Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Tariffi għal pagamenti b’kard

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2015/751 dwar it-tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament jillimita t-tariffi tal-interkambju. Huwa jżid it-trasparenza fuq it-tariffi, sabiex b’hekk jippermetti lill-bejjiegħa bl-imnut ikunu jafu l-livell tat-tariffi mħallsin meta jaċċettaw il-kards. Huwa jsaħħaħ il-kompetizzjoni billi jipprovdi lill-konsumaturi b’aktar għażliet u b’għażliet aħjar bejn it-tipi differenti ta’ kards tal-ħlas u fornituri ta’ servizzi.

PUNTI EWLENIN

B’mod speċifiku, ir-regolament:

  • jillimita t-tariffi tal-interkambju għal 0.2% tal-valur tat-tranżazzjoni għall-kards ta’ debitu tal-konsumaturi u għal 0.3% għall-kards ta’ kreditu tal-konsumaturi;
  • fir-rigward tal-kards ta’ kreditu tal-konsumaturi, jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jiddefinixxu l-limiti perċentwali aktar baxxi minn 0.3%;
  • fir-rigward tat-tranżazzjonijiet b’kards ta’ debitu tal-konsumaturi, jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jimponu tariffa ta’ mhux aktar minn 5 ċenteżmi tal-euro għal kull tariffa tal-interkambju tat-tranżazzjoni f’kombinazzjoni mal-limitu massimu ta’ 0.2%;
  • jipprovdi għal numru limitat ta’ eżenzjonijiet, bħal kards tan-negozju użati biss għall-ispejjeż marbuta man-negozju imposti direttament għall-kont tal-kumpanija;
  • iżid it-trasparenza fuq il-livell tat-tariffi mħallsin mill-bejjiegħa bl-imnut, sabiex b’hekk jagħtihom iċ-ċans li jagħżlu b’mod aktar faċli liema kards tal-ħlas iridu jaċċettaw.

Ir-regolament huwa parti minn pakkett li jinkludi wkoll id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi ta’ Ħlas (PSD2), li dwarha ntlaħaq qbil politiku f’Mejju 2015. Il-pakkett għandu l-għan li jippromwovi s-suq uniku diġitali billi jagħmel il-pagamenti aktar sikuri u orħos u jwitti t-triq għal teknoloġiji ta’ ħlas innovattivi.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilha fis-seħħ mit-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, , pp. 1-15)

l-aħħar aġġornament

Top