni . Għandha tiġi inkluża fid-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati. [Em. 52]
Artikolu 12
Koperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta
1. L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/1896, u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/473, kull wieħed fil-mandat tiegħu, tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u, fejn xieraq, fil-livell internazzjonali permezz:
|
(a) |
tal-kondiviżjoni, tal-fużjoni u tal-analiżi ta’ informazzjoni disponibbli fis-sistemi ta’ rapportar tal-vapuri u sistemi oħrajn ta’ informazzjoni ospitati minn jew aċċessibbli għal dawk l-aġenziji, f’konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda ta’ data mill-Istati Membri; |
|
(b) |
tal-forniment ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta’ pjattaforma; |
|
(c) |
tal-bini tal-kapaċitajiet billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi tistabbilixxi l-aħjar prattiċi, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal; |
|
(d) |
tat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu inkluż bl-użu ta’ għodod ta’ simulazzjoni diġitali biex jiġi studjat l-effett tal-inċidenti ; [Em. 53] |
|
(e) |
tal-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet bi skopijiet multipli u billi tikkondividi assi u kapaċitajiet oħrajn, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u huma maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati; |
|
(ea) |
tal-kondiviżjoni tar-riċerka, l-iżviluppi u t-teknoloġiji rilevanti, inkluża l-intelliġenza artifiċjali, b’mod kollaborattiv u flessibbli, biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ffaċċjati fl-oqsma differenti; [Em. 54] |
|
(eb) |
taż-żieda fil-kooperazzjoni sabiex tinġabar data għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika tal-baħar dwar l-ekosistemi tal-baħar, l-oċeanografija fiżika, il-kimika tal-baħar, il-bijoloġija tal-baħar, is-sajd, it-tħaffir xjentifiku tal-oċeani, ir-riċerka ġeoloġika u ġeofiżika, u attivitajiet oħra; [Em. 55] |
|
(ec) |
tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex jittejbu s-sikurezza marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, is-sigurtà marittima u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar. [Em. 56] |
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija stabbiliti fl-Artikolu 15, il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jiġu ddeterminati f’arranġament ta’ ħidma, f’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Dan l-arranġament għandu jiġi approvat mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u mill-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
3. Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Dak il-manwal prattiku għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta’ rakkomandazzjoni.
4. Il-kompiti stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti tal-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 4 sa 12 u ma għandhomx jinterferixxu fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri, b’mod partikolari bħala Stati tal-bandiera, Stati tal-port jew Stati kostali.
Artikolu 13
Komunikazzjoni u disseminazzjoni
L-Aġenzija tista’ tkun involuta f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fl-ambitu tal-mandat tagħha. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-bqija tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 4 sa 13 u għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija. Dawk il-pjanijiet, ibbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet, għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari mill-Bord tat-Tmexxija.
KAPITOLU IV
ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 14
Struttura amministrattiva u tat-tmexxija
L-istruttura amministrattiva u tat-tmexxija tal-Aġenzija għandha tinkludi:
|
(a) |
Bord tat-Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16; |
|
(b) |
Bord Eżekuttiv, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21; |
|
(c) |
Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita d-dmirijiet stabbiliti fl-Artikolu 23. |
Artikolu 15
Il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u minn erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, ilkoll bid-dritt tal-vot.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi wkoll erba’ professjonisti mis-setturi l-aktar ikkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 2, maħtura mill-Kummissjoni, mingħajr id-dritt tal-vot.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi wkoll żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, li jaġixxu ta’ osservaturi, mingħajr dritt tal-vot. [Em. 58]
Il-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-livell ta’ esperjenza u kompetenza esperta rilevanti tagħhom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, it-tnejn li huma, jistinkaw għal rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija. Wieħed mill-erba’ professjonisti għandu jkun rappreżentant tal-Qafas Permanenti ta’ Kooperazzjoni tal-korpi tal-investigazzjoni tal-aċċidenti f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/18/KE.
