Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja tal-UE għal tjur u prodotti tat-tjur minn pajjiżi, territorji jew żoni mhux tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 798/2008 – Lista ta’ pajjiżi, territorji jew żoni mhux tal-UE li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Għandu l-għan li jiżgura li t-tjur u l-prodotti tat-tjur minn barra l-UE importati jew li huma fi tranżitu fl-UE jilħqu l-istess standards bħal dawk prodotti fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ Applikazzjoni

  • Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-UE u għat-tranżitu mill-UE, inkluż il-ħażna waqt it-tranżitu, ta’ dawn li ġejjin:
    • tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata u bajd speċifikat mingħajr patoġeni;
    • laħam u laħam ikkapuljat tat-tjur, inkluż għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd.
  • Huwa jelenka l-pajjiżi, territorji jew żoni mhux tal-UE li minnhom dawn l-annimali u prodotti jistgħu jiġu importati fl-UE.
  • Huwa ma japplikax għal tjur użat għal wirjiet, eżebizzjonijiet jew kompetizzjonijiet.

Ir-regolament ikopri għadd ta’ aspetti li jinkludu:

  • kundizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni u t-tranżitu bħal
    • rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja
    • eżaminar, teħid ta’ kampjuni u proċeduri tal-ittestjar u
    • rekwiżiti dwar ir-rappurtaġġ ta’ mard;
  • l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż, territorju jew żona tal-oriġini fir-rigward tal-mard tat-tjur — dan jinkludi
    • il-kriterji għal waħda minn dawn iż-żoni li għandhom jiġu kkunsidrati ħielsa mill-influwenza tat-tjur
    • rekwiżiti ta’ programmi ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur
    • il-kriterji għal waħda minn dawn l-oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati ħielsa mill-marda ta’ Newcastle (marda virali li taffettwa t-tjur)
    • ir-rekwiżiti fir-rigward tat-tilqim;
  • kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni — inkluż għal:
    • l-importazzjoni tat-tjur, bajd ta’ tfaqqis, u flieles ta’ ġurnata
    • l-importazzjoni ta’ bajd speċifikat mingħajr patoġeni
    • it-trasport għat-tjur u flieles ta’ ġurnata;
  • kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu — jinkludi eċċezzjonijiet għat-tranżitu ta’ ċertu prodotti tat-tjur mil-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Kroazja.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, pp. 1-94)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannrar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, pp. 1-17)

Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata) (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 74-113)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, pp. 11-20)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, pp. 9-30)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, pp. 56-68)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.06.2019

Нагоре