Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Albanija
SOMMARJU TA’:
Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Albanija
Id-Deċiżjoni 2009/332/KE, Euratom li tikkonkludi l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Albanija
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-FTEHIM?
Id-deċiżjoni timmarka l-konklużjoni tal-Unjoni Ewropea (tal-UE) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) mal-Albanija.
L-għanijiet tal-ftehim huma li:
- ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija biex issaħħaħ id-demokrazija u l-istat tad-dritt;
- ikun hemm kontribut għall-istabbiltà politika, ekonomika u istituzzjonali fl-Albanija, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun;
- ikun ipprovdut qafas xieraq għad-djalogu politiku, li jħalli l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet politiċi mill-qrib bejn l-UE u l-Albanija;
- ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija sabiex tkun żviluppata l-kooperazzjoni ekonomika u internazzjonali tagħha, inkluż billi l-liġijiet tagħha jiġu allinjati aktar mill-qrib ma’ dawk tal-UE;
- ikunu appoġġjati l-isforzi tal-Albanija sabiex tkun ikkompletata t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li taħdem;
- ikunu inkoraġġiti relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi u tkun żviluppata gradwalment żona ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Albanija;
- titrawwem kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma kollha li huma koperti minn dan il-ftehim.
PUNTI EWLENIN
L-FSA jinkludi 10 intestaturi.
1.
Prinċipji ġeneraliL-FSA huwa bbażat fuq numru ta’ prinċipji essenzjali. L-Albanija taqbel li:
- tirrispetta l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, il-liġi internazzjonali u l-istrumenti kif ukoll il-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq;
- tikkoopera u tiġġieled kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (WMD) u l-mezzi biex dawn jiġu kkonsenjati, inkluż billi:
- tieħu passi biex tiffirma, tirratifika, taderixxi għal, kif ikun xieraq, u timplimenta b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali l-oħra kollha li huma rilevanti;
- twaqqaf sistema effettiva ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni nazzjonali, tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu tal-prodotti li huma relatati mal-WMD, fost l-oħrajn il-kontroll tal-użu aħħari mal-WMD fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jinkludu sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni;
- tiġġieled kontra t-terroriżmu u tissodisfa l-obbligi internazzjonali f’dan il-qasam;
- tippromwovi l-paċi u l-istabbiltà internazzjonali u reġjonali u trawwem kooperazzjoni u relazzjonijiet tajba ta’ viċinat fir-reġjun, inkluż billi:
- tiżviluppa proġetti ta’ interess komuni;
- tippermetti livell xieraq ta’ konċessjonijiet reċiproċi li għandhom x’jaqsmu mal-moviment tal-persuni, tal-prodotti, tal-kapital u tas-servizzi.
2.
Djalogu politikuId-djalogu politiku bejn iż-żewġ partijiet għandu jiġi żviluppat aktar. Dan se jippromwovi, b’mod partikolari:
- l-integrazzjoni sħiħa tal-Albanija fil-komunità ta’ nazzjonijiet demokratiċi u l-armonizzazzjoni gradwali (tqarrib) lejn l-UE:
- konverġenza li tiżdied fil-pożizzjonijiet tal-partijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali;
- il-kooperazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;
- fehmiet komuni dwar is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa, inkluż fl-oqsma li huma koperti mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE.
3.
Kooperazzjoni reġjonaliL-Albanija għandha:
- tinkoraġġixxi b’mod attiv il-kooperazzjoni reġjonali;
- tinnegozja mal-pajjiżi li diġà ffirmaw FSA mal-UE — bil-għan li tikkonkludi ftehimiet bilaterali dwar il-kooperazzjoni reġjonali;
- tissokta bil-kooperazzjoni reġjonali mal-pajjiżi involuti fil-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni (SAP) f’uħud mill-oqsma ta’ kooperazzjoni li huma koperti minn dan il-ftehim jew fl-oqsma kollha;
- tikkonkludi, jekk ikun possibbli, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ kwalunkwe pajjiż kandidat tal-UE mhux involut fl-SAP.
L-UE tappoġġja proġetti li jkollhom dimensjoni reġjonali jew transkonfinali permezz tal-programmi ta’ assistenza teknika tagħha.
