Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Jadatta r-regoli dwar il-Eurofound biex titqies kemm jista’ jkun in-natura tripartitika tiegħu. Huwa rregolat minn bord magħmul minn rappreżentanti ta’:
il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE;
l-impjegaturi u l-ħaddiema tal-pajjiżi tal-UE — sħab soċjali; u
Bħala waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, l-għan tal-Eurofound huwa li tappoġġa lill-Kummissjoni, lil istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra tal-UE, lill-pajjiżi tal-UE u lis-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’politiki li jikkonċernaw:
it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol;
it-tfassil ta’ politiki dwar l-impjiegi; u
il-promozzjoni tad-djalogu bejn il-maniġment u l-forzi tax-xogħol.
Din tipprova tilħaq dan l-għan billi:
ittejjebb u xxerred l-għarfien;
tipprovdi evidenza u servizzi għall-iskop tat-tfassil ta’ politika, inklużi konklużjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka; u
tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien fost il-partijiet interessati fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali.
Kompiti
Filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-pajjiżi tal-UE stess, il-Eurofound:
tanalizza l-iżviluppi u tipprovdi analiżi komparattiva tal-politiki u l-prattiki fil-pajjiżi tal-UE u, fejn rilevanti, f’pajjiżi oħra;
tiġbor data u tanalizza x-xejriet fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, l-iżviluppi tal-impjiegi u tas-suq tax-xogħol;
tanalizza l-iżviluppi fis-sistemi ta’ relazzjonijiet industrijali, b’mod partikolari d-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali;
tistudja u tiriċerka l-iżviluppi soċjoekonomiċi rilevanti u kwistjonijiet ta’ politika relatati;
twettaq proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, fejn mitluba tagħmel hekk mill-Kummissjoni;
tipprovdi fora għall-iskambju ta’esperjenzi u informazzjoni bejn partijiet interessati fil-livell nazzjonali;
timmaniġġja u tagħmel disponibbli għodod u settijiet ta’ data lil dawk li jfasslu l-politika, is-sħab soċjali, il-korpi akkademiċi u partijiet interessati oħra;
tistabbilixxi strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet li għalihom hija responsabbli.
jadotta d-dokument ta’ programmazzjoni tal-Eurofound;
jadotta l-baġit tal-Eurofound;
jadotta regoli ta’ proċedura (inklużi dawk tal-Bord Eżekuttiv), regoli finanzjarji, regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u strateġija kontra l-frodi;
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv.
Il-Bord jeleġġi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, president u tliet viċi presidenti li jirrappreżentaw l-interessi varji. Il-mandat tagħhom huwa ta’ sena u jista’ jerġa’ jiġġedded.
Jista’ jistabbilixxi kumitati konsultattivi skont l-oqsma ta’ prijorità tal-politika deskritti fid-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-Eurofound.
Il-Bord Eżekuttiv
Il-bord eżekuttiv jassisti lill-bord ta’ tmexxija billi:
iħejji d-deċiżjonijiet tiegħu;
josserva, flimkien mal-bord ta’ tmexxija, kwalunkwe segwitu għal sejbiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu minn rapporti tal-awditjar intern jew estern, u investigazzjonijiet tal-OLAF;
jagħti pariri lid-direttur eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-bord ta’ tmexxija, sabiex tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.
Id-direttur eżekuttiv
Id-direttur eżekuttiv huwa responsabbli għal:
Il-ġestjoni tal-Eurofound u l-implimentazzjoni tal-kompiti u l-baġit tal-Eurofound;
it-tfassil ta’ abbozz ta’ dokument ta’ programmazzjoni li fih programm ta’ ħidma pluriennali u annwali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1271/2013 dwar ir-regoli finanzjarji adottati mill-aġenziji u l-korpi tal-UE.
Programmi ta’ ħidma
L-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni jiġi sottomess lill-bord ta’ tmexxija għall-approvazzjoni tiegħu u mbagħad jiġi sottomess lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.
L-estimi tad-dħul u l-infiq kollu għall-Eurofound għandhom jitħejjew kull sena finanzjarja u għandhom jidhru fil-baġit tal-Eurofound. Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq.
In-naħa tad-dħul tiegħu tinkludi:
kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-UE;
kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji minn pajjiżi tal-UE;
tariffi għal pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Eurofound;
kwalunkwe kontribuzzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE involuti fix-xogħol tal-Eurofound.
In-naħa tal-infiq tiegħu tinkludi:
remunerazzjoni tal-persunal;
spejjeż amministrattivi u infrastrutturali;
infiq operattiv.
Valutazzjoni
Sal-, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq valutazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Eurofound fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha.
Ir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (ĠU L 30, , pp. 74-89)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (ĠU L 30, , pp. 58-73)
Ir-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (ĠU L 30, , pp. 90-105)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1271/2013 tat- dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, , pp. 42-68)