EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1702

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhomTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 243, 27.9.2003, p. 6–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 007 P. 456 - 529
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 012 P. 101 - 174
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 012 P. 101 - 174

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/09/2012; Imħassar b' 32012R0748

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1702/oj

32003R1702



Official Journal L 243 , 27/09/2003 P. 0006 - 0079


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

ta' l-24 ta' Settembru 2003

li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (EC) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni [1] (hawn aktar "l quddiem imsejjaħ" ir-Regolament bażiku, kif adattat bir-Regolament (KE) Nru 1701/2003 [2], u b'mod partikulari l-Artikoli 5 u 6 fih imsemmija,

Billi:

(1) Ir-regolament bażiku jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni essenzjali biex jipprovdi għal livell uniformi għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u protezzjoni ta' l-ambjent; huwa jitlob lill-Kummissjoni biex biex tadotta r-regoli meħtieġa biex jimplimentawh sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom; huwa jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (hawn aktar ‘l quddiem imsejjħa "l-Aġenzija") biex tassisti l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' l-imsemmija regoli ta' implimentazzjoni.

(2) Ir-rekwiżiti eżistenti ta' l-avjazzjoni fil-qasam ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2871/2000 [4], ser jitħassar b'effett mit-28 ta' Settembru 2003.

(3) Huwa meħtieġ li jiġu addottati rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex jiżguraw l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-kompatibilità ambjentali tal-prodotti, bċejjeċ u apparati aeronawtiċi, suġġett għar-Regolament bażiku; dawn ir-rekwiżiti u proċeduri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, manteniment, tibdil, sospensjoni jew revoka taċ-ċertifikati relattivi.

(4) L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u produzzjoni tal-prodotti, bċejjeċ u apparat għandhom jintalbu biex ikunu konformi ma' ċerti rekwiżiti tekniċi sabiex juru l-kapaċità u l-meżżi tagħhom biex jaqdu dmirijiethom u l-privileġġi magħhom assoċjati; il-Kummissjoni hija mitluba taddotta miżuri u tistabbilixxi kondizzjonijiet għall-ħruġ, mantniment, tibdil, sospensjoni jew revoka taċ-ċertifikati li jagħtu xhieda ta' dik il-konformità.

(5) Fl-addozzjoni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' kriterji essenzjali komuni fil-qasam ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, l-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li dawn ikunu jirriflettu l-istat ta' l-arti u l-aqwa prattiċi, meta jkunu konsidrati l-esperjenza ta' l-avjazzjoni fid-dinja u l-progress xjentifiku u tekniku, filwaqt li tippermetti li jkun hemm reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' inċidenti serji.

(6) Il-bżonn li biex tkun żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni ta' kriterji komuni dwar l-adegwità ambjentali u ta' l-avjazzjoni għall-prodotti, partijiet u tagħmir aeronawtiku jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jsegwu proċeduri komuni u, fejn ikun japplika, l-Aġenzija trid teżamina l-konformità ma' dawn il-kriterji; l-Aġenzija għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, kif ukoll materjal ta' gwida biex jiffaċilita l-uniformità regolatorja meħtieġa.

(7) Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jkun hemm transizzjoni bla xkiel għall-qafas regolatorju ġdid ta' l-Aġenzija li għandu jiżgura li jkun hemm livell għoli u uniformi ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fil-Komunità; huwa meħtieġ li jkun hemm żmien biżżejjed għall-industrija ta' l-avjazzjoni u għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri biex dawn jikkonformaw ruħhom ma' dan il-qafas ġdid u li jagħrfu l-issoktar tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, f'konformità ma' l-Artikolu 57 tar-Regolament bażiku.

(8) Il-miżuri li hemm f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni li tat l-Aġenzija [5] f'konformità ma' l-Artikoli 12(2)(b) u 14(1) tar-Regolament bażiku.

(9) Il-miżuri li hemm f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (AESA) stabbilita bl-Artikolu 54(3) tar-Regolament bażiku,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f'konformità ma' l-Artikolu 5(4) u 6(3) tar-Regolament bażiku, kriterji tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex tkun ċertifikata l-adegwità għall-ajru u dik ambjentali ta' prodotti, partijiet u tagħmir. Dawn għandhom jispeċifikaw:

(a) il-ħruġ ta' ċertifikati tat-tip, ċertifikati ristretti tat-tip, ċertifikati supplementari tat-tip u tibdiliet għal dawk iċ-ċertifikati;

(b) il-ħruġ ta' ċertifikati ta' l-adegwità għall-ajru, ċertifikati ristretti ta' l-adegwità għall-ajru, permessi tat-titjir u ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat;

(ċ) il-ħruġ ta' approvazzjonijiet ta' disinji ta' tiswija;

(d) it-turija tal-konformità mal-kriterji tal-protezzjoni ta' l-ambjent;

(e) il-ħruġ ta' ċertifikati tal-ħoss;

(f) l-identifikazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir;

(g) iċ-ċertifikazzjoni ta' ċerti partijiet u tagħmir;

(h) iċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-produzzjoni;

(i) il-ħruġ ta' direttivi ta' l-adegwità għall-ajru.

2. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw:

(a) "JAA" - tfisser "Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti".

(b) "JAR" - tfisser "Rekwiżiti ta' l-Avjazzjoni Konġunti".

(c) Il-"Parti 21" tfisser il-kriterji u proċeduri li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta' ajruplani u prodotti, partijiet u tagħmir relatat, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-disinn u l-produzzjoni annessi ma' dan ir-Regolament.

(d) Il-"Parti M" tfisser il-kriterji applikabbli ta' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, addottati f'konformità mar-Regolament bażiku.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir

1. Il-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir għandhom ikunu ġew ċertifikati kif imfisser fil-Parti 21.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, ajruplani, inklużi kwalunkwe prodott, partijiet u tagħmir, li ma jkunux ġew reġistrati fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet H u I tal-Parti 21.

3. Fejn għandu x'jaqsam prodott li nħariġlu ċ-ċertifikat tat-tip qabel it-28 ta' Settembru 2003 min xi Stat Membru, d-dispożizzjonjijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw:

(a) Prodott bħal dan għandu jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ f'konformità ma' dan ir-Regolament meta:

(i) il-bażi taċ-ċertifikat tat-tip hija:

- l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta' l-JAA, għall-prodotti li jkunu ġew ċertifikati taħt il-proċeduri ta' l-JAA, kif definit fl-iskeda informattiva tagħhom maħruġ mill-JAA, jew

- għal prodotti oħra, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kif definit fl-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip ta' l-Istat li jkun għamel id-disinn, jekk dak l-Istat ikun:

- Stat Membru, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, meta tqis, b'mod partikulari, l-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni użati u l-esperjenza tas-servizz, li din il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip ma tipprovdix għal livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ bir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament; jew

- Stat li miegħu Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim ta' adegwità ta' l-avjazzjoni bilaterali, jew inkella xi ftehim simili, u li taħtu dawn il-prodotti jkunu ġew ċertifikati fuq il-bażi ta' l-Istat li jkun għamel il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tad-disinn. Dan sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax li dawn il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jew l-esperjenza tas-servizz jew inkella s-sistema ta' sigurtà ta' dak l-Istat tad-disinn ma jkunux jipprovdu livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ bir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament;

- L-Aġenzija għandha tagħmel l-ewwel evalwazzjoni ta' l-implikazzjoni ta' dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija fuq, bil-ħsieb li din tagħti opinjoni lill-Kummissjoni, inklużi emendi possibbli għar-Regolament preżenti.