2. Kull Stat Membru , il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jaħtru l-membri tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija kif ukoll sostitut li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. [Em. 59]
3. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ 4 snin. Il-mandat jista’ jerġa’ jiġi mġedded.
4. Kull membru u sostitut għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub meta jieħdu l-kariga fejn jiddikjaraw li ma humiex f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi. Kull membru u sostitut għandhom jaġġornaw id-dikjarazzjoni tagħhom fil-każ li jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-kunflitt ta’ interessi. L-Awtorità għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet u l-aġġornamenti fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 16
Il-Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija
1. Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord tat-Tmexxija għandu:
|
(a) |
jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali u strateġiċi għall-attivitajiet tal-Aġenzija; |
|
(b) |
kull sena jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u f’konformità mal-Artikolu 17, id-dokument ta’ programmazzjoni uniku tal-Aġenzija; |
|
(c) |
jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali u l-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu VI; |
|
(d) |
jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, ir-rapport annwali kkonsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu kull sena sal-1 ta’ Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku; |
|
(e) |
jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 25; |
|
(f) |
jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija; |
|
(g) |
jistabbilixxi l-metodoloġija għaż-żjarat li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 10. F’każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-adozzjoni tal-metodoloġija, in-nuqqas ta’ qbil tagħha, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżaminaha mill-ġdid u jadottaha, possibilment emendata, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri; [Em. 60] |
|
(h) |
iqis u japprova arranġamenti amministrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 11(5); |
|
(i) |
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom ikunu implimentati; |
|
(j) |
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu u jagħmel tali regoli disponibbli għall-pubbliku, u jippubblika kull sena fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija; [Em. 61] |
|
(k) |
jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13, kont analiżi tal-ħtiġijiet, u jaġġornahom regolarment; |
|
(l) |
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu; u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. [Em. 62] |
|
(m) |
jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, f’konformità mal-Artikolu 21; |
|
(n) |
jadotta mandat għall-kompiti tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 21; |
|
(o) |
jeżerċita f’konformità mal-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat li jingħataw bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impieg (33); |
|
(p) |
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(q) |
jaħtar, jipprovdi gwida u jimmonitorja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun rilevanti, jestendi jew itemm il-mandat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22; |
|
(r) |
jistabbilixxi proċeduri għal teħid ta’ deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv; |
|
(s) |
jekk ikun xieraq, jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu; |
|
(t) |
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); |
|
(u) |
jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija, inkluż l-istabbiliment ta’ gruppi konsultattivi jew ta’ ħidma u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħhom jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija, inkluż l-istabbiliment ta’ gruppi konsultattivi jew ta’ ħidma u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħhom filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Aġenzija u jirrispetta l-ġestjoni baġitarja tajba ; [Em. 63] |
|
(v) |
jiddeċiedi dwar is-servizzi li l-Aġenzija tista’ toffri kontra t-tariffi u l-imposti u tadotta mudell qafas għat-tqassim finanzjarju tat-tariffi u l-imposti pagabbli kif imsemmi fl-Artikolu 26(3), il-punt (c). F’każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija dwar is-servizzi offruti kontra tariffi jew il-mudell qafas, in-nuqqas ta’ qbil tagħha, il-Bord Amministrattiv għandu jeżaminaha mill-ġdid u jadottaha, possibilment emendata, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri; [Em. 64] |
|
(w) |
jadotta strateġija ta’ titjib fl-effiċjenza u ta’ sinerġiji; |
|
(x) |
jadotta strateġija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, jew it-tnejn, imsemmija fl-Artikolu 11(6). F’każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-adozzjoni tal-istrateġija, in-nuqqas ta’ qbil tagħha, il-Bord Amministrattiv għandu jeżaminaha mill-ġdid u jadottaha, possibilment emendata, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri; [Em. 65] |
|
(y) |
jadotta r-regoli dwar is-sigurtà interna tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 41; |
|
(z) |
jaħtar l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija. |
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u abbażi tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn, filwaqt li jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u filwaqt li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom dik id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat biex jissubdelega dawk is-setgħat.
