L-irwol tal-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-irwol tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE
SOMMARJU
X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?
-
Huma jenfasizzaw l-importanza tal-kultura bħala għodda biex tittratta ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżvilupp.
-
Huma jistiednu wkoll lill-pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea biex jieħdu passi konkreti biex jinkorporaw il-kultura bħala dimensjoni speċifika fit-trattament ma’ pajjiżi mhux tal-UE fil-kuntest tal-iżvilupp.
PUNTI EWLENIN
-
Filwaqt li l-kultura hija diġà rikonoxxuta bħala element ewlieni tal-iżvilupp sostenibbli, għandu jiġi żviluppat approċċ aktar integrat li jikkunsidra, pereżempju:
-
it-tisħiħ ta’ sforzi għas-salvagwardja tal-wirt kulturali dinji;
-
l-appoġġ għal żvilupp fuq terminu twil ta’ setturi kulturali u kreattivi f’pajjiżi mhux tal-UE;
-
il-kumplimentarjetà bejn programmi eżistenti u skemi ta’ finanzjament.
-
Pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea huma mħeġġin jieħdu sehem fi grupp ta’ ħidma ad-hoc ospitat mill-gvern tal-Lussemburgu. Dan jikkontribwixxi għat-tħejjija ta’ approċċ konkret, ibbażat fuq l-evidenza, kondiviż u fuq terminu twil dwar il-kultura u l-kooperazzjoni tal-iżvilupp. Il-grupp se jiltaqa’ għall-perjodu inizjali tal-2016-2017 u r-riżultati sejrin jiġu ppreżentati lill-korpi kkonċernati tal-Kunsill tal-UE (b'mod partikolari l-kooperazzjoni kulturali u ta’ żvilupp).
-
Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà , hija mħeġġa tiżviluppa approċċ aktar strateġiku lejn il-kultura f’relazzjonijiet esterni.
SFOND
Setturi kulturali u kreattivi, li jinkludu l-wirt kulturali, jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-faqar, il-prevenzjoni tal-kunflitti u r-rikonċiljazzjoni waqt li jinkoraġġixxu t-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp lokali. Barra minn hekk, settur kulturali u tal-midja indipendenti huwa komponent fundamentali ta’ soċjetà demokratika.
Il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, inkluż fil-kuntest tal-iżvilupp, hija waħda mill-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma tal-Kultura tal-UE (2015-2018).
ATT
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’fokus fuq il-kultura fil-kooperazzjoni tal-iżvilupp (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 41-43)
l-aħħar aġġornament 31.05.2016
Top