(ii) il-kriterji tal-protezzjoni ambjentali huma dawk stabbiliti fl-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli għall-prodott;

(iii) id-direttivi applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni huma dawk ta' l-Istat li jagħmel id-disinn.

(b) Id-disinn ta' ajruplan individwali, li jkun fir-reġistru ta' Stat Membru qabel it-28 ta' Settembru 2003, għandu jitqies li jkun ġie approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament meta:

(i) id-disinn tat-tip bażiku tiegħu jkun parti miċ-ċertifikat tat-tip imsemmi fil-paragrafu (a);

(ii) it-tibdiliet kollha fid-disinn tat-tip bażiku, li ma jkunux taħt ir-responsabbiltà tas-sid taċ-ċertifikat tat-tip, ikunu ġew approvati; u

(iii) d-direttivi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni maħruġa jew addottati mill-Istat Membru li qed jirreġistra qabel it-28 ta' Settembru 2003 iridu jkunu osservati, inklużi kwalunkwe varjazzjonijiet li jkun hemm fid-direttivi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' l-Istat tad-disinn li dwarhom ikun sar ftehim mill-Istat Membru li qed jirreġistra.

(ċ) L-Aġenzija għandha tiddetermina ċ-ċertifikat tat-tip tal-prodotti li ma jilħqux il-paragrafu (a) qabel it-28 ta' Marzu 2007.

(d) L-Aġenzija għandha tiddetermina l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-ħoss għall-prodotti kollha koperti bil-paragrafu (a) qabel it-28 ta' Marzu 2007. Qabel din id-determinazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati tal-ħoss f'konformità mar-regolamenti nazzjonali applikabbli.

4. Dwar il-prodotti li dwarhom ikun għaddej proċess ta' ċertifikazzjoni tat-tip permezz ta' l-JAA jew ta' Stat Membru fit-28 ta' Settembru 2003:

(a) jekk prodott ikun taħt ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, l-aktar proġett avanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 21A.15(a), (b) u (ċ) tal-Parti 21 m'għandhomx japplikaw;

(ċ) b'deroga mill-21A.17(a) tal-Parti 21, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, mill-Istat Membru fid-data ta' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni;

(d) it-tisjib għall-konformità magħmul taħt il-proċeduri ta' l-JAA jew ta' Stat Membru għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan li din ikun konformi ma' 21A.20(a) u (b) tal-Parti 21;

5. Dwar il-prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew ekwivalenti, u li dwarhom il-proċess ta' approvazzjoni li jkun qed isir minn Stat Membru ma jkunx ġie finalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip li jkun ġie stabbilit bħala wieħed konformi ma' dan ir-Regolament:

(a) jekk ikun qed isir proċess ta' approvazzjoni minn diversi Stati Membri, l-aktar proġett avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 21A.93 tal-Parti 21 ma tapplikax;

(ċ) il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għandha tiġi stabbilita mill-JAA jew, fejn japplika, mill-Istat Membru fid-data ta' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tibdil;

(d) it-tisjib għall-konformità magħmul taħt proċeduri ta' JAA jew Stat Membru għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan li din tkun konformi ma' 21A.103(a)(2) u (b) tal-Parti 21.

6. Dwar iċ-ċertifikati supplementari tat-tip li fuqhom ikun għaddej proċess ta' ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta' Settembru 2003 taħt il-proċeduri applikabbli ta' l-JAA; u dwar tibdil maġġuri fil-prodotti, propost minn persuni għajr is-sid taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, u li fuqu jkun għaddej proċess ta' ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta' Settembru 2003 taħt il-proċeduri nazzjonali applikabbli:

(a) jekk il-proċess ta' ċertifikazzjoni jkun qed isir minn diversi Stati Membri, l-aktar proġett avanzat għandu jitqies bħala referenza;

(b) 21A.113 (a) u (b) tal-Parti 21 ma jappiklawx;

(ċ) il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandha tkun stabbilita mill-JAA jew, fejn japplika, mill-Istat Membru fid-data ta' l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat supplementari tat-tip jew għall-approvazzjoni tat-tibdil maġġuri;

(d) it-tisjib għall-konformità magħmul taħt il-proċeduri ta' l-JAA jew xi Stat Membru għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan ta' konformità ma' 21A.115(a) tal-Parti 21.

7. Fejn għandhom x'jaqsmu l-prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti, u li għalih il-proċess ta' approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri li jkun sar minn Stat Membru ma jkunx ġie finalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip ikun sar f'konformità ma' dan ir-Regolament, it-tisjib għall-konformità li jkun sar taħt il-proċeduri ta' l-JAA jew xi Stat Membru għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan ta' konformità ma' 21A.433(a) tal-Parti 21.

8. Dwar il-partijiet u t-tagħmir li għalihom ikun għaddej proċess ta' approvazzjoni jew awtorizzazzjoni minn xi Stat Membru fit-28 ta' Settembru:

(a) jekk il-proċess ta' awtorizzazzjoni ikun qed isir minn diversi Stati Membri, l-aktar proġett avanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 21A.603 tal-Parti 21 ma tapplikax;

(ċ) il-kriterji ta' informazzjoni applikabbli taħt 21A.605 tal-Parti 21 għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Istat Membru relevanti, fid-data ta' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni;

(d) it-tisjib għall-konformità li jkun sar mill-Istat Membru relevanti għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan ta' konformità ma' 21A.606(b) tal-Parti 21.

9. Ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni maħruġ minn Stat Membru li jiddikjara l-konformità ma' ċertifikat tat-tip magħmul f'konformità mal-paragrafu 3, għandu jitqies konformi ma' dan ir-Regolament.

10. Jekk ikun hemm xi deċiżjoni ta' l-Aġenzija li tkun għadha pendenti taħt il-punt (ċ) tal-paragrafu 3, it-tipi ta' ajruplani li jkunu ġew awtorizzati jtiru minn Stat Membru qabel it-28 ta' Settembru 2003 u li ma jistax jinħarġilhom ċertifikat tat-tip f'konformità mal-paragrafu 3, għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbilità ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġew reġistrati, taħt ir-regolamenti nazzjonali applikabbli.

11. Sat-28 ta' Marzu 2007, l-Istati Membri għandhom ikunu għamlu t-tisjib biex jiżguraw li r-restrizzjonijiet ta' l-ajruplani, f'każ li dawn ikunu jmorru 'l hinn mill-kriterji essenzjali, jkunu jippermettu li l-ajruplani jagħmlu titjira bażika mingħajr periklu. F'każ bħal dan, il-permessi għat-titjir irid ikollhom limitazzjoni għall-użu fl-ispazju ta' l-ajru ta' l-Istat Membru, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun qed toħroġ il-permess. Titjiriet barra dan l-ispazju ta' l-ajru għandu jkollhom validità tal-permess mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati konċernati.

Sat-28 ta' Marzu 2007, ajruplani li jkunu ġew awtorizzati minn Stat Membru biex itiru qabel it-28 ta' Settembru 2003 mingħajr ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jistgħu jibqgħu taħt ir-responsabbilità ta' l-Istat Membru taħt ir-regolamenti nazzjonali applikabbli. Dawn l-ajruplani għandhom itiru biss fl-ispazju ta' l-ajru ta' l-Istat Membru relevanti. Titjiriet barra minn dan l-ispazju ta' l-ajru ikun jeħtieġ il-permess ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat konċernat.

12. Fejn issir referenza fil-Parti 21 biex ikunu applikati u/jew ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti M, u l-Parti M ma tkunx fis-seħħ, ir-regoli relevanti nazzjonali għandhom japplikaw minflok.

