This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ħidma ma’ pajjiżi terzi fuq kwistjonijiet ta’ interess globali
L-Istrument ta’ Sħubija (Partnership Instrument - PI) jipprovdi għall-perjodu 2014-2020 appoġġ ġdid u kumplimentari għall-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea, li jestendi s-sħubiji ta’ kooperazzjoni u d-djalogi politiċi għal oqsma u suġġetti ’lil hinn mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp.
ATT
Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
SOMMARJU
L-għan ewlieni ta’ dan l-istrument huwa li jappoġġja miżuri li jwieġbu għall-għanijiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet bilaterali, reġjonali jew multilaterali tal-UE mal-pajjiżi terzi u li jindirizza l-isfidi ta’ tħassib globali (bħall-enerġija, is-sigurtà u l-ambjent).
APPOĠĠ
Il-PI jappoġġja miżuri maħsuba sabiex:
Għalhekk, il-PI jservi bħala sostenn għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Istrateġija Ewropa 2020.
BENEFIĊJARJI
Il-pajjiżi msieħba huma l-pajjiżi bi dħul medju jew għoli industrijalizzati u oħrajn madwar id-dinja, fosthom il-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw bi rwol dejjem akbar fl-affarijiet dinjija (bħall-pajjiżi G20).
Il-PI sejjer isaħħaħ ukoll relazzjonijiet ġodda ma’ pajjiżi li b’mod gradwali qegħdin jimxu ’lil hinn mill-għajnuna għall-iżvilupp bilaterali.
APPROĊĊ FLESSIBBLI
L-istrument huwa maħsub biex ikun flessibbli sabiex b’hekk jippermetti lill-Unjoni Ewropea (UE) tirreaġixxi għas-sitwazzjoni li qiegħda tinbidel b’mod mgħaġġel tal-pajjiżi msieħba. Il-PI sejjer jiddifferenzja wkoll l-għajnuna pprovduta lill-pajjiżi msieħba b’kunsiderazzjoni tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom.
BAĠIT U IMPLIMENTAZZJONI
Il-baġit tal-PI għall-perjodu 2014-2020 huwa ta’ EUR954 765 000 . Ħafna mir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 236/2014, regolament trasversali li jallinja u jissimplifika l-implimentazzjoni tal-istrumenti esterni kollha tal-UE.
Aktar informazzjoni tista' tinstab minn hawn 'il quddiem:
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 |
16.3.2014 |
- |
ĠU L 77 tal-15.3.2014. |
12.09.2014