This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament (KE) Nru 416/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-avviżi lill-kaptani
Id-Direttiva 2005/44/KE tistabbilixxi s-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) tal-UE li għandhom l-għan li jtejbu s-sikurezza, l-effiċjenza u l-kompatibbiltà ambjentali u jiffaċilitaw il-kollegament ma’ modi oħra ta’ trasport. Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentri RIS u l-ħatra ta’ awtoritajiet biex jissorveljaw l-applikazzjoni tagħha u l-iskambju ta’ data internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli biex tistabbilixxi linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-operazzjonijiet tal-RIS f’serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
L-RIS huma s-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni biex jappoġġaw il-ġestjoni tat-traffiku u tat-trasport fin-navigazzjoni interna, inklużi kollegamenti ma’ modi oħra ta’ trasport. L-RIS jistgħu jkunu marbuta ma’ attivitajiet kummerċjali minbarra dawk li jseħħu internament bejn il-kumpaniji. L-RIS jinkludu servizzi, bħal:
Id-direttiva tiddeskrivi qafas għall-iżvilupp ta’ rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi biex:
L-Annessi jispeċifikaw rekwiżiti minimi ta’ data u prinċipji li jkopru l-linji gwida u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-RIS. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw l-annessi fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku.
Ir-Regolament (KE) Nru 414/2007 jiddefinixxi linji gwida għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-operazzjonijiet tal-RIS, inklużi:
Ir-Regolament (KE) Nru 416/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2032, jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-avviżi lill-kaptani. Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli (FIS) jintużaw mill-kaptani tal-vapuri u mill-maniġers tal-flotot biex jippjanaw, jeżegwixxu u jimmonitorjaw vjaġġ. It-termini “kaptan tal-vapur”, “kaptan” u “kaptan tal-bastiment” jitqiesu ekwivalenti fl-RIS.
L-FIS jipprovdu informazzjoni dinamika (bħal-livelli tal-ilma u t-tbassir tal-livell tal-ilma) kif ukoll informazzjoni statika (bħall-ħinijiet tal-operat ta’ magħlaq u pontijiet), biex b’hekk jgħinu lill-utenti jieħdu deċiżjonijiet tattiċi u strateġiċi ta’ navigazzjoni.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1973, jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna). L-anness tiegħu jinkludi speċifikazzjonijiet dettaljati għal:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/838 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007 u jiddeskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għal sistemi ta’ trekkjar u traċċar tal-bastimenti fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, inklużi regoli relatati mal-għajnuniet għan-navigazzjoni fin-navigazzjoni interna.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1744 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 164/2010 u jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimenti fin-navigazzjoni interna, fosthom:
Ara wkoll:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1744 tas- dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimenti fin-navigazzjoni interna u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 164/2010 (ĠU L 273, , pp. 1-182)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/838 tal- dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta’ trekkjar u traċċar tal-bastimenti u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007 (ĠU L 138, , pp. 31-69)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2032 tal- li jemenda r-Regolament (KE) Nru 416/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Avviżi lill-Kaptani (ĠU L 332, , pp. 1-181)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 tal- li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, , pp. 1-39)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 909/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2007 tat- dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Avviżi lill-Kaptani kif imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 105, , pp. 88-253)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat- dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 105, , pp. 1-34)
Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, , pp. 152-159)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament