This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0184
Case C-184/24, Sidi Bouzid: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (Italy) lodged on 7 March 2024 – AF, in his own name and as person exercising parental responsibility over the child BF v Ministero dell’Interno – U.T.G. – Prefettura di Milano
Kawża C-184/24, Sidi Bouzid : Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2024 – AF, f’ismu u bħala persuna li teżerċita l-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild minuri BF vs Ministero dell’Interno - U.T.G. - Prefettura di Milano
Kawża C-184/24, Sidi Bouzid : Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2024 – AF, f’ismu u bħala persuna li teżerċita l-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild minuri BF vs Ministero dell’Interno - U.T.G. - Prefettura di Milano
ĠU C, C/2024/3446, 10.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3446/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3446 |
10.6.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2024 – AF, f’ismu u bħala persuna li teżerċita l-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild minuri BF vs Ministero dell’Interno - U.T.G. - Prefettura di Milano
(Kawża C-184/24, Sidi Bouzid (1) )
(C/2024/3446)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AF, f’ismu u bħala persuna li teżerċita l-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild minuri BF
Konvenut: Ministero dell’Interno - U.T.G. - Prefettura di Milano
Domandi preliminari
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (2), kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tat-12 ta’ Novembru 2019, fil-Kawża C-233/18 u tal-1 ta’ Awwissu 2022, fil-Kawża C-422/21, fil-parti li fiha jeskludu li l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tista’ tordna r-revoka, bħala sanzjoni, tal-miżuri ta’ akkoljenza jekk tali determinazzjoni jkollha l-effett li tesponi għal preġudizzju l-eżiġenzi bażiċi tal-ħajja taċ-ċittadin barrani li jitlob il-protezzjoni internazzjonali tiegħu u tal-familja tiegħu, jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, wara deċiżjoni mmotivata individwali, relatata wkoll man-neċessità u mal-proporzjonalità tal-miżura, ir-revoka tal-akkoljenza minħabba raġunijiet mhux ta’ natura ta’ sanzjoni, iżda minħabba li l-kundizzjonijiet għall-akkoljenza fl-istess ċentru u, b’mod partikolari, minħabba r-rifjut minn naħa taċ-ċittadin barrani, abbażi ta’ raġunijiet li ma jikkonċernawx is-sodisfazzjon tal-bżonnijiet fundamentali tal-ħajja u tal-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, li jaderixxi mat-trasferiment għal ċentru ta’ akkoljenza ieħor, magħżul mill-amministrazzjoni stess abbażi ta’ eżiġenzi oġġettivi ta’ organizzazzjoni u tali li jiggarantixxu, taħt ir-responsabbiltà tal-amministrazzjoni stess, il-konservazzjoni ta’ kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza ekwivalenti għal dawk li wieħed jibbenefika minnhom fiċ-ċentru ta’ oriġini, fil-każ li r-rifjut għat-trasferiment u s-segwenti provvista ta’ revoka tpoġġi lill-barrani fis-sitwazzjoni fejn ma jistax ilaħħaq mal-eżiġenzi bażiċi tal-ħajja personali u tal-familja?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3446/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)