13. L-approvazzjonijiet ta' partijiet u tagħmir maħruġa minn Stat Membru u li jkunu validi fit-28 ta' Settembru 2003 għandhom jitqiesu li jkunu ħarġu f'konformità ma' dan ir-Regolament.

14. Dwar iċ-ċertifikati tat-tip maħruġa minn Stat Membru taħt il-proċeduri ta' l-JAA jew il-proċeduri nazzjonali applikabbli, u dwar it-tibdil fil-prodotti propost minn persuni għajr is-sid taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, approvat minn xi Stat Membru taħt il-proċeduri nazzjonali applikabbli, fejn iċ-ċertifikat supplementari tat-tip, jew it-tibdil, ikun validu fit-28 ta' Settembru 2003, iċ-ċertifikat supplementari tat-tip, jew it-tibdil, għandu jitqies li jkun inħareġ taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Organizzazzjonijiet tad-Disinn

1. Organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta' prodotti, partijiet u tagħmir, jew mit-tibdil jew tiswijiet ta' dawn, għandha turi l-kapaċità tagħha f'konformità mal-Parti 21.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, organizzazzjoni li l-post ewlieni tagħha tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, tista' turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom din tkun qed tapplika, sakemm:

(a) l-Istat ikun l-Istat tad-disinn; u

(b) l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta' dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta' verifika ta' konformità kif kontemplat minn dan ir-Regolament, jew permezz ta' sistema ekwivalenti ta' approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet, jew permezz ta' l-involviment dirett ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat.

3. L-approvazzjonijiet għal organizzazzjonijiet tad-disinn maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f'konformità mal-kriterji u l-proċeduri ta' l-JAA u validi qabel it-28 ta' Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma' dan ir-Regolament. F' dan il-każ, il-perjodu għall-għeluq tat-tisjib tat-tieni livell, li hemm imsemmi fis-Subparti J tal-Parti 21, m'għandux ikun itwal minn sena meta dak it-tisjib ikun marbut ma' differenzi fil-JAR.

4. Organizzazzjoni tad-disinn b'ċertifikat tat-tip li iżda fit-28 ta' Settembru 2003 ma jkollhiex l-approvazzjoni xierqa maħruġa taħt il-proċeduri applikabbli ta' l-JAA, għandha turi l-kapaċità tagħha taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi 21A.14 tal-Parti 21 qabel it-28 ta' Settembru 2005.

5. Organizzazzjoni, meta tkun l-applikant għal ċertifikat supplementari tat-tip, jew għall-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri jew għall-approvazzjoni ta' disinn ta' Unit ta' Qawwa Awżiljarja li fit-28 ta' Settembru 2003 ma jkollhiex l-approvazzjoni

6. Dwar organizzazzjonijiet li dwarhom ikun għaddej proċess minn xi Stat Membru fuq l-approvazzjoni tagħhom fit-28 ta' Settembru 2003 taħt il-proċeduri applikabbli ta' l-JAA:

1. 21A.134 tal-Parti 21 ma tapplikax;

2. it-tisjib tal-konformità li jkun sar taħt il-proċeduri ta' l-JAA għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan ta' konformità ma' 21A.145 tal-Parti 21.

Artikolu 4

Organizzazzjonijiet tal-Produzzjoni

1. Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandha turi l-kapaċità f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti 21.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, manifattur li l-post ewlieni tiegħu tan-negozju m'huwiex fi Stat Membru, jista' juri l-kapaċità ta' l-organizzazzjoni billi dan ikollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, partijiet u tagħmir li għalih dan ikun qed japplika, sakemm:

(a) l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura; u

(b) l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta' dak l-Istat tkun tinkludi l-istess l-livell indipendenti ta' verifika ta' konformità kif hemm f'dan ir-Regolament, jew permezz ta' sistema ekwivalenti ta' approvazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet, jew inkella permezz ta' l-involviment dirett ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat.

3. Approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f'konformità mal-kriterji u l-proċeduri ta' l-JAA, u li kienu validi qabel it-28 ta' Settembru 2003, għandhom jitqiesu bħala konformi ma' dan ir-Regolament. F'każ bħal dan, il-perjodu għall-għeluq tat-tisjib tat-tieni livell, kif hemm imsemmi fis-Sotto-parti Ġ tal-Parti 21, m'għandux ikun itwal minn sena meta dak it-tisjib ikun marbut ma' differenzi mal-JAR li kienu applikabbli qabel.

4. Organizzazzjoni għandha turi l-kapaċità tagħha taħt dan ir-Regolament qabel it-28 ta' Settembru 2005.

5. Sakemm organizzazzjoni tkun uriet il-kapaċità tagħha taħt is-Sotto-partijiet F u Ġ tal-Parti 21, id-dikjarazzjonijiet tal-konformità u ċ-ċertifikati awtorizatti tar-rilaxx maħruġa minn dik l-organizzazzjoni taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli, għandhom jitqiesu li jkunu ħarġu taħt dan ir-Regolament.

6. Dwar organizzazzjonijiet li għalihom il-proċess ta' approvazzjoni jkun għaddej minn xi Stat Membru fit-28 ta' Settembru 2003 taħt il-proċeduri applikabbli ta' l-JAA:

(a) 21A.234 tal-Parti 21 ma tapplikax;

(b) it-tisjib ta' konformità magħmul taħt il-proċeduri ta' l-JAA għandu jitqies li jkun sar mill-Aġenzija għall-għan ta' konformità ma' 21A.245 tal-Parti 21.

Artikolu 5

Id-Dħul fis-Seħħ

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2003, barra 21A.804(a)(3) tal-Parti 21 li għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Marzu 2004 u s-Sotto-parti H tal-Parti 21 li għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2004.

2. B'deroga minn 21A.159 tal-Parti 21, l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal perjodu limitat sat-28 ta' Settembru 2005.

3. B'deroga minn 21A.181 tal-Parti 21, l-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati għal perjodu limitat sat-28 ta' Settembru 2008.

4. Meta Stat Membru jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, dan għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

5. L-Aġenzija għandha tagħmel, fi żmien mistenni, evalwazzjoni ta' l-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fuq kemm għandha ddum il-validità ta' l-approvazzjonijiet, bil-ħsieb li din tagħti opinjoni lill-Kummissjoni, inklużi xi emendi possibbli fih.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1.

[2] ĠU L 243, tas-27.9.2003, p. 5.

[3] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4.

[4] ĠU L 333, tat-23.12.2000, p. 47.

[5] 1.9.2003.

--------------------------------------------------

ANNESS

PARTI 21

Werrej (fid-dettal)

21.1 Ġenerali

Għall-għan ta' din il-Parti, 'l-Awtorità Kompetenti' għandha tkun:

(a) għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru; jew l-Aġenzija jekk ikun mitlub hekk mill-Istat Membru; jew

(b) għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat li mhux membru, l-Aġenzija.

TAQSIMA A

KRITERJI GĦALL-APPLIKANTI U D-DRITTIJIET U L-OBBLIGI MIKSUBA

SUB-PARTI A - ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21A.1 Il-Għan

Din it-Taqsima tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta mad-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikant għal, u ta' okkupant ta', kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li se jinħareġ f'konformità ma' din it-Taqsima.

21A.2 L-Intrigu minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew l-okkupant ta', ċertifikat

L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li jsiru kif suppost minn xi ħadd li għandu, jew qed japplika għal, ċertifikat għal xi prodott, partijiet jew tagħmir taħt din it-Taqsima, jistgħu jittieħdu f'ismu minn kwalunkwe persuna oħra, naturali jew legali, sakemm l-okkupant, jew l-applikant, ta' dak iċ-ċertifikat ikun jista' juri li dan ikun għamel ftehim mal-persuna l-oħra biex ikun żgurat li l-obbligi ta' min għandu ċ-ċertifikat ikunu ġew esegwiti kif suppost.

