Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti

SOMMARJU:

Direttiva 2010/65/UE dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-UE

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Ambitu

Din id-direttiva tapplika għall-formalitajiet ta’ rappurtar applikabbli għat-trasport marittimu għal bastimenti li jaslu fi u bastimenti li jitilqu minn portijiet f’pajjiżi tal-UE.

Pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li l-formalitajiet ta’ rappurtar fil-portijiet tagħhom jintalbu b’mod armonizzat u koordinat. Il-kaptan, jew xi persuna oħra debitament awtorizzata mill-operatur tal-bastiment, għandu jipprovdi notifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti, qabel jasal f’port tal-UE, tal-informazzjoni meħtieġa taħt il-formalitajiet ta’ rappurtar.

Trażmissjoni elettronika tad-data

Il-pajjiżi tal-UE:

  • kellhom jaċċettaw is-sottomissjoni elettronika tal-formalitajiet ta’ rappurtar permezz ta’ single window sa mhux aktar tard mill-; din is-single window nazzjonali hija l-post fejn l-informazzjoni kollha tiġi rappurtata darba u ssir disponibbli għal diversi awtoritajiet kompetenti u l-pajjiżi tal-UE;
  • għandhom jiżguraw li l-informazzjoni riċevuta skont il-formalitajiet ta’ rappurtar issir disponibbli għas-sistemi nazzjonali SafeSeaNet tagħhom u jagħmlu disponibbli partijiet minn tali informazzjoni lill-pajjiżi oħra tal-UE permezz tas-sistema SafeSeaNet;
  • għandhom jaċċettaw formoli FAL (formoli speċjali żviluppati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-iffaċilitar tat-traffiku marittimu internazzjonali) għat-twettiq tal-formalitajiet ta’ rappurtar u xorta setgħu jaċċettaw informazzjoni pprovduta fil-format stampata sal-.

Eżenzjonijiet

Bastimenti li jinstabu fl-ambitu tad-Direttiva 2002/59/KE (ara s-sommarju) u li joperaw bejn portijiet li jinsabu fit-territorju doganali tal-UE, mingħajr ma jkunu ġejjin minn, jidħlu fi jew sejrin lejn port barra l-UE, huma eżenti mill-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni.

Emendi

  • Id-Direttiva ta’ Emenda (UE) 2017/2109 introduċiet regoli ġodda li għandhom l-għan li jiddiġitilizzaw ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri Hija tfittex li tiżgura d-disponibilità immedjata tal-għadd eżatt ta’ passiġġieri u informazzjoni oħra għall-użu tas-servizzi tat-tiftix u s-salvataġġ (SAR) f’każ ta’ inċident. Taħt ir-rekwiżiti l-ġodda, l-għadd ta’ persuni abbord irid jiġi kkomunikat permezz tas-single windows nazzjonali jew, fejn pajjiżi tal-UE jagħżel hekk, lill-awtoritajiet nominati permezz tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika1 qabel it-tluq tal-vapur.
  • Id-Direttiva (UE) 2019/883 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti li temenda l-anness mad-Direttiva 2010/65/UE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet rigward l-iskart minn bastimenti, inkluż il-fdalijiet.

Revoka

Id-Direttiva 2010/65/UE hija revokata mir-Regolament (UE) 2019/1239 f’ambjent ta’ Single Window Marittima Ewropea sa mill-. Ir-regolament il-ġdid jistabbilixxi qafas għal ambjent ta’ Single Window Marittima Ewropea (EMSWe) teknoloġikament newtrali u interoperabbli b’interfaċċi armonizzati biex jiffaċilitaw it-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni relatata mal-obbligi tar-rappurtar għall-bastimenti li jaslu, joqogħdu fi u jitilqu minn portijiet tal-UE.

MINN META TIBDA TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-direttiva ilha tapplika fil-pajjiżi tal-UE mid- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE fl-istess data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:

TERMINI EWLENIN

  1. Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika: sistema ta’ xandir marittima, bbażata fuq it-trażmissjoni ta’ sinjali tar-radju ta’ frekwenza għolja ħafna (VHF). Il-bastimenti jibgħatu rapporti bl-identifikazzjoni, il-pożizzjoni u r-rotta tal-bastimenti, kif ukoll informazzjoni dwar il-merkanzija. Fl-ibħra tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja, l-iskambju ta’ messaġġi tal-AIS isir permezz tas-sistema SafeSeaNet.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, , pp. 1-10)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2010/65/UE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top