This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-impjegaturi għandhom jieħdu kull miżura biex jiżguraw is-sikurezza tat-tagħmir tax-xogħol magħmul disponibbli għall-ħaddiema.
Meta jagħżlu t-tagħmir tax-xogħol, l-impjegaturi għandhom jagħtu attenzjoni lill-kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi li jeżistu fuq il-post tax-xogħol filwaqt li jqisu s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema. Meta r-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati kompletament waqt it-tħaddim tat-tagħmir tax-xogħol, l-impjegaturi għandhom jieħdu miżuri xierqa biex inaqqsuhom. Meta tkun teżisti leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola t-tagħmir tax-xogħol, l-impjegaturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-direttiva.
L-impjegaturi huma responsabbli biex jiżguraw li t-tagħmir tax-xogħol:
Meta t-tagħmir tax-xogħol x’aktarx ikun jinvolvi riskju speċifiku għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiem, l-impjegaturi għandhom jiżguraw li l-aċċess għalih ikun ristrett biss għal dawk li jingħataw il-kompitu li jużawh. L-impjegaturi għandhom jiżguraw ukoll li ħaddiema magħżula speċifikament biss iwettqu xogħol ta’ tiswija, modifika, manutenzjoni jew servizz.
L-impjegaturi għandhom iqisu wkoll bis-sħiħ il-prinċipji ergonomiċi u l-aspetti professjonali tas-saħħa fir-rigward tal-ħaddiema meta jużaw it-tagħmir tax-xogħol.
L-impjegaturi għandhom jipprovdu lill-ħaddiema informazzjoni adegwata u ċara (fejn xieraq bil-miktub) dwar it-tagħmir tax-xogħol, dwar:
L-impjegaturi għandhom jiżguraw li l-ħaddiema huma mħarrġa kif xieraq, speċjalment fir-rigward ta’ tagħmir b’riskji speċifiċi, u jkunu konxji ta’ kwalunkwe riskju li jista’ jinvolvi l-użu tat-tagħmir.
Din ilha tapplika mit-. Id-Direttiva 2009/104/UE tikkodifika u tissostitwixxi d-Direttiva 89/655/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha. Id-Direttiva 89/655/KEE oriġinali kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1992.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 260, , pp. 5-19)
l-aħħar aġġornament