This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-aċċettazzjoni reċiproka tal-protokoll tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità (forma ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku — MRA1) fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) għandha l-għan li tippromwovi l-kummerċ tal-merkanzija bejn l-UE u l-Kanada permezz tat-tneħħija tal-ostakoli tekniċi.
Skont dan il-ftehim bilaterali li l-UE approvat fit-, l-UE u l-Kanada jaċċettaw il-valutazzjonijiet tal-konformità2 imwettqa minn korpi nominati għal prodotti industrijali speċifikati.
Id-deċiżjoni tikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja tas-CETA.
Il-ftehim ikopri s-setturi li ġejjin:
Il-protokoll:
Id-deċiżjoni ilha tapplika mit-. Is-CETA daħal fis-seħħ b’mod provviżorju fil-. Is-CETA se jkun jista’ jidħol fis-seħħ b’mod sħiħ u definittiv meta l-pajjiżi kollha tal-UE jkunu rratifikaw il-ftehim skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali domestiċi rispettivi tagħhom.
Bid-dħul fis-seħħ proviżorju tas-CETA, il-Protokoll tas-CETA itemm l-MRA oriġinali UE-Kanada li ġie ratifikat fl-1998.
Skont l-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, skont l-awtorità tal-pajjiżi tal-UE, tinnegozja ftehimiet kummerċjali internazzjonali.
Fir-riżoluzzjoni tagħhom tal-, il-pajjiżi tal-UE qablu dwar il-prinċipju tal-MRAs. Fil-, huma awtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku f’isem l-UE ma’ ċerti pajjiżi mhux tal-UE.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, , pp. 23-1079)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat- dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, , pp. 1080-1081)
l-aħħar aġġornament