This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Li jistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma. L-iskop ewlieni tiegħu huwa li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process (KPCS)1, li għandha l-għan li tiżgura li x-xiri ta’ djamanti mhux maħduma ma jintużax biex jiffinanzja l-vjolenza minn movimenti tar-ribelli li jfittxu li jdgħajfu l-gvernijiet leġittimi.
Dan ilu japplika mill-.
Madankollu, ċerti artikoli ta’ dan ir-Regolament li jittrattaw ir-reġimi ta’ importazzjoni/esportazzjon u t-tranżitu ilhom japplikaw mill-.
Il-kummerċ tad-djamanti ta' konflitt2 huwa kwistjoni ta’ tħassib internazzjonali serju, li tista’ tkun marbuta direttament maż-żieda fil-konflitti armati, l-attivitajiet tal-movimenti tar-ribelli bil-għan li jdgħajfu jew iwaqqgħu gvernijiet leġittimi, u t-traffikar illeċitu u ż-żieda fl-armamenti, speċjalment fl-armi żgħar u armi ħfief.
Il-KPCS ġiet żviluppata wara li l-pajjiżi ltaqgħu f’Kimberley, fl-Afrika t’Isfel, fis-sena 2000 biex ifittxu modi biex jiġu indirizzati l-problemi li dejjem qed jikbru, li joriġinaw mid-djamanti ta’ konflitt.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal- li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma (ĠU L 358, , pp. 28-48)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
l-aħħar aġġornament