4.
Il-moviment ħieles tal-prodotti- Iż-żewġ partijiet huma impenjati li jistabbilixxu gradwalment żona ta’ kummerċ ħieles bilaterali tul perjodu li ma jkun itwal minn 10 snin.
- L-FSA jistabbilixxi proċess għat-tnaqqis u t-tneħħija ta’ tariffi doganali u kwoti minn fuq l-oġġetti li jkunu ġejjin kemm mill-UE kif ukoll mill-Albanija.
5.
Il-moviment tal-ħaddiema, it-twaqqif, il-provvista tas-servizzi u l-moviment tal-kapital- Iċ-ċittadini Albaniżi li jaħdmu legalment f’pajjiż tal-UE għandhom ikunu ħielsa minn kull forma ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla maċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat.
- Għandhom ikunu stabbiliti r-regoli biex tiġi kkoordinata s-sistema ta’ sigurtà soċjali għaċ-ċittadini Albaniżi legalment impjegati fit-territorju ta’ pajjiż tal-UE, u għall-membri tal-familji tagħhom li huma legalment residenti hemmhekk.
- Il-kumpaniji (kif ukoll is-sussidjarji u l-fergħat) ibbażati f’parti waħda se jitħallew jistabbilixxu operazzjonijiet fit-territorju tal-parti l-oħra taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-kumpaniji bbażati f’dak it-territorju.
- Iż-żewġ partijiet għandhom jieħdu passi li progressivament jippermettu lill-kumpaniji jew liċ-ċittadini tagħhom jipprovdu servizzi fit-territorju tal-parti l-oħra.
- Kwalunkwe pagament u trasferiment fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn l-UE u l-Albanija għandu jkun permess f’munita li tista’ tissarraf liberament.
6.
Allinjament tal-liġijiet tal-pajjiż ma’ dawk tal-UE- L-Albanija taqbel li tiżgura li l-liġijiet eżistenti tagħha u l-leġiżlazzjoni futura gradwalment għandhom isiru kompatibbli mal-acquis tal-UE u li tali liġijiet se jiġu implimentati u infurzati kif xieraq.
- Iż-żewġ naħat huma marbuta b’regoli ta’ kompetizzjoni, ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet.
7.
Ġustizzja, libertà u sigurtàL-FSA jenfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt u tar-rinfurzar tal-istituzzjonijiet fil-livelli kollha. Il-kooperazzjoni tiffoka fuq numru ta’ oqsma speċifiċi, fosthom:
- l-indipendenza tal-ġudikatura, it-titjib tal-effettività tagħha u t-taħriġ fil-professjonijiet legali;
- il-viża, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-kenn politiku u l-migrazzjoni;
- il-prevenzjoni u l-kontroll tal-migrazzjoni illegali;
- il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, it-terroriżmu u attivitajiet illegali oħra.
8.
Il-politika ta’ kooperazzjoniL-UE u l-Albanija għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi biex jgħinu fl-iżvilupp u t-tkabbir potenzjali tal-Albanija.
9.
Kooperazzjoni finanzjarja- Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-ftehim, l-Albanija tista’ tirċievi assistenza finanzjarja mill-UE fil-forma ta’ għotjiet u self, inkluż self mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
10.
SuperviżjoniIl-ftehim jistabbilixxi kunsill ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni (KSA) li jissorvelja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. Il-KSA huwa assistit minn kumitat ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, magħmul minn rappreżentanti tal-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, u minn rappreżentanti tal-gvern tal-Albanija min-naħa l-oħra.
MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-FTEHIM?
Id-deċiżjoni ilha tapplika mis-26 ta’ Frar 2009 u l-ftehim mill-1 ta’ April 2009.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI EWLENIN
Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra — Protokolli — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 107, 28.4.2009, pp. 166-502)
Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2009/332/KE, Euratom tas-26 ta’ Frar 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (ĠU L 107, 28.4.2009, p. 165)
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE (COM(2018) 450 final, 17.4.2018)
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tal-Albanija tal-2018 — Li jakkumpanja d-dokument ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (SWD(2018) 151 final, 17.4.2018)
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 11-26)
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 57)
l-aħħar aġġornament 05.04.2019