21A.3 Ħsarat, nuqqas ta' funzjonar u difetti

(a) Sistema ta' Ġbir, Investigazzjoni u Analiżi ta' l-Informazzjoni. L-okkupant ta' ċertifikat tat-tip, ta' ċertifikat ristrett tat-tip, ta' ċertifikat supplementari tat-tip, ta' awtorizzazzjoni ta' Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (ETSO), ta' approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jkollu sistema biex jiġbor, jinvestiga u janalizza rapporti ta' informazzjoni marbuta ma' ħsarat, nuqqas ta' funzjonar, difetti jew ħsarat oħra li jikkawżaw, jew jistgħu jikkawżaw, effetti kuntrarji fuq l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott, partijiet jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat ristrett tat-tip, iċ-ċertifikat supplementari tat-tip, l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, l-approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament. L-informazzjoni fuq din is-sistema għandha tkun disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, partijiet u tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt Regolamenti ta' implimentazzjoni assoċjati oħra.

(b) Ir-Rappurtar lill-Aġenzija.

1. L-okkupant ta' ċertifikat tat-tip, ta' ċertifikat ristrett tat-tip, ta' ċertifikat supplementari tat-tip, ta' awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, ta' approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe ħsara, nuqqas ta' funzjonar, difett jew okkorrenza oħra li huwa jkun jaf li għandu x'jaqsam mal-prodott, partijiet, jew tagħmir kopert minn ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip, ċertifikat supplementari tat-tip, awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri jew minn kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, u li dan ikun irriżulta, jew jista' jirriżulta, f'kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà.

2. Dawn ir-rapporti għandhom isiru f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, b'mod prattiku kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ dawn għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-kondizzjoni tan-nuqqas ta' sigurtà, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi straordinarji li ma jkunux jippermettu dan.

(ċ) L-Investigazzjoni ta' Okkorrenzi Rappurtati

1. Meta okkorrenza rappurtata taħt il-paragrafu (b), jew taħt 21A.129(f)(2) jew 21A.165(f)(2) tkun ġejja minn defiċjenza fid-disinn, jew minn defiċjenza fil-manifattura, l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat ristrett tat-tip, taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, ta' l-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri, ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun ħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella il-manifattur, għandu jinvestiga r-raġuni għad-defiċjenza u għandu wkoll jirrapporta lill-Aġenzija r-riżultati ta' l-investigazzjoni tiegħu u dwar kwalunkwe azzjoni dan ikun qed jieħu, jew li qed jipproponi li jieħu, biex isewwi dik id-defiċjenza.

2. Jekk l-Aġenzija ssib li azzjoni tkun meħtieġa biex tissewwa d-defiċjenza, l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat ristrett tat-tip, taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, ta' l-approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri, ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella l-manifattur, għandu jissottometti l-informazzjoni relevanti lill-Aġenzija.

21A.3B Id-Direttivi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) Direttiva ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tfisser dokument maħruġ jew addottat mill-Aġenzija li jagħmel b'mod mandatorju azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq ajruplani biex dawn jerġgħu lura għal livell aċċettabbli ta' sigurtà, meta l-evidenza kollha tkun turi li l-livell ta' sigurtà ta' dawn l-ajruplani tkun tista' tiġi aġġustata mod ieħor.

(b) l-Aġenzija għandha toħroġ direttiva ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni meta:

1. tkun ġiet stabbilita mill-Aġenzija kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà fl-ajruplan, u dan bħala riżultat ta' defiċjenza fl-ajruplan, jew fil-magna, fl-iskrejjen, fil-partijiet jew fit-tagħmir installat fuq dawn l-ajruplani; u

2. ikun jidher li dik il-kondizzjoni tkun tista' teżisti jew tiżviluppa f'ajruplani oħra.

(ċ) Meta direttiva ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jkollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu (b), jew biex din tagħmel talba biex issir spezzjoni, l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat ristrett tat-tip, taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, ta' l-approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri, ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu:

1. Jipproponi l-azzjoni xierqa ta' korrezzjoni jew spezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta' dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni.

2. Wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-proposti msemmija taħt is-subparagarfu (1), dan għandu jagħmel disponibbli lill-operaturi jew lis-sidien magħrufa kollha tal-prodott, partijiet u tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna meħtieġa li tkun konformi mad-direttiva ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, l-informazzjoni deskrittiva xierqa kif ukoll l-istruzzjonijiet ta' l-eżekuzzjoni.

(d) Direttiva ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandu jkollha minn ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. Identifikazzjoni tal-kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà;

2. Identifikazzjoni ta' l-ajruplan affettwat;

3. L-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4. Iż-żmien ta' konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5. Id-data tad-dħul fis-seħħ.

21A.4 Il-Ko-ordinament bejn id-disinn u l-produzzjoni

Kull okkupant ta' ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip, ċertifikat supplementari tat-tip, awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, approvazzjoni ta' tibdil fid-disinn tat-tip jew approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija, irid jikkollabora ma' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikun żgurat:

(a) Il-ko-ordinament tajjeb tad-disinn u l-produzzjoni meħtieġa b'21A.122 jew 21A.133 jew 21A.165(ċ)(2), skond kif japplika, u

(b) l-appoġġ proprju ta' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott, partijiet jew tagħmir.

SUB-PARTI B - ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAT-TIP

21A.11 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikati tat-tip għall-prodotti u ċertifikati ristretti tat-tip għall-ajruplani, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikanti għal, jew l-okkupant ta', dawk iċ-ċertifikati.

21A.13 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha f'konformità ma' 21A.14, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-Sub-parti.

21A.14 It-Turija tal-kapaċità

(a) Kwalunkwe organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat ristrett tat-tip għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha għandha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f'konformità mas-Sub-parti H.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista' jagħmel ftehim ma' l-Aġenzija għall-użu ta' proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi, ir-riżorsi u s-sekwenza ta' attivitajiet ta' disinn speċifiku, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din il-Parti, meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Ajruplan ħafif ħafna jew ajruplan bir-rotors, glider jew glider bil-mutur, ballun ta' l-ajru, airship li jaħdem b'arja sħuna; jew

2. Ajruplan żgħir li jilħaq dawn l-elementi kollha:

(i) Magna b'pistin wieħed, aspirata b'mod naturali, ta' mhux aktar minn 250 hp ta' Qawwa Massima ta' Tlugħ (QMT);

(ii) Konfigurazzjoni konvenzjonali;

(iii) Materjal u struttura konvenzjonali;

(iv) Titjiriet taħt VFR, barra kondizzjonijiet ta' silġ;

(v) Massimu ta' 4 siġġijiet inkluż il-pilota u massa massima ta' tlugħ limitata għal 30001b. (1361 kg);

(vi) Kabina mhux ippressata;

(vii) Kontrolli li ma jaħdmux bil-qawwa;

(viii) Titjiriet aerobatiċi bażiċi limitati għal + 6/−3g; jew

3. Magna bil-pistin; jew

4. Magna jew skrun li jkollhom ċertifikat tat-tip taħt il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli għal gliders bil-mutur; jew

5. Skrun fiss jew varjabbli bis-snien ta' l-ingranaġġ.

21A.15 L-Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip għandha ssir f'forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija.

(b) L-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip ta' ajruplan għandha tkun akkumpanjata minn disinn tridimensjonali ta' dak l-ajruplan, kif ukoll minn informazzjoni bażika preliminari, inklużi l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim.

