Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbilità u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatat, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex jiġi żgurat iċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir assoċjati, u biex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni jkunu ċċertifikati.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex jiżgura li l-inġenji tal-ajru (u kwalunkwe komponent li għandu jiġi installat fihom u fuqhom) jibqgħu ajrunavigabbli.
  • Iż-żewġ regolamenti jittrattaw ċertifikati, approvazzjonijiet, liċenzji, awtorizzazzjonijiet, attestazzjonijiet jew dokumenti oħra maħruġa bħala r-riżultat ta’ ċertifikazzjoni li tiċċertifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. L-Agenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, stabbilita skont ir-Regolament (UE)2018/1139, tiżviluppa speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni* li jassikuraw li rekwiżiti tekniċi komuni jkunu applikati b’mod uniformi fil-qasam ta’ ajrunavigabbilità inizjali* ta’ partijiet u apparat ajrunawtiku.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012

Regolament (UE) Nru. 748/2012 jistipula regoli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbilità u ambjentali ta’ prodotti, partijiet u apparat tal-inġenji tal-ajru, inklużi kundizzjonijiet għal:

  • tip ta’ ċertifikati
  • iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà, permessi għat-titjir u ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat;
  • l-approvazzjonijiet tad-disinn tat-tiswija;
  • il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;
  • iċ-ċertifikati tal-ħoss;
  • l-identifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir;
  • iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet u tagħmir;
  • iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni;
  • id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà.

Ir-Regolament (KE) Nru 748/2012 ġie emendat bosta drabi. Ħafna minn dawn il-bidliet ġew inkorporati fil-verżjoni konsolidata tal-att. Sa mill-pubblikazzjoni tal-verżjoni konsolidata fis-sajf tal-2023, ġiet emendata aktar bl- atti delegatili ġejjin.

  • Regolament Delegat UE) 2024/1108 jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (droni) soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ara s-sommarju). Regolament (UE) 2024/1108 ser japplika mill-1 ta’ Mejju 2025
  • Regolament Delegat (UE) 2022/1645 jissettja regoli għall-applikazzjoni ta’ Regolament (UE) 2018/1139 (ara fuq) fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ġestjoni ta’ riskji dwar is-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjal fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għal organizzazzjonijiet koperti bir-Regolament (UE) Nru. 748/2012. Dawn jirrelataw ma’ organizzazzjonijiet relatati ma’ produzzjoni u disinn (barra dawk li huma involuti biss fid-disinn u/jew produzzjoni ta’ inġenju tal-ajru Ewropej ħfief ELA2) u ser japplikaw mis-16 ta’ Ottubru 2025

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014

Regolament (UE) Nru. 1321/2014 jissettja regoli u proċeduri tekniċi biex jassikuraw li inġenju tal-ajru, inkluż kull komponent għal installazzjoni ġo fihom jew fuqhom, ikomplu jkunu ajrunavigabbli. Dawn ir-regoli jkopru l-inġenji tal-ajru li huma:

  • reġistrati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE), sakemm is-sorveljanza tas-sikurezza tagħhom ma tkunx ġiet iddelegata lil pajjiż mhux tal-UE u ma jintużawx minn operatur tal-UE; jew
  • reġistrati f’pajjiż mhux tal-UE u jintużaw minn operatur tal-UE, fejn is-sorveljanza tas-sikurezza tagħhom tkun ġiet iddelegata lil Stat Membru tal-UE; jew
  • reġistrati ġo pajjiż mhux tal-UE fejn is-sorveljanza tas-sikurezza ma tkunx ġiet delegata lil xi Stat Membru u li jkunu mikrija mingħajr ekwipaġġ minn trasportatur tal-ajru liċensjat konformi ma’ Regolament (KE) Nru. 1008/2008 (ara s-sommarju).

B’regoli dettaljati deskritti f’diversi annessi, ir-regolament ikopri r-rekwiżiti u l-proċeduri għal:

  • ajrunavigabbilità kontinwa, inklużi regoli relatati mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-sorveljanza maħsuba minn Stati Membri;
  • manutenzjoni* approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet;
  • ir-rekwiżiti ta’ kwalifika u liċenzja tal-persunal li jiċċertifika;
  • l-approvazzjonijiet ta’organizzazzjonijiet tat-taħriġ inkluż għal taħriġ bażiku, taħriġ tat-tip, eżaminazzjonijiet, u l-kapaċità li jinħarġu ċertifikati tat-tip.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 ilu japplika mill-10 ta’ Settembru 2012. Huwa irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u l-emendi sussegwenti tiegħu.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ilu japplika mis-6 ta’ Jannar 2015.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni. Miżuri standard biex tintwera l-konformità ta’ prodotti jew partijiet mar-rekwiżiti essenzjali tar-Regolament (UE) 2018/1139.
Ajrunavigabbilità inizjali. Il-proċessi kollha li jassikuraw li, fi kwalunkwe ħin fil-ħajja ta’ ħidma tiegħu, inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbilità fis-seħħ u jkun f’kundizzjoni ta’ ħidma sikura.
Manutenzjoni. Kull wieħed jew kombinazzjoni tal-attivitajiet li ġejjin: tiġdid maġġuri, tiswija, spezzjoni, sostituzzjoni, modifika jew rettifika ta’ difetti ta’ inġenju tal-ajru jew komponent ta’ inġenju tal-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ spezzjoni ta’ qabel it-titjira.

DOKUMENTI EWLENIN

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbilità u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatat, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 224, 21.8.2012, pp. 1–85).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 748/2012 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014, dwar l-ajrunavigabbilità kontinwa ta’ inġenji tal-ajru u prodotti ajrunawtiċi, partijiet u apparat, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dawn il-kompiti (ĠU L 362 17.12.2014, pp. 1–194).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1108 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L., 2024/1108, 23.5.2024).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 (ĠU L 248, 26.9.2022, pp. 18–31).

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1–122).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operazzjoni ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, pp. 3–20).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 15.07.2024

Top