Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Importazzjonijiet ta’ prodotti tessili minn pajjiżi terzi

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2015/936 — importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta’ importazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli dwar l-importazzjoni ta’ diversi tipi ta’ tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti minn ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli oħra speċifiċi tal-UE dwar l-importazzjoni, jiġifieri l-Korea ta’ Fuq.

Huwa jintroduċi wkoll sistema ta’ sorveljanza applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti tessili li joriġinaw f’pajjiżi terzi, minbarra l-Korea ta’ Fuq.

Huwa jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni:

  • tikkonferma li t-tessuti mill-pajjiżi terzi kollha ħlief mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea jistgħu jiġu importati mingħajr ebda restrizzjoni fuq l-ammonti involuti;
  • tistabbilixxi limiti massimi fuq importazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ tessuti mill-Korea ta’ Fuq — il-livelli huma bbażati fuq flussi kummerċjali preċedenti jew stmati;
  • kienet emendata mir-Regolament (UE) 2017/354, li jirrikonoxxi l-iżviluppi politiċi pożittivi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika tal-Belarussja u għandu l-għan li jikkontribwixxi għal iktar titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja — l-UE tista’ tirrikorri sabiex tintroduċi kwoti ġodda fil-futur jekk is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja tiddeterjora serjament.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien 30 jum minn meta l-volum tat-tessuti jiġi importat ix-xahar ta’ qabel mill-Korea ta’ Fuq u jipprovdu data annwali sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

Il-Kummissjoni:

  • tinvestiga, jekk tikkunsidra li hemm kawża ġusta, il-volum ta’ importazzjonijiet li jseħħu;
  • tittratta l-informazzjoni kollha li tirċievi b’mod kunfidenzjali;
  • tissottometti r-rapport tagħha lill-Kumitat tat-Tessuti li jgħinha timplimenta l-leġiżlazzjoni;
  • timmonitorja l-importazzjonijiet jekk tqis li l-volum tagħhom jista’ jikkawża dannu lill-produtturi tal-UE;
  • tissuġġetta l-importazzjonijiet għal kundizzjonijiet speċjali, bħal li teħtieġu dokument ta’ sorveljanza; u
  • tintroduċi miżuri ta’ salvagwardja jekk l-importazzjonijiet jikkawżaw ħsara serja jew joħolqu theddida reali għall-manifatturi Ewropej.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati1 u ta’ implimentazzjoni2.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2148:

  • jistabbilixxi l-kwantitajiet ta’ tessuti li jistgħu jiġu importati mill-Korea ta’ Fuq fl-2017;
  • jelenka l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull pajjiż tal-UE li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-talbiet għall-importazzjoni li jirċievu.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa beda japplika mill-. Ir-Regolament (UE) 2015/936 irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 517/94 (u l-emendi sussegwenti tiegħu).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Atti delegati: dawn jippermettu lill-Kummissjoni tadotta atti ġenerali mhux leġiżlattivi sabiex tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta’ leġiżlazzjoni.
  2. Atti ta’ implimentazzjoni: dawn jippermettu lill-Kummissjoni tadotta regoli proċedurali li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, pereżempju skadenzi jew galvi.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (riformulazzjoni) (ĠU L 160, , p. 1-54)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/936 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top