(ċ) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip ta' magna jew skrun għandha tkun akkumpanjata minn disinn ta' arranġament ġenerali, minn deskrizzjoni tat-tifsila tad-disinn, mill-karatteristiċi tat-tħaddim, u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim proposti, tal-magna jew l-iskrun.

21A.16A Il-Kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

L-Aġenzija għandha toħroġ f'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku ġabra ta' kodiċi ta' adegwità ta' l-avjazzjoni bħala mezz standard biex ikun hemm konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir mal-kriterji essenzjali ta' l-Anness I għar-Regolament bażiku. Dawn il-kodiċi għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi b'mod suffiċjenti biex juru lill-applikant il-kondizzjonijiet li taħthom jinħarġu ċ-ċertifikati.

21A.16B Kondizzjonijiet speċjali

(a) L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa kondizzjonijiet speċjali, għal prodott, jekk il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni relatat ma jkunx fiħ standards ta' sigurtà adegwati u xierqa għall-prodott, jew għax:

1. Il-prodott, b'rabta mal-prattiċi tad-disinn li fuqhom il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli jkun ibbażat, ikollu karatterisitiċi ta' disinn ġodda jew mhux tas-soltu; jew

2. L-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3. L-esperjenza minn prodotti simili oħra fis-servizz jew minn prodotti li jkollhom karatterisitiċi tad-disinn simili, tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw xi kondizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà.

(b) Il-kondizzjonijiet speċjali jkollhom dawn l-istandards ta' sigurtà peress li l-Aġenzija tara bħala meħtieġ li tistabbilixxi livell ta' sigurtà li jkun ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

21A.17 Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip

(a) Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip li għandha tiġi mħabbra għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip għandha tkun tikkonsisti minn dan li ġej:

1. Il-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli stabbilit mill-Aġenzija u li dan ikun effettiv fid-data ta' l-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat sakemm:

(i) Ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija; jew

(ii) Il-konformità ma' emendi li jsiru effettivi aktar tard ma jkunux ġew magħżula mill-applikant jew meħtieġa taħt il-paragrafi (ċ) u (d).

2. Kwalunkwe kondizzjoni speċjali preskritta f'konformità ma' 21A.16B(a).

(b) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għal ajruplani kbar u ajruplani kbar bir-rotors tkun effettiva għal ħames snin, waqt li applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip ieħor tkun effettiva għal tliet snin. Dan sakemm l-applikant ma jurix fiż-żmien ta' l-applikazzjoni li l-prodott tiegħu ikun jeħtieġ perjodu ta' żmien itwal għad-disinn, l-iżvilupp, u l-ittestjar, u l-Aġenzija ma tkunx approvat perjodu itwal ta' żmien.

(ċ) Fil-każ fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip, jew ikun ċar li ċ-ċertifikat tat-tip ma jkunx se jinħareġ, fil-limitu ta' żmien stabbilit taħt il-paragrafu (b), l-applikant jista':

1. Jagħmel applikazzjoni ġdida għaċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-paragrafu (a) marbuta ma' applikazzjoni oriġinali; jew

2. Japplika għal estensjoni ta' l-applikazzjoni oriġinali u jikkonforma mal-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli li kienu effettivi f'data, li għandha tingħażel mill-applikant, mhux qabel id-data li tippreċedi d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tat-tip bil-limitu taż-żmien stabbilit taħt il-paragrafu (b) għall-applikazzjoni oriġinali.

(d) Jekk l-applikant jagħżel li jikkonforma ma' emenda fil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li tkun effettiva wara l-preżentazzjoni uffiċjali ta' l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip, huwa għandu wkoll jikkonforma ma' kwalunkwe emenda oħra li l-Aġenzija tara bħala relatata b'mod dirett.

21A.18 L-Għażla ta' kriterji għall-protezzjoni ambjentali applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

(a) Il-kriterji tal-ħoss li huma applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip għal ajruplan huma preskritti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitlu 1 ta' l-Anness 16, Volum I, Parti II għall-Konvenzjoni ta' Chicago u:

1. għal ajruplani ġett subsoniċi, fil-Volum I, Parti II, Kapitli 2, 3 u 4, kif japplika;

2. għal ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Volum I, Parti II, il-Kapitli 3, 4, 5, 6 u 10, kif japplika;

3. għal elikotteri, fil-Volum I, Parti II, Kapitli 8 u 11, kif japplika; u

4. għal ajruplani supersoniċi, fil-Volum I, Parti II, Kapitlu 12, kif japplika.

(b) Il-kriterji ta' emissjoni li huma applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip għall-ajruplani u l-magni huma preskritti fl-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta' Chicago:

1. għall-prevenzjoni ta' vventjar intenzjonali għall-fuel, fil-Volum II, Parti II, Kapitlu 2;

2. għall-emissjonijiet ta' magni turbo-ġett u turbofan maħsuba biss għall-propulsjoni f'veloċitajiet subsoniċi, fil-Volum II, Parti III, Kapitlu 2; u

3. għall-emissjonijiet ta' magni turbo-ġett u turbofan maħsuba biss għall-propulsjoni f'veloċitajiet supersoniċi, fil-Volum II, Parti III, Kapitlu 3.

(ċ) L-Aġenzija għandha toħroġ, f'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li jwasslu biex ikun hemm mezzi aċċettabbli għat-turija ta' konformità mal-kriterji tal-ħoss u l-emissjoni li hemm stabbiliti fil-paragrafi (a) u (b) rispettivament.

21A.19 It-Tibdil li jkun jeħtieġ ċertifikat tat-tip ġdid

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tipproponi tibdil fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdil fid-disinn, il-qawwa, l-propulsjoni, jew il-massa ikun tant estensiv, li investigazzjoni ta' konformità mal-bażi ta' ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, kompluta b'mod sostanzjali, tkun verament waħda meħtieġa.

21A.20 Il-Konformità mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali

(a) L-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat ristrett tat-tip għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif ukoll mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali. Dan għandu jipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi li permezz tagħhom tkun tista' tintwera din il-konformità.

(b) L-applikant għandu jiddikjara li huwa jkun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u l-kriterji kollha tal-protezzjoni ambjentali.

(ċ) Fejn l-applikant ikollu l-approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-paragrafu (b) għandha ssir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Ħ.

21A.21 Il-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip ta' prodott maħruġ mill-Aġenzija wara:

(a) li jkun wera l-kapaċità tiegħu f'konformità ma' 21A.14;

(b) li jkun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija f'21A.20(b); u

(ċ) ikun wera li:

1. Il-prodott li jkun se jiġi ċertifikat ikun jilħaq il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif ukoll il-kriterji tal-protezzjoni ambjentali magħżulha f'konformità ma' 21A.17 u 21A.18;

2. Kwalunkwe dispożizzjonijiet ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li ma jkunx hemm konformità magħhom ikunu kompensati minn fatturi li jwasslu biex ikun hemm livell ekwivalenti ta' sigurtà;

3. L-ebda karatteristika ma tkun toħloq nuqqas ta' sigurtà għall-użu li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni; u

4. L-applikant għaċ-ċertifikat tat-tip ikun iddikjara espressament li huwa verament lest li jikkonforma ma' 21A.44.

(d) Fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ta' ajruplan, il-magna jew l-iskrun, jew it-tnejn, jekk dawn ikunu stallati fuq l-ajruplan, għandu jkollhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f'konformità ma' dan ir-Regolament.

21A.23 Il-ħruġ ta' ċertifikat ristrett tat-tip

(a) Għal inġenji ta' l-ajru li ma jilħqux id-dispożizzjonijiet ta' 21A.21(ċ), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat ristrett tat-tip maħruġ mill-Aġenzija wara:

1. li jkun ikkonforma mal-bażi xierqa taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita mill-Aġenzija biex tkun żgurata s-sigurtà adegwata ta' l-użu li għalih l-ajruplan huwa maħsub, kif ukoll mal-kriterji applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

2. li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma ma' 21A.44.

(b) Il-magna jew l-iskrun installat(a) fuq l-ajruplan, jew it-tnejn, għandhom:

1. ikollhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f'konformità ma' dan ir-Regolament; jew

2. ikunu wrew konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa taċ-ċertifikazzjoni biex ikunu żgurati titjiriet mingħajr periklu.

21A.31 Id-disinn tat-tip

(a) Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:

1. It-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u l-lista ta' dawk it-tpinġijiet u speċifikazzjonijiet, meħtieġa biex ikunu definiti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li jkun juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali;

2. L-informazzjoni fuq materjali u proċessi u fuq metodi ta' manifattura u twaħħil tal-prodott; din hija meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità mal-prodott;

3. Taqsima approvata tal-limitazzjonijiet ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' l-istruzzjonjiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, kif stabbilit bil-kodiċi applikabbli ta' adegwità ta' l-avjazzjoni; u

4. Kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex tippermetti b'mod komparattiv, id-determinazzjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, il-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fuel, u ħruġ ta' exhaust (fejn ikun japplika) ta' prodotti ta' l-istess tip li jkunu saru wara.

(b) Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat b'mod tajjeb.

21A.33 Stħarriġ u testijiet

(a) L-applikant għandu jwettaq l-istħarriġ u t-testijiet kollha meħtieġa biex juri konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali.

(b) Qabel ma jsir kull test meħtieġ taħt il-paragrafu (a), l-applikant għandu jkun stabbilixxa:

1. Għall-kampjun tat-test:

(i) Li l-materjali u l-proċessi jkunu jikkonformaw sew ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tip propost;

(ii) Li l-partijiet tal-prodott ikunu jikkonformaw sew mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost;

(iii) Li l-proċessi tal-manifattura, l-kostruzzjoni u t-twaħħil ikunu jikkonformaw tajjeb ma' dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; u

2. Li t-tagħmir tat-test u t-tagħmir kollu tal-kejl li jintuża għat-testijiet ikun adegwat għat-test u jkun kalibrat tajjeb.

(ċ) L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija biex din tagħmel kwalunkwe spezzjoni meħtieġa biex tivverifika l-konformità mal-paragrafu (b).

(d) L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija biex tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, u li tagħmel jew tixhed għal kwalunkwe titjira jew test fuq l-art li jkunu meħtieġa biex din tkun tista' tivverefika l-validità tad-dikjarazzjoni ta' konformità sottomessa mill-applikant taħt 21A.20(b), kif ukoll biex din tistabbilixxi li l-ebda karatteristika ma tkun qed tnaqqas is-sigurtà tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(e) Għal testijiet li jsiru mill-Aġenzija, jew li din tixhed għalihom, taħt il-paragrafu (d):

1. L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija dikjarazzjoni ta' konformità mal-paragrafu (b); u

2. B'rabta mat-test, bejn iż-żmien li fih trid tintwera konformità mal-paragrafu (b) u ż-żmien li fiħ prodott, parti jew tagħmir irid ikun ippreżentat lill-Aġenzija għat-test, ma jista' jsir l-ebda tibdil fil-prodott, partijiet jew tagħmir li jista' b'xi mod jaffettwa d-dikjarazzjoni ta' konformità.

21A.35 It-Testijiet tat-titjiriet

(a) L-ittestjar tat-tijiriet, għall-għan li jinkiseb ċertifikat tat-tip, għandu jsir f'konformità mal-kondizzjonijiet għal dan it-tip ta' testjar speċifikat mill-Aġenzija.

(b) L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha li l-Aġenzija tkun tikkonsidra bħala meħtieġa:

1. Biex tkun stabbilita l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali, u

2. Għal ajruplani biex ikunu ċertifikati taħt din it-Taqsima, ħlief għall-gliders jew gliders bil-mutur, u ħlief għal ajruplani li għandhom Massa Massima ta' Tlugħ (MMT) ta' 2722 kg jew inqas, biex ikun stabbilit jekk hemmx sigurtà biżżejjed li l-ajruplan, il-partijiet u t-tagħmir tiegħu jkunu ta' min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost.

(ċ) (Riservat)

(d) (Riservat)

(e) (Riservat)

(f) it-testijiet tat-titijira preskritti fis-sub-paragrafu (b)(2) għandhom jinkludu:

1. Għal ajruplani li jkun fihom magni tat-tip turbine li ma jkunux intużaw qabel f'ajruplani li għandhom iċ-ċertifikat tat-tip, minn ta' l-anqas 300 siegħa ta' tħaddim bil-kompliment kollu ta' magni li jkunu jikkonformaw ma' ċertifikat tat-tip; u

2. Għal kull ajruplan ieħor, minn ta' l-anqas 150 siegħa ta' tħaddim.

21A.41 Iċ-ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat ristrett tat-tip huma t-tnejn konsidrati li jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli ta' ċertifikazzjoni tat-tip u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija trid tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet oħra preskritti għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet applikabbli ta' ċertifikazzjoni u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat ristrett tat-tip ta' ajruplan, it-tnejn jinkludu l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-ħoss. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna tinkludi r-rekord ta' konformità ta' emissjoni.

21A.44 L-Obbligi ta' min għandu ċ-ċertifikat

Kull okkupant ta' ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip għandu:

(a) jwettaq l-obbligi stabbiliti f'21A.3, 21A.3B, 21A.4, 21A.55, 21A.57 u 21A.61; u, għal dan il-għan, għandu jkompli jilħaq il-kriterji ta' kwalifika għall-eliġibilità taħt 21A.14; u

(b) jispeċifika l-immarkar f'konformità mas-Sub-parti N.

21A.47 It-Trasferibbiltà

It-trasferibilità ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat ristrett tat-tip tista' ssir biss għal għand persuna naturali jew legali li tista' twettaq l-obbligi taħt 21A.44, u, għal dan il-għan, tkun uriet l-abilità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji ta' 21A.14.

21A.51 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Ċertifikat tat-tip u ċertifikat ristrett tat-tip għandhom jinħarġu għal perjodu illimitat. Dawn jibqgħu validi jekk:

1. L-okkupant taċ-ċertifikat jibqa' konformi ma' din il-Parti; u

2. Iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat ristrett tat-tip għandu jingħata lura lill-Aġenzija.

21A.55 Iż-Żamma tar-rekords

L-informazzjoni relevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inlużi r-rekords ta' l-istħarriġ dwar il-prodott ittestjat, għandhom jinżammu mill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat ristrett tat-tip, u dawn għandhom ikunu disponibbli dejjem għall-Aġenzija. Dawn għandhom jinżammu biex jagħtu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-koformità mal-kriterji applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott.

21A.57 Il-Manwali

L-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat ristrett tat-tip għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mill-kriterji tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott. Dan għandu jagħti kopji tagħhom, jekk ikun hemm ħtieġa, lill-Aġenzija.

21A.61 Struzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) L-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat ristrett tat-tip għandu jipprovdi minn ta' l-anqas sett wieħed ta' l-istruzzjonijiet kompluti biex tkun issuktata l-adegwità ta' l-avjazzjoni. Dan għandu jinkludi informazzjoni deskrittiva u struzzjonijiet ta' eżekuzzjoni mħejjija f'konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli. Dan it-tagħrif irid jingħata lil kull sid magħruf li għandu ajruplan, magna jew skrun wieħed jew aktar jew meta dawn jiġu konsenjati jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat ta' adegwità ta' l-avjazzjoni għall-ajruplan konċernat, liema minn dawn it-tnejn jiġi l-aħħar. Minn hemm 'il quddiem huwa għandu jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lil kwalunkwe persuna oħra li tkun teħtieġ konformità ma' kwalunkwe mit-termini ta' dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibilità ta' uħud jew ta' parti mill-istruzzjonijiet tal-manwal għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, li jikkonċernaw l-ispezzjoni jew inkella forom oħra ta' manutenzjoni maġġuri, tista' tittardja sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda t-tagħrif għandu jkun disponibbli qabel ma kwalunkwe mill-prodotti jkunu laħqu l-età relevanti jew is-sigħat/ċikli ta' titjiriet.

(b) Barra minn hekk, it-tibdil fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandu jkun disponibbli lill-operaturi kollha tal-prodott. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe persuna li tkun teħtieġ konformità ma' dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

(SUB-PARTI Ċ - MA TAPPLIKAX)

SUB-PART D - TIBDIL FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAT-TIP

21A.90 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' tibdil fid-disinn tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikanti għal, u ta' l-okkupant ta', dawk l-approvazzjonijiet. F'din is-Sub-parti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċertifikati tat-tip kif ukoll ċertifikati ristretti tat-tip.

21A.91 Il-Klassifikazzjoni tat-tibdil fid-disinn tat-tip

It-tibdil fid-disinn tat-tip huwa klassifikat bħala minuri u maġġuri. ‘Tibdil minuri' huwa wieħed li ma jkollu l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, fuq kemm hu ta' min jorbot fuqu, l-karatteristiċi tat-tħaddim, il-ħoss, l-ivventjar għall-fuel, il-ħruġ ta' duħħan, jew fuq kwalunkwe karatteristiċi oħra li jistgħu jaffettwaw l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott. Mingħajr preġudizzju għal 21A.19, it-tibdil l-ieħor kollu jkun 'tibdil maġġuri' taħt din is-Sub-parti. It-tibil maġġuri u minuri għandu jkun approvat f'konformità ma' 21A.95 jew 21A.97 kif meħtieġ, u għandu jkun identifikat b'mod tajjeb.

21A.92 L-Eliġibilità

(a) L-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip biss jista' japplika għall-approvazzjoni ta' tibdil maġġuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Sub-parti; l-applikanti l-oħra kollha li jkunu qed japplikaw għal xi tibdil maġġuri fid-disinn tat-tip iridu jagħmlu dan taħt is-Sub-parti E.

(b) Kwalunkwe persuna naturali jew legali tista' tapplika għall-approvazzjoni ta' tibdil minuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Sub-parti.

21A.93 L-Applikazzjoni

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tibdil fid-disinn tat-tip għandha ssir f'forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija u għandha tinkludi:

(a) Deskrizzjoni tat-tibdil li tidentifika

1. Il-partijiet kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati li se jkunu affettwati bit-tibdil; u

2. L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali li bihom it-tibdil ikun tfassal biex jikkonforma ma' 21A.101.

(b) L-identifikazzjoni ta' kwalunkwe investigazzjonijiet mill-ġdid li jkunu meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott mibdul ma' l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali.

21A.95 Tibdil minuri

Tibdil minuri fid-disinn tat-tip għandu jkun klassifikat u approvat jew:

(a) Mill-Aġenzija; jew

(b) Minn Organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura miftehma ma' l-Aġenzija.

21A.97 Tibdil maġġuri

(a) Applikant għall-approvazzjoni ta' tibdil maġġuri għandu:

1. Jissottometti lill-Aġenzija informazzjoni sostanzjali flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni deskrittiva meħtieġa għall-inklużjoni fid-disinn tat-tip;

2. Juri li l-prodott mibdul jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali, kif speċifikat fi 21A.101;

3. Jiddikjara li huwa jkun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali, u għandu jipprovdi lill-Aġenzija il-bażi li fuqha din id-dikjarazzjoni tkun saret; u

4. Fejn l-applikant ikollu l-approvazzjoni xierqa ta' l-organizzazzjoni tad-disinn, jagħmel id-dikjarazzjoni tas-sub-paragrafu (a)(3) f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Ħ;

5. Jikkonforma ma' 21A.33 u, fejn applikabbli, ma' 21A.35.

(b) L-approvazzjoni ta' tibdil maġġuri f'disinn tat-tip hija limitata għal dik jew dawk il-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-disinn tat-tip li fuqhom ikun sar it-tibdil.

21A.101 L-Għażla ta' l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u tal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali

(a) L-applikant għal tibdil fiċ-ċertifikat tat-tip għandu juri li l-prodott mibdul ikun konformi mal-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli għall-prodott mibdul, u li jkun b'effett fid-data ta' l-applikazzjoni għat-tibdil, kif ukoll mal-kriterji applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti f'21A.18.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), applikant jista' juri li l-prodott mibdul ikun konformi ma' emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni definit fil-paragrafu (a), kif ukoll fi kwalunkwe speċifikazzjoni ta' ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija tkun sabet bħala relatata b'mod dirett. Iżda, l-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' qabel ma jistax jippreċedi l-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni korrispondenti, li huwa inkorporat b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. L-applikant jista' juri konformità ma' emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Tibdil li l-Aġenzija ssib li mhux sinjifikanti. Waqt li tistabbilixxi jekk tibdil speċifiku ikunx wieħed meqjus, l-Aġenzija tikkonsidra t-tibdil fil-kuntest tiegħu flimkien mat-tibdil kollu li jkun sar qabel fid-disinn relevanti u fir-reviżjonijiet kollha relatati ma' l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni, li hemm inkorporati fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott. It-tibdiliet li jilħqu wieħed minn dawn il-kriterji jkunu kkonsidrati awtomatikament bħala sinjifikanti:

(i) Il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji ta' kostruzzjoni ma jinżammux.

(ii) Is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li se jinbidel ma jibqgħux validi.

2. Kull żona, sistema, parti jew tagħmir li l-Aġenzija ssib li ma jkunx affettwat bit-tibdil.

3. Kull żona, sistema, parti jew tagħmir li jkun affettwat bit-tibdil, li għalih l-Aġenzija ssib li l-konformità mal-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni deskritt fil-paragrafu (a), mhux neċessarjament ikun jikkontribwixxi materjalment għal-livell ta' sigurtà tal-prodott mibdul, jew inkella ma jkunx prattiku.

(ċ) Applikant li japplika għal tibdil f'ajruplan (għajr ajruplani li jaħdmu bir-rotor) ta' 2722 (3000 lbs) jew inqas bħala toqol massimu jew f'ajruplani li jaħdmu bir-rotor iżda non-turbine ta' 1361 (3000 lbs.) jew inqas bħala toqol massimu, jista' juri li l-prodott mibdul jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Iżda, jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdil huwa sinifikanti f'xi żona, l-Aġenzija tista' tagħżel li jkun hemm konformità ma' emenda fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, fis-seħħ fid-data ta' l-applikazzjoni, u ma' kwalunkwe speċifikazzjoni oħra ta' ċertifikazzjoni li l-Aġenzija ssib bħala relatata direttament. Dan sakemm l-Aġenzija ma ssibx ukoll li l-konformità ma' dik l-emenda jew speċifikazzjoni ta' ċertifikazzjoni ma tkunx neċessarjament tikkontribwixxi materjalment għal-livell ta' sigurtà tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx waħda prattika.

(d) Jekk l-Aġenzija ssib li l-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li jkun fis-seħħ fid-data ta' l-applikazzjoni għat-tibdil ma jkunx jipprovdi livelli adegwati dwar it-tibdil propost, l-applikant għandu wkoll jikkonforma ma' kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali oħra, u ma' emendi għal dawk il-kondizzjonijiet speċjali, preskritti taħt id-dispożizzjonijiet ta' 21A.16B. Dan sabiex jipprovdi livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni fis-seħħ fid-data ta' l-applikazzjoni għat-tibdil.

(e) Applikazzjoni għal tibdil fiċ-ċertifikat tat-tip ta' ajruplani kbar u ta' inġenji ta' l-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors tkun effettiva għal ħames snin, waqt li applikazzjoni għal tibdil fi kwalunkwe tip ieħor ta' ċertifikat tat-tip ikun effettiv għal tliet snin. F'każ fejn it-tibdil ma jkunx ġie approvat, jew fejn ikun ċar li dan mhux se jkun approvat taħt il-limitu ta' żmien stabbilit taħt dan is-sub-paragrafu, l-applikant jista':

1. Jitfa' applikazzjoni ġdida għat-tibdil fiċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-paragrafu (a) applikabbli għall-applikazzjoni oriġinali tat-tibdil; jew

2. Japplika għal estensjoni ta' l-applikazzjoni oriġinali u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-paragrafu (a) għal data effettiva ta' l-applikazzjoni, li din għandha tintgħażel mill-applikant stess, mhux aktar tard mid-data li tippreċedi lil dik ta' l-approvazzjoni tat-tibdil saż-żmien stabbilit taħt dan is-sub-paragrafu għall-applikazzjoni oriġinali tat-tibdil.

21A.103 Il-Ħruġ ta' l-approvazzjoni

(a) L-applikant jista' jkollu tibdil maġġuri fid-disinn tat-tip approvat mill-Aġenzija wara li:

1. jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija f'21A.97(a)(3); u

2. Ikun muri li:

(i) Il-prodott mibdul ikun jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali, kif hemm spjegat f'21A.101;

(ii) Kwalunkwe dispożizzjonijiet ta' adegwità ta' l-avjazzjoni li ma jkunx hemm konformità magħhom jiġu kkumpensati b'fatturi li jipprovdu livell ekwivalenti ta' sigurtà; u

(iii) L-ebda karatteristika ma tagħmel il-prodott nieqes mis-sigurtà għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) Tibdil minuri f'disinn tat-tip għandu jiġi approvat biss f'konformità ma' 21A.95 jekk jintwera li l-prodott mibdul ikun tassew jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni, kif spjegat f'21A.101.

21A.105 Iż-Żamma tar-rekords

Għal kull tibdil, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija relevanti, t-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords ta' l-istħarriġ dwar il-prodott mibdul li jkun ġie testjat, għandhom jinżammu mill-applikant għad-dispożizzjoni ta' l-Aġenzija; dawn għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-konformità mal-kriterji applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott mibdul.

21A.107 Struzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' tibdil minuri fid-disinn tat-tip għandu jipprovdi minn ta' l-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati, jekk ikun hemm, ta' l-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott li fuqu jkun se jsir it-tibdil minuri. Dan għandu jitħejja f'konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal kull sid magħruf ta' ajruplan, magna jew skrun wieħed jew aktar li jkun jinkorpora t-tibdil minuri. Dan għandu jkun disponibbli jew mal-konsenja, jew meta jkun ħareġ l-ewwel ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni lill-ajruplan affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar. Minn hemm 'il quddiem dan għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk ikun hemm talba għalihom, lil kwalunkwe persuna oħra meħtieġa li tkun konformi ma' kwalunkwe mit-termini ta' dawk l-istruzzjonijiet.

(b) Barra minn hekk, it-tibdil f'dawk il-varjazzjonijiet ta' l-istruzzjonijiet biex tissokta l-adegwità ta' l-avjazzjoni, għandhom ikunu disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha ta' prodott li jkun jinkorpora it-tibdil minuri, u dawn għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna meħtieġa li tkun konformi ma' kwalunkwe minn dawn l-istruzzjonijiet.

21A.109 L-Obbligi u l-immarkar ta' l-AEP

L-okkupant ta' approvazzjoni ta' tibdil minuri fid-disinn tat-tip għandu:

(a) iwettaq l-obbligi stabbiliti f'21A.4, 21A.105 u 21A.107; u

(b) jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri ta' l-AEP (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti'), f'konformità ma' 21A.804(a).

SUB-PARTI E - ĊERTIFIKATI SUPPLEMENTARI TAT-TIP

21A.111 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' tibdil maġġuri fid-disinn tat-tip taħt il-proċeduri ta' ċertifikat supplementari tat-tip, u tistabbilixxi wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikant għal, jew l-okkupant ta', dawk iċ-ċertifikati.

21A.112 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali ("organizzazzjoni") li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt 21A.112B tista' tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat supplementari tat-tip taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din is-Sub-parti.

21A.112B It-Turija tal-kapaċità

(a) Kull organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat supplementari tat-tip għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha approvazzjoni bħala organizzazzjoni tad-disinn, maħruġ mill-Aġenzija f'konformità mas-Sub-parti Ħ.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), bħala proċedura alternattiva biex tintwera l-kapaċità tiegħu, l-applikant jista' jagħmel ftehim ma' l-Aġenzija għall-użu ta' proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi speċifiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza ta' l-attivitajiet, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din is-Sub-parti.

21A.113 L-Applikazzjoni għal ċertifikat supplementari tat-tip

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat supplementari tat-tip għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Applikazzjoni għal ċertifikat supplementari tat-tip għandha tinkludi d-deskrizzjonijiet u l-identifikazzjoni meħtieġa f'21A.93. Barra minn hekk, din l-applikazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni li l-informazzjoni li fuqha jkunu bażati dawk l-identifikazzjonijiet tkun imwettqa jew mir-riżorsi ta' l-applikant stess, jew inkella permezz ta' arranġament ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip.

21A.114 It-Turija ta' konformità

Kull applikant li japplika għal ċertifikat supplementari tat-tip irid ikun konformi ma' 21A.97.

21A.115 Il-ħruġ ta' ċertifikat supplementari tat-tip

L-applikant huwa intitolat li jkollu ċertifikat supplementari tat-tip maħruġ mill-Aġenzija wara:

(a) li jkun ikkonforma ma' 21A.103(a);

(b) li jkun wera l-kapaċità tiegħu f'konformità ma' 21A.1 1213;

(ċ) fejn, taħt 21A.113(b), l-applikant ikun daħal fi ftehim ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip,

1. li l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip ikun ta parir li m'hemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa taħt 21A.93; u

2. li l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip ikun ftiehem li jikkollabora ma' l-okkupant taċ-ċertifikat supplementari tat-tip biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni ta' l-obbligi kollha għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott mibdul permezz ta' konformità ma' 21A.44 u 21A.118A.

21A.116 It-Trasferibbiltà

Ċertifikat supplementari tat-tip jista' jkun trasferit biss lil persuna naturali jew legali li tkun kapaċi twettaq l-obbligi ta' 21A.1 18A, u għal dan il-għan tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji ta' 21A.1 12B.

21A.117 It-Tibil f'dik il-parti ta' prodott kopert minn ċertifikat supplementari tat-tip

(a) Tibdil minuri f'dik il-parti ta' prodott kopert minn ċertifikat supplementari tat-tip għandu jkun klassifikat u approvat f'konformità