Fejn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat subdelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 17
Programmazzjoni annwali u pluriennali
1. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta dokument ta’ programmazzjoni uniku li jkun li fih programmazzjoni pluriennali multiannwali u annwali, ibbażat fuq abbozz imressaq mid-Direttur Amministrattiv Eżekuttiv , li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u fir-rigward tal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk il-Bord ta’ Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, . Dan għandu jippreżentah jipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. L-obbligu li tingħata ġustifikazzjoni dettaljata għandu japplika wkoll għall-elementi mqajma mill-Parlament Ewropew matul il-konsultazzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jippreżenta d-dokument ta’ programmazzjoni uniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara . [Em. 66]
F’każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-adozzjoni tad-dokument ta’ programmazzjoni unika, in-nuqqas ta’ qbil tagħha mad-dokument, il-Bord Amministrattiv għandu jeżamina mill-ġdid dak id-dokument ta’ programmazzjoni uniku u jadottah, possibbilment emendat, fi żmien xahrejn, waqt it-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri. [Em. 67]
2. Id-dokument ta’ programmazzjoni uniku għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan.
3. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 7. Għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu ġew miżjuda, mibdula jew imħassra bi tqabbil mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-programmazzjoni annwali jew pluriennali, jew it-tnejn, għandhom jinkludu l-istrateġija għal relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 u l-azzjonjiet marbuta ma’ dik l-istrateġija.
4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta l-Aġenzija tingħata kompitu ġdid. L-inklużjoni ta’ dan il-kompitu ġdid għandha tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet tar-riżorsi umani u baġitarji u tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni li jiġu posposti kompiti oħrajn.
5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżamina u japprova, fil-qafas tat-tħejjija tad-dokument ta’ programmazzjoni uniku, it-talbiet tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri għal assistenza teknika, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (c), l-Artikolu 3(2), il-punt (b), l-Artikolu 5(5) sa (8), l-Artikolu 8(6) u (7), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 11(2) u (4). L-approvazzjoni ta’ dawn it-talbiet għandha:
|
(a) |
ma tkunx ta’ detriment għall-kompiti l-oħrajn tal-Aġenzija; |
|
(b) |
tevita duplikazzjoni tal-isforzi; |
|
(c) |
tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet tar-riżorsi umani u baġitarji; kif ukoll |
|
(d) |
tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni li jiġu posposti kompiti oħrajn. |
6. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.
7. Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dan għandu jistipula wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal.
8. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b’mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 41.
Artikolu 18
President tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu bi dritt tal-vot. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bordijiet tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.
2. Il-Viċi President għandu awtomatikament jieħu post il-President jekk ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri ta’ President.
3. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ 4 snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data.
Artikolu 19
Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom isiru f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u għandhom jissejħu mill-President tiegħu.
2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet ħlief meta l-parteċipazzjoni tiegħu tista’ twassal għal kunflitt ta’ interessi, kif deċiż mill-President, jew meta l-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 35.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ terz tal-Istati Membri tal-membri tiegħu . [Em. 68]
4. Meta tqum kwistjoni ta’ kunfidenzjalità jew kunflitt ta’ interess, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jeżamina l-punti speċifiċi fuq l-aġenda tiegħu mingħajr ma jkunu preżenti l-membri kkonċernati. Dan ma għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jkunu rrappreżentati minn sostituti jew minn kwalunkwe persuna oħra. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.
5. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil kwalunke persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
6. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.
