This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Jistabbilixxi qafas komuni dwar l-istandards statistiċi għall-produzzjoni ta’ data armonizzata fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.
Ir-regolament ikopri l-oqsma li ġejjin:
Il-produzzjoni ta’ statistiċi tal-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) hija implimentata minn azzjonijiet statistiċi individwali inkluż:
Il-Kummissjoni Ewropea ser tqis il-kapaċitajiet disponibbli tal-pajjiżi tal-UE fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ hawn fuq. Għad-data miġbura, ser tingħata kunsiderazzjoni lill-aspetti reġjonali u tal-ġeneru meta jkun possibbli.
Il-Kummissjoni (Eurostat) ser tikkollabora wkoll mal-Istitut tal-Istatistika tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) u ma’ organizzazzjoni internazzjonali oħra biex tiżgura l-komparabbiltà u tevita d-dupplikazzjoni tad-data fuq livell internazzjonali.
Mis-sena skolastika 2012/2013 ’il quddiem: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat- fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.
2016 AES: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat- fir-rigward tal-istatistiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja.
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 ilu japplika mill-.
Ir-Regolament li jemenda (UE) 2019/1700 japplika mil-.
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat- dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, , pp. 227-233)
Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, , pp. 1-32)
l-aħħar aġġornament