This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C/2024/03224
Notice amending the notice of open competition – EPSO/AD/403/23 – Administrators (AD 7) in the following fields: 1. Crisis management 2. Migration and internal security (OJ C 264 A, 27.7.2023)
Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AD/403/23 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni tal-kriżijiet 2. Migrazzjoni u sigurtà interna (ĠU C 264 A, 27.7.2023)
Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AD/403/23 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni tal-kriżijiet 2. Migrazzjoni u sigurtà interna (ĠU C 264 A, 27.7.2023)
ĠU C, C/2024/3224, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3224/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3224 |
28.5.2024 |
Avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AD/403/23 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni tal-kriżijiet 2. Migrazzjoni u sigurtà interna
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 264 A tas-27 ta’ Lulju 2023)
(C/2024/3224)
Fil-qafas tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/403/23, l-ittestjar online bi prokura awtomatizzata li sar bejn id-9 u l-11 ta’ Ottubru 2023 kellu problemi tekniċi serji. B’riżultat ta’ dan, għadd sinifikanti ta’ kandidati ma setgħux jagħmlu t-testijiet f’kundizzjonijiet xierqa jew ma setgħux ilestuhom.
Fis-17 ta’ Novembru 2023, l-EPSO ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi t-twettiq tat-test fil-kompetizzjoni EPSO/AD/403/23 u jagħżel alternattivi għal sistema reżiljenti ta’ twettiq tat-testijiet li żżomm l-integrità filwaqt li tiżgura esperjenza ottimali għall-utenti. Ġew eżaminati diversi alternattivi skont dawn il-kriterji, filwaqt li tqiesu wkoll l-interessi tas-servizz u tal-kandidati, bl-iskop li l-kompetizzjonijiet ikomplu mingħajr dewmien bla bżonn.
Is-soluzzjoni li nstabet għall-kompetizzjoni EPSO/AD/403/23 tinvolvi ttestjar online bi prokura awtomatizzata, iżda taħt modalitajiet ta’ ttestjar differenti. Għadd kbir ta’ kandidati f’din il-kompetizzjoni ma għandhomx rekord tal-prestazzjoni validu (jew sħiħ) u għalhekk jenħtieġ li jiġu ttestjati mill-ġdid, bil-kundizzjonijiet il-ġodda. Sabiex jiġi żgurat li l-kandidati kollha jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ugwali, il-fażi tal-ittestjar f’din il-kompetizzjoni se terġa’ tinfetaħ, u l-kandidati kollha se jkunu meħtieġa jagħmlu t-testijiet kollha mill-ġdid. Dan jinkludi dawk il-kandidati li kienu diġà lestew it-testijiet.
Minħabba l-ħtieġa li tiġi ripetuta l-fażi tal-ittestjar fil-kompetizzjoni EPSO/AD/403/23, inħolqot l-opportunità li din il-kompetizzjoni tiġi allinjata ma’ “reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ. Dan l-approċċ huwa konsistenti ma’ kif l-EPSO tmexxi l-kompetizzjonijiet li l-avviż tagħhom ikun ġie ppubblikat iżda li l-ittestjar tagħhom ikun għadu ma bediex (ara C/2024/1805 tal-1 ta’ Marzu 2024 (1) u C/2024/2265 tat-22 ta’ Marzu 2024 (2)).
L-allinjament mar-“reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ ifisser li skont l-istruzzjonijiet ipprovduti f’avviż ta’ kompetizzjoni partikolari, il-kandidati se jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu liberament kwalunkwe tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex jagħmlu t-testijiet.
It-tranżizzjoni għar-“reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ fil-kompetizzjoni EPSO/AD/403/23 teħtieġ aġġustament fil-portafoll tat-testijiet. B’mod partikolari, l-istudju tal-każ previst f’dan il-kuntest jikkawża diffikultajiet prattiċi. Għalhekk huwa xieraq li jinbidel b’test bil-miktub fejn l-assenjament ikun ibbażat fuq materjali/dokumenti diġà disponibbli għall-pubbliku f’24 lingwa. Il-valutazzjoni se tiffoka fuq il-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub. L-immarkar u t-tul tat-testijiet se jibqgħu l-istess u huma ċċarati aktar fl-avviż ta’ emenda.
Sabiex kemm il-kandidati attwali kif ukoll dawk potenzjalment ġodda jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-flessibbiltà pprovduta mir-“reġim ta’ 24 lingwa” sħiħ, u biex ikunu jistgħu jagħżlu lingwi oħrajn għat-testijiet, il-kompetizzjoni qed terġa’ tinfetaħ. Konsegwentement, il-kandidati li diġà ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom iridu jirrieżaminaw u jivvalidaw mill-ġdid l-applikazzjoni tagħhom biex ikomplu jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni. Il-kandidati se jingħataw aktar informazzjoni individwalment permezz tal-kontijiet tal-EPSO tagħhom.
