This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Dan jistabbilixxi r-regoli għal kif ix-xogħlijiet jew materjal ieħor1 f’kopji f’formati aċċessibbli2 huma kondiviżi bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE li huma parti mit-Trattat ta’ Marrakexx, għall-benefiċċju ta’ persuni li huma għomja, neqsin mid-dawl jew inkella għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, u mingħajr ma jkollhom bżonn permess tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.
It-Trattat ta’ Marrakexx jirrikjedi li l-pajjiżi li jiffirmawh jadottaw liġijiet nazzjonali li jinkoraġġixxu li l-kotba jiġu prodotti f’formati aċċessibbli bħal braille, test elettroniku, awdjo jew tipa kbira, immirati lejn nies li huma għomja, neqsin mid-dawl jew inkella għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Dawn il-liġijiet għandhom ukoll jagħmluha eħfef biex dawn l-oġġetti jinqasmu bejn il-fruntieri nazzjonali mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur. It-trattat ġie ffirmat fl-2013 u ġie ratifikat mill-UE . L-UE saret parti mit-trattat .
Entità awtorizzata3 tal-pajjiż tal-UE hija permessa li tagħmel disponibbli għal persuni benefiċjarji4, jew għal kwalunkwe entità awtorizzata f’pajjiżi mhux tal-UE li huma parti mit-trattat, verżjonijiet aċċessibbli ta’ kotba jew materjal bil-miktub ieħor permess mid-Direttiva (UE) 2017/1564, id-direttiva li timplimenta t-Trattat ta’ Marrakexx fl-UE, u dawn l-oġġetti jistgħu jkunu importati u użati minn tali persuni jew entitajiet.
Entità awtorizzata trid:
Sal-, il-Kummissjoni Ewropea se tevalwa l-operat tar-regolamenti u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bi proposti biex jiġi emendat ir-regolament, fejn xieraq.
Ir-regolament ilu japplika mit-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2017/1563 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (ĠU L 242, , p. 1-5).
l-aħħar aġġornament