7. Is-segretarjat tal-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 20
Ir-regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot, ħlief jekk previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1) punti (c) sa (e) u punti (i), (j), (n), (o), (p), (q), (t), (u ) u fl-Artikolu 16(2) jistgħu jittieħdu biss jekk ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jitfgħu vot pożittiv. Għall-finijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), punt (b), il-vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkun meħtieġ biss fuq l-elementi tad-deċiżjoni mhux relatati mal-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija. [Em. 69]
3. Kull membru bi dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ma għandux jivvota. [Em. 70]
4. Fin-nuqqas ta’ membru, sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tal-membru.
5. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti aktar dettaljati tal-votazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet sabiex membru jaġixxi f’isem membru ieħor.
Artikolu 21
Il-Bord Eżekuttiv
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu:
|
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-ġestjoni amministrattiva u baġitarja; |
|
(aa) |
jiddeċiedi dwar dawk il-kwistjonijiet previsti fir-regoli finanzjarji adottati skont l-Artikolu 25 li ma humiex riżervati għall-Bord tat-Tmexxija minn dan ir-Regolament; [Em. 71] |
|
(b) |
iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(c) |
jiżgura, flimkien mal-Bord tat-Tmexxija, li jkun hemm segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti jew l-evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE. |
3. Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji.
4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mid-deputat President tal-Bord tat-Tmexxija, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni għall-Bord tat-Tmexxija u minn tliet membri oħrajn li jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jistieden osservaturi oħrajn sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu. [Em. 72]
5. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ 4 snin bil-possibbiltà li jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.
6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu minn tal-anqas laqgħa ordinarja waħda kull 3 xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.
6a. Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens. Jekk il-Bord Eżekuttiv ma jkunx f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni b’kunsens, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Bord tat-Tmexxija. [Em. 73]
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.
KAPITOLU V
ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV
Artikolu 22
Il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi tal-mertu u , tal-ħiliet, u tal-għarfien espert kif ukoll ta’ evidenza ta’ kompetenza u esperjenza rilevanti għas-settur marittimu minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti li għandha tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri. [Em. 74]
1a. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet imressqa mill-membri tiegħu. [Em. 75]
2. Għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.
3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ 5 snin. Fi żmien xieraq qabel tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.
4. Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jqis l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn 5 snin. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Qabel ma l-Bord tat-Tmexxija jieħu d-deċiżjoni li jestendi l-mandat, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet imressqa mill-membri tiegħu. [Em. 76]
5. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess kariga.
6. Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax jitneħħa mill-kariga ħlief b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b’mod li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli, dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni. [Em. 77]
6a. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. [Em. 78]
7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn.
Artikolu 23
Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġġestixxi l-Aġenzija f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija u għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija, u tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni ta’ dmirijietu meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar il-prestazzjoni ta’ dmirijietu.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentat legali tal-Aġenzija. Għalhekk, id-Direttur Eżekuttiv għandu: [Em. 79]
|
(a) |
jipprovdi assistenza teknika u għarfien espert lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-kuntest tal-laqgħat tal-OMI; [Em. 80] |
|
(b) |
jagħti rendikont lill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, meta jieħu deċiżjonijiet politikament sensittivi fl-interess tal-Unjoni. [Em. 81] |
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu:
|
(a) |
jiżgura l-amministrazzjoni sostenibbli u effiċjenti ta’ kuljum tal-Aġenzija; [Em. 82] |
|
(b) |
jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Aġenzija fil-limiti tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija; |
|
(c) |
iħejji u jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(d) |
iħejji abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għall-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(e) |
ifassal stimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 27, u jimplimenta l-baġit f’konformità mal-Artikolu 28; |
|
(f) |
iħejji l-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni uniku u jissottomettih għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni mill-anqas 4 ġimgħat qabel il-laqgħa rilevanti tal-Bord tat-Tmexxija; |
|
(g) |
jimplimenta d-dokument ta’ programmazzjoni uniku, jivvaluta l-progress meta mqabbel mal-indikaturi rilevanti u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(h) |
iħejji r-rapport annwali kkonsolidat tal-attività tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni; |
|
(i) |
jirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza f’konformità mal-Artikolu 17(5); |
|
(j) |
jiddeċiedi li jwettaq iż-żjarat u l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 10, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u b’segwitu għall-metodoloġija għaż-żjarat stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 16(1), il-punt (g); |
|
(k) |
jiddeċiedi li jidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni li jaħdmu fl-oqsma tal-attivitajiet tal-Aġenzija dment li l-abbozz tal-arranġament ikun ġie ppreżentat għall-konsultazzjoni lill-Kummissjoni l-ewwel u lill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 11(5) u dment li l-Bord tat-Tmexxija ma jkunx oppona fi żmien 4 ġimgħat; |
|
(l) |
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ notifiki, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija f’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; |
|
(m) |
jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jqabbel il-kisbiet tal-Aġenzija mal-objettivi u l-kompiti tagħha kif stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, huwa għandu jistabbilixxi, bi qbil mal-Kummissjoni u mal-Bord tat-Tmexxija, indikaturi tal-prestazzjoni mfassla apposta li jippermettu valutazzjoni effettiva tar-riżultati miksuba. Huwa għandu jiżgura li l-istruttura organizzazzjonali tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. F’dan ir-rigward, huwa għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ evalwazzjoni regolari li jissodisfaw standards professjonali rikonoxxuti; |
|
(n) |
jistabbilixxi u jiżgura t-tħaddim ta’ sistema ta’ kontroll interna effettiva u effiċjenti u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti li ssirilha lill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(o) |
jiżgura t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskju u ġestjoni tar-riskju għall-Aġenzija; |
|
(p) |
iħejji pjan ta’ azzjoni ta’ segwitu b’rabta mal-konklużjonijiet ta’ rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, kif imsemmi fl-Artikolu 38, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija; |
|
(q) |
jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva tal-OLAF u tal-UPPE, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra ammonti mħallsa b’mod żbaljat u, fejn ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji; |
|
(r) |
iħejji strateġija kontra l-frodi, strateġija għat-titjib fl-effiċjenza u għas-sinerġiji, strateġija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, jew mat-tnejn, u strateġija għall-ġestjoni organizzazzjonali u għas-sistemi ta’ kontroll intern, għall-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; |
|
(s) |
jippromwovi d-diversità u jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Aġenzija; |
|
(t) |
jirrekluta persunal fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli; |
|
(u) |
ifassal u jimplimenta politika ta’ komunikazzjoni għall-Aġenzija; |
|
(v) |
iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor fdat jew iddelegat lilu mill-Bord tat-Tmexxija jew kif jista’ jkun meħtieġ minn dan ir-Regolament. |
Artikolu 24
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, li daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni, billi adottaw u qed japplikaw id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza marittima, tas-sigurtà marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis u tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri.
2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk il-ftehimiet, l-arranġamenti li jispeċifikaw in-natura u l-firxa tar-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għandhom jiġu konklużi mill-Aġenzija wara l-opinjoni tal-Kummissjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 25
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ir-regoli finanzjarji ma għandhomx imorru lil hinn mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 sakemm dan it-tluq ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 26
Baġit
1. L-istimi tad-dħul u n-nefqa kollha għall-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, b’mod li jkunu jikkorrespondu għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Aġenzija.
2. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nefqa.
3. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi:
|
(a) |
kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għotjiet minn korpi tal-Unjoni; |
|
(b) |
kontribuzzjonijiet possibbli minn kwalunkwe pajjiż terz li jipparteċipa fix-xogħol tal-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 24; |
|
(c) |
kwalunkwe tariffa u imposta għall-infrastruttura, għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ jew għal kwalunkwe servizz ieħor li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ipprovdut mill-Aġenzija f’konformità mal-atti delegati u mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu msemmija fl-Artikolu 33; [Em. 83] |
|
(d) |
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn, dment li din il-kontribuzzjoni tkun trasparenti, tkun identifikata b’mod ċar fil-baġit u ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija. |
4. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u l-kostijiet operatorji.
