Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

X'TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

  • Hija tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża.
  • Hija tiddeskrivi l-istruttura, ir-rwol u l-kompiti tiegħu u kif huwa ffinanzjat.

PUNTI EWLENIN

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) huwa magħmul minn netwerk ta' istituzzjonijiet, kulleġġi, akkademji u istituzzjonijiet nazzjonali madwar l-Unjoni Ewropea (UE) li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-politika tas-sigurtà u difiża, kif ukoll l-Istitut tal-UE għall-Istudji fuq is-Sigurtà . Jaħdem taħt ir-responsabilità ġenerali tar-Rappreżentanti Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà . Ġie stabbilit għall-ewwel darba f'Lulju 2005.

L-objettivi ewlenin tal-KESD huma li:

  • itejjeb aktar is-sigurtà Ewropea komuni u l-kultura tad-difiża fi ħdan il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK);
  • jippromwovi fehim aħjar tal-PSDK bħala parti essenzjali tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (PESK);
  • jappoġġa s-sħubijiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, b'mod partikolari sħubijiet ma' dawk il-pajjiżi li jkunu qed jipparteċipaw f'missjonijiet tal-PSDK;
  • jipprovdi lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE b'persunal imħarreġ li kapaċi jaħdem b'mod effiċjenti fuq il-kwistjonijiet kollha tal-PSDK;
  • jipprovdi lill-amministrazzjonijiet u lill-persunal tal-pajjiżi tal-UE b'persunal imħarreġ li jkun familjari mal-politiki tal-UE, mal-istituzzjonijiet u mal-proċeduri fil-qasam tal-PESK;
  • jippromwovi relazzjonijiet u kuntatti professjonali fost il-parteċipanti tat-taħriġ.

Il-kompiti ewlenin tal-KESD huma li jorganizza u jmexxi attivitajiet ta' taħriġ fil-qasam tal-PSDK. Hemm tliet tipi ta' taħriġ:

Attivitajiet oħrajn tal-KESD jinkludu:

  • l-iżvilupp ta' sistemi ta' tagħlim b'distanza bbażati fuq il-web,
  • produzzjoni ta' materjal ta' taħriġ;
  • appoġġ ta' programmi ta' skambju bejn istituzzjonijiet ta' taħriġ; u
  • ġestjoni ta' taħriġ fil-qasam tal-prevenzjoni ta' kunflitti u ġestjoni ta' kriżijiet ċivili.

L-istruttura tal-KESD

  • 1.

    Kumitat ta' Tmexxija: li jinkludi rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE, huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali u direzzjoni tal-attivitajiet tal-KESD.

  • 2.

    Bord Akkademiku Eżekuttiv: jinkludi b'mod ewlieni lir-rappreżentanti anzjani minn istituzzjonijiet ċivili, diplomatiċi, tal-pulizija u militari. Huwa responsabbli għall-kwalità u l-koerenza tal-attivitajiet ta' taħriġ tal-KESD.

  • 3.

    Kap tal-KESD huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u l-amministrazjzoni tal-attivitajiet ta' taħriġ tal-KESD u għall-iffinanzjar u ġestjoni amministrattiva tal-KESD.

  • 4.

    Is-Segretarjat tal-KESD, li għandu jassisti lill-Kap tal-KESD fit-twettiq tad-dmirijiet.

Il-persunal tal-KESD jikkonsisti minn persunal sekondat lill-KESD mill-istituzzjonijiet tal-UE, is-SEAE u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll minn esperti nazzjonali sekondati mill-pajjiżi tal-UE.

Baġit

Il-KESD jirċievi kontribuzzjoni annwali mill-baġit tal-UE, kif ukoll kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għal attivitajiet ta' taħriġ tal-KESD. Xi fondi addizzjonali jiġu minn pajjiżi tal-UE u istituzzjonijiet jew donaturi oħrajn.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Hija tapplika mill-1 ta' April 2013.

SFOND

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża jipprovdi taħriġ dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-UE fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni. Huwa jiżviluppa fehim komuni tal-PSDK u jxerred l-aħjar prattika f'dan il-qasam.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK tat-22 ta' April 2013 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2008/550/PESK (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 22-29).

L-emendi sussegwenti għad-Deċiżjoni 2013/189/PESK ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 04.07.2016

Top