Eurojust
SOMMARJU TA’:
Ir-Regolament (UE) 2018/1727 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Rwol tal-Eurojust
- Abbażi tal-operazzjonijiet imwettqa u informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF), l-Eurojust jappoġġja u jsaħħaħ il-koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu (ara isfel), fejn dik il-kriminalità:
- jaffettwa żewġ jew tliet Stati Membri;
- taffettwa jew xi Stat Membru jew pajjiż mhux tal-UE jew xi Stat Membru u xi organizzazzjoni internazzjonali, diment li jkun sar xi ftehim jew arranġament ta’ kooperazzjoni ma’ dak il-pajjiż jew organizzazzjoni, jew li f’każ speċifiku jkun hemm interess essenzjali biex jipprovdu tali assistenza (konformi ma’ Regolament emendatorju (UE) 2023/2131); jew
- jeħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni.
- L-Eurojust twettaq il-kompiti tagħha fuq talba tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-UPPE fil-limiti tal-ġuriżdizzjoni tal-UPPE.
Il-kompiti operattivi ta’ Eurojust jinkludu:
- il-kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE dwar kwistjonijiet tal-ġuriżdizzjoni;
- il-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet kriminali;
- il-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE, kif ukoll ma’ networks stabbiliti fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;
- appoġġ għall-azzjoni tal-Istati Membri biex jiġġieldu forom serji ta’ kriminalità li fuqhom għandha awtorità legali (pereżempju attivitajiet li jinvolvu terroriżmu, ħasil tal-flus, traffikar tal-bnedmin, traffikar ta’ organi, drogi u traffikar ta’ armi tan-nar);
- tagħti appoġġ operattiv, tekniku u finanzjarju għall-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, fosthom it-timijiet ta’ investigazzjoni konġunta;
- tappoġġja l-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ġenoċidju, reati kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati, inkluż billi tippreserva, tanalizza u taħeż evidenza relatata ma’ dawk ir-reati u reati kriminali relatati, u tippermetti l-iskambju ta’ tali evidenza ma’ jew inkella tagħmilha disponibbli direttament għal awtoritajiet rilevanti nazzjonali u awtoritajiet ġudizzjarji, partikolarment il-Qorti Internazzjonali Kriminali
Kompetenza
- Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1727 jissettja l-forom serji ta’ kriminalità li huma taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Eurojust konformi ma’ Artikolu 3(1) tar-regolament.
- Meta l-UPPE jassumi l-kompiti ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni tiegħu, Eurojust mhux biss ser jeżerċita l-awtorità legali tiegħu għal kriminalità li fuqha l-UPPE jeżerċita l-awtorita tiegħu, ħlief:
- f’każijiet li jinvolvu l-Istati Membri li mhumiex qed jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE; u
- fuq talba ta’ dawk l-Istati Membri jew fuq talba tal-UPPE.
- Eurojust ser jeżerċita l-awtorità legali tiegħu għal kriminalità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE f’każijiet li jinvolvu l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa fuq it-twaqqif tal-UPPE, imma li fuqha l-UPPE m’għandux awtorità legali jew jiddeċiedi li ma jeżerċitahiex.
- L-Eurojust se tistabbilixxi u żżomm relazzjoni mill-qrib mal-UPPE bbażata fuq kooperazzjoni reċiproka fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom.
Struttura u organizzazzjoni
- L-Eurojust tinkludi:
- Il-mandat tal-membri nazzjonali u tad-deputati tagħhom huwa ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.
- Il-Kummissjoni hi rappreżentata sew fil-kulleġġ kif ukoll fuq il-Bord Eżekuttiv.
- Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Eurojust.
Ipproċessar ta’ data personali
- Ir-regoli aġġornati jqisu r-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE.
- L-Istati Memberi huma responsabbli għall-preċiżjoni tad-data li jittrasferixxu lill-Eurojust, għaż-żamma ta’ dik id-data aġġornata u għal-legalità tat-trażmissjoni tad-data lill-Eurojust.
- Eurojust hu responsabbli għall-akkuratezza tad-data pprovduta minn fornituri oħra tad-data jew li tirriżulta mill-analiżi tagħha stess jew il-ġbir tad-data, u biex iżżomm dik id-data aġġornata.
- L-Eurojust għandha tiżgura li d-data tiġi pproċessata b’mod ġust u legali, u li tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku.
- Suġġett tad-data (kwalunke persuna identifikata jew identifikabbli) għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għad-data personali operazzjonali dwaru li tiġi pproċessata mill-Eurojust.
Faċilità ta’ ħżin ċentrali
- Peress li evidenza relatata ma’ ġenoċidu, kriminalità kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati ma jistgħux ikunu maħżuna b’mod sikur fit-territorju fejn iseħħu l-ostilitajiet, bħal fl-Ukrajna fil-każ tal-aggressjoni militari kontinwa tar-Russja, Regolament emendatorju (UE) 2022/838 waqqaf ġestjoni awtomatika tad-data u faċilità ċentrali tal-ħażna għal tali evidenza.
- Minħabba n-natura sensittiva tad-data personali involuta, l-ipproċessar tagħha, inkluż il-ġbir, il-preservazzjoni, l-analiżi u l-iskambju, għandu jikkonforma mal-ogħla standards taċ-ċibersigurtà.
Skambju ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu
Regolament Emendatorju (UE) 2023/2131 jirrekjedi li Stati Membri jipprovdu lil Eurojust b’informazzjoni dwar kull investigazzjoni kriminali fir-rigward ta’ reati terroristiċi hekk kif tali każijiet ikunu referuti lill-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom.
- Dan joħloq kanal diġitali sikura ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u Eurojust.
- Hu jemenda r-regoli dwar proċessar tad-data fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tal-każ ta’ Eurojust, fejn id-data personali operattiva kollha hi maħżuna u kontroverifikata, biex tippermetti t-twaqqif ta’ infrastruttura teknika tal-ogħla livell.
- Hu jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ Eurojust bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali fil-qasam tat-terroriżmu u biex jinforma lill-Istati Membri dwar dawn ir-rabtiet.
- Hu jissimplifika l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE billi jagħti prosekutturi ta’ liason li jkunu sekondati għal Eurojust aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każ.
Kontroll demokratiku
- Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, l-attivitajiet tagħha se jiġu vvalutati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali.
Revoka
Ir-Regolament (UE) 2018/1727 jissostitwixxi d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
- Ir-Regolament (UE) 2018/1727 ilu japplika mit-12 ta’ Diċemru 2019.
- Regolament Emendatorju (UE) 2023/2131 ilu japplika mill-31 ta’ Ottubru 2023
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138–183).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/1727 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39–98).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.02.2024