This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE — struttura u rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat
Din tistipula l- prinċipji ġenerali u r- rati minimi tad-dazju tas-sisa fuq tabakk manifatturat (jiġifieri sigaretti, sigarri u sigarri żgħar, tabakk imqatta’ fin għas-sigaretti tal-brim u tabakk ieħor għat-tipjip) fl-UE kollha.
Il-manifatturi, ir-rappreżentanti tagħhom jew l-aġenti awtorizzati fil-pajjiżi tal-UE u importaturi ta’ tabakk minn pajjiżi mhux tal-UE għandhom dritt jiddeterminaw il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull wieħed mill-prodotti tagħhom għal kull pajjiż tal-UE li fih il-prodotti inkwistjoni jkunu ser jiġu rilaxxati għall-konsum. Dan madankollu ma jaffettwax l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-prezzijiet jew l-osservanza tal-prezzijiet imposti, dejjem sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Din bdiet tapplika mill- . Id-Direttiva 2011/64/UE tikkodifika u tissostitwixxi d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE (u l-emendi sussegwenti tagħhom).
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal- dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kkodifikata) (ĠU L 176, , pp. 24-36)
l-aħħar aġġornament