Artikolu 27
L-istabbiliment tal-baġit
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi ta’ dak l-abbozz, jadotta abbozz tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara.
3. L-abbozz provviżorju tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat l-abbozz finali tal-istima lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’ dik is-sena.
4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-istimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
5. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.
6. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.
7. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.
8. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot . Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont il-każ. [Em. 84]
9. Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2019/715.
Artikolu 28
Implimentazzjoni tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-baġit tal-Aġenzija.
2. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċedura ta’ evalwazzjoni.
Artikolu 29
Preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kwittanza
1. Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
2. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiat tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Aġenzija b’responsabbiltà tiegħu u jgħaddihom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.
5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
6. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu, sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sat-30 ta’ Settembru. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju.
10. Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
KAPITOLU VII
PERSUNAL
Artikolu 30
Dispożizzjoni ġenerali
Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn u r-regoli adottati permezz ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħrajn għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.
Artikolu 31
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
1. L-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 32
Status ġuridiku u sede
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni u għandu jkollha personalità ġuridika.
2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi fl-ambitu tal-liġijiet tagħhom. Din tista’ b’mod partikolari, takkwista u tittrasferixxi proprjetà mobbli u immobbli u tieħu sehem fi proċeduri ġuridiċi.
3. L-Aġenzija għandha tiġi rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
4. Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f’Liżbona, ir-Repubblika tal-Portugall.
4a. Sabiex tiffranka finanzjarjament, l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-viċin, meta jkun il-każ, ma’ istituzzjonijiet, aġenziji u kopri oħra tal-Unjoni, speċjalment ma’ dawk li għandhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru. [Em. 85]
5. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi, wara li jinforma lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, bi qbil ma’ u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati u f’kooperazzjoni magħhom u b’kont debitament meħud tal-implikazzjonijiet baġitarji, inkluż kwalunkwe kontribut li l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jipprovdu, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex jitwettqu iwettqu , bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, xi wħud mill-kompiti tal-Aġenzija. Meta tittieħed deċiżjoni bħal din, il-Bord Amministrattiv għandu jiddefinixxi l-ambitu preċiż tal-attivitajiet taċ-ċentru reġjonali filwaqt li jevita kostijiet finanzjarji mhux meħtieġa u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ networks reġjonali u nazzjonali eżistenti. [Em. 86]
Artikolu 33
Atti ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw Tariffi u imposti [Em. 87]
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4, atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
|
(a) |
it-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija, b’mod partikolari b’applikazzjoni tal-Artikolu 26(3), il-punt (c); kif ukoll |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet ta’ pagament. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). [Em. 88]
2. Għandhom jiġu imposti tariffi u imposti għal servizzi possibbli pprovduti mill-Aġenzija, b’mod partikolari lil pajjiżi terzi u lill-industrija għal kompiti li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħha.
3. It-tariffi u l-imposti kollha għandhom jiġu espressi, u jitħallsu, f’euro. It-tariffi u l-imposti għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust u uniformi. Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jinkludu l-possibbiltà li l-pagamenti jinqasmu f’diversi rati u fażijiet, għandhom jitqiesu, kif xieraq. It-tqassim tat-tariffi għandu jiġi identifikat b’mod ċar fil-kontijiet. Għandhom jiġu stabbiliti skadenzi raġonevoli għall-pagament tat-tariffi u tal-imposti.
4. L-ammont ta’ tariffi u imposti għandu jiġi ffisat f’livell sabiex jiġi żgurat li d-dħul fir-rigward tiegħu huwa biżżejjed biex ikopri l-kost kollu tas-servizzi pprovduti. In-nefqa kollha tal-Aġenzija attribwita lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, inkluża l-kontribuzzjoni pro-rata tal-impjegatur lill-iskema tal-pensjoni, għandha tkun riflessa b’mod partikolari f’dak il-kost. Jekk żbilanċ sinifikanti li jirriżulta mill-forniment tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsir rikorrenti, il-livell ta’ dawk it-tariffi u l-imposti għandu jiġi rivedut. Dawk it-tariffi u l-imposti għandhom ikunu dħul assenjat għall-Aġenzija.
