This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-passiġġieri, inklużi dawk b’diżabilità jew b’mobbiltà mnaqqsa, li jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja u bil-kowċis, igawdu l-istess drittijiet kull fejn jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt għall-informazzjoni jew għal kumpens fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni, jikkumplimentaw drittijiet simili għall-passiġġieri tal-baħar u tal-passaġġi tal-ilma interni, tal-ajru u tal-ferrovija.
Ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-trasport bil-karozzi tal-linja u bil-kowċis rigward servizzi regolari1 għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-UE għal distanzi ta’ 250 km jew aktar. Uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw għas-servizzi kollha, inklużi dawk ta’ distanza iqsar.
Fir-rigward tas-servizzi b’distanza twila, jiġifieri ta’ aktar minn 250 km, ir-Regolament jipprevedi:
Barra minn hekk, għal distanzi ta’ inqas minn 250 km, ir-Regolament jipprevedi:
Ir-Regolament jipprevedi l-għażla ta’ eżenzjonijiet għal servizzi regolari domestiċi u għal servizzi regolari fejn parti sinjifikanti tiġi operata barra mill-UE.
Mill-1 ta' Marzu 2013.
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:
Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004
l-aħħar aġġornament