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/403/23 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-paġna 1, l-iskadenza għall-applikazzjoni għandha taqra: “ Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: id-9 ta’ Lulju 2024 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell ”; |
|
(2) |
Fil-paġna 2, it-Taqsima 3 “Jiena eliġibbli?”: minflok: “Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha elenkati hawn taħt, fid-data li jagħlqu l-applikazzjonijiet.”, aqra: “Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha tal-eliġibbiltà elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet (ara l-punt (a) tat-Taqsima 4.3.1 ta’ dan l-avviż).”. |
|
(3) |
F’paġna 4, it-Taqsima 4 “Kif se tiġi organizzata l-kompetizzjoni?” għandha taqra: ‘4. KIF SE TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI? 4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni Din il-kompetizzjoni tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:
4.2. Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni Ir-Regolamenti tal-Persunal (1)* jistipulaw li uffiċjal jista’ jiġi appuntat biss bil-kundizzjoni li jipproduċi evidenza ta’ għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-dmirijietu. Għaldaqstant, f’din il-kompetizzjoni, kandidat irid ikollu għarfien sħiħ (livell minimu C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ lingwa differenti li trid tintgħażel minn fost it-23 lingwa uffiċjali l-oħra tal-UE. Il-livelli minimi indikati hawn japplikaw għal kull kapaċità lingwistika (għad-diskors, il-kitba, il-qari u s-smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi(2)*. Għall-prattiċità dawn il-lingwi se jissejħu “lingwa 1” u “lingwa 2”. Il-lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif ġej:
Il-kandidati jridu jindikaw l-għażla tagħhom tal-lingwi tat-test fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u ma jkunux jistgħu jbiddluha wara li jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom. 4.3. Fażijiet tal-kompetizzjoni 4.3.1. Applikazzjoni
4.3.2. Ittestjar (a) Informazzjoni ġenerali It-testijiet li twettqu fil-kuntest ta’ din il-kompetizzjoni fid-9, fl-10 u fl-11 ta’ Ottubru 2023 huma annullati. It-tweġibiet għat-test tal-kandidati u l-kitbiet minn dawn it-testijiet mhux se jiġu pproċessati u mhux se joħorġu riżultati tat-testijiet. Il-kandidati kollha li vvalidaw kif suppost il-formola ta’ applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata fil-punt (a) tat-Taqsima 4.3.1 ta’ dan l-avviż u li segwew l-istruzzjonijiet skont it-Taqsima 4.3.1 se jiġu mistiedna jagħmlu s-sensiela ta’ testijiet deskritti hawn taħt. It-testijiet se jsiru u jiġu sorveljati (inviġilati) mill-bogħod. L-EPSO se jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar l-aktar tard mal-istedina għat-testijiet. It-tabella li ġejja turi kif se jintużaw il-marki tat-test:
Jekk kandidat jonqos milli jġib il-marka/i meħtieġa f’wieħed mit-testijiet, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni tintemm. It-tweġibiet tat-testijiet u/jew il-kitbiet ta’ dawn il-kandidati ma jiġux ipproċessati aktar u l-eliġibbiltà tagħhom ma tiġix ivverifikata, skont kif applikabbli. Ir-riżultati tat-testijiet jiġu nnotifikati biss lill-kandidati fi tmiem il-kompetizzjoni irrispettivament mill-istadju tal-kompetizzjoni li l-kandidati jkunu laħqu. (b) Testijiet tar-raġunament It-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament tal-kandidati jiġu organizzati kif ġej:
Biex jgħaddi mit-testijiet ta’ raġunament, kandidat irid jgħaddi minnhom it-tnejn
(c) Test MCQ relatat mal-qasam It-test MCQ relatat mal-qasam se jkun speċifiku għall-qasam magħżul mill-kandidat. Dan se jiġi organizzat kif ġej:
Kandidat irid iġib marka minima ta’ 15/30 u jkun fost il-kandidati li jġibu l-ogħla marka. Il-kandidati li jġibu l-marka minima jiġu kklassifikati f’ordni dixxendenti skont il-marka li jġibu, skont il-qasam. Din il-klassifika se tintuża (i) biex jiġu ddeterminati l-kandidati li t-test bil-miktub tagħhom se jingħata marka u li l-eliġibbiltà tagħhom se tiġi kkontrollata (ara t-Taqsima 4.3.3) u (ii) għall-fini tal-ħolqien ta’ listi ta’ riżerva skont il-proċedura definita fit-Taqsima 4.3.4. Jekk kandidat ma jkunx fost il-kandidati li kisbu l-ogħla marka kif definit fit-Taqsima 4.3.3(a), il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni titqies li tkun intemmet. Il-kitbiet tat-testijiet ta’ dawn il-kandidati ma jiġux pproċessati u l-eliġibbiltà tagħhom ma tiġix ivverifikata. (d) Test bil-miktub It-test bil-miktub għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub ta’ kandidat. Dan se jiġi organizzat kif ġej:
Il-kandidati se jkunu meħtieġa jagħmlu l-assenjament(i) tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta relatata mal-qasam tal-kompetizzjoni. Id-dokumentazzjoni se tkun disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO qabel id-data tat-test. Il-kandidati se jirċievu l-istess dokumentazzjoni matul it-test, flimkien mal-assenjament(i) ibbażat/bbażati fuqha. It-test bil-miktub mhuwiex test tal-lingwa. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-ankri speċifiċi ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (5)* 4.3.3. Immarkar tat-test bil-miktub u l-verifika tal-eliġibbiltà
4.3.4. Stabbiliment ta’ listi ta’ riżerva
Inklużjoni f’lista ta’ riżerva mhijiex dritt jew garanzija li persuna se tiġi rreklutata. |
|
(4) |
Fil-paġna 11, l-Anness I, it-Taqsima 5 “Ittestjar” għandha taqra: ‘5. Ittestjar
|
|
(5) |
Fil-paġna 11, l-Anness I, it-Taqsima 7.1 “Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi” għandha taqra: ‘7,1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3224/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)