4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 33a, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-metodoloġija għall-ikkalkular tat-tariffi u tal-imposti msemmijin fil-paragrafu 2. Dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4. [Em. 89]
4b. Abbażi tal-metodoloġija stabbilita f’konformità mal-paragrafu 4a, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tariffi u l-imposti għat-twassil tas-servizzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). [Em. 90]
Artikolu 33a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 33(4a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. / għal perjodu ta’ … snin minn …
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 33(4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 33(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 91]
Artikolu 34
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 35
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.
Artikolu 36
Arranġamenti lingwistiċi
1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (35) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 37
Trasparenza
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. Fi żmien 6 xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.
4. L-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).
Artikolu 38
Il-ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni , l-abbuż tal-uffiċċju u attivitajiet illegali oħrajn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 l-Aġenzija għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija. [Em. 92]
2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni mingħand l-Aġenzija.
3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni , abbuż tal-uffiċċju jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew ma’ kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. [Em. 93]
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet dwar għotjiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-OLAF u lill-EPPO biex iwettqu dan l-awditjar u dawn l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 39
Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
L-Aġenzija għandha tadotta regoli proprji ta’ sigurtà li jkunu ekwivalenti għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (38) u 2015/444 (39). Ir-regoli ta’ sigurtà tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ din l-informazzjoni.
Artikolu 40
Responsabbiltá
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet dwar kumpens għal ħsarat kif imsemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-personal tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Personal jew il-Kundizzjonijioet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.
Artikolu 41
Evalwazzjoni u rieżami
1. Mhux aktar tard minn 5 snin wara [d-data tad-dħul fis-seħħ], u kull 5 snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta b’mod partikolari l-impatt, l-effettività u , l-effiċjenza u l-analiżi kost-benefiċċju tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. [Em. 94]
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
3. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija filwaqt li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma jkunx għadu ġġustifikat li l-Aġenzija tkompli fir-rigward tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ jew imħassar.
Artikolu 42
Inkjesti amministrattivi tal-Ombudsman Ewropew
L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu suġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.
Artikolu 43
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. B’deroga mill-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 qabel il-[data tad-dħul fis-seħħ] għandhom jibqgħu fil-kariga bħala membri tal-Bord tat-Tmexxija sad-data ta’ skadenza tal-mandat tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jaħtar rappreżentant ġdid.
2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija maħtur abbażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1406/2002 għandu jibqa’ assenjat għall-kariga tad-Direttur Eżekuttiv bil-kompiti u r-responsabbiltajiet previsti fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament. Jekk tiġi adottata deċiżjoni li testendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1406/2002 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-tul tal-mandat estiż għandu jkun ta’ 5 snin. Il-kundizzjonijiet l-oħrajn tal-kuntratt ma għandhomx jinbidlu.
3. Id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kuntratti ta’ impjieg kollha fis-seħħ fil-[data tad-dħul fis-seħħ].
Artikolu 44
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 jitħassar.
Artikolu 45
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C,, p..
(2) ĠU C,, p..
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur, inklużi penali kriminali, għal reati ta’ tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).
(5) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(6) Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114).
(7) Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132).
(8) https://european-union.europa.eu/system/files/2022-06/joint_statement_on_decentralised_agencies_en.pdf
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(11) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(12) Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).
(13) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
(14) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwarit-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet , ĠU L 129, 29.04.2004tad-29.4.2004, p. 6
(16) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
(17) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(20) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(21) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(22) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(23) Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
(24) Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35).
(26) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).
(27) Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).
(28) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
(29) Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 45).
(30) Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(31) Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).
(32) Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64).
(33) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
(35) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
(36) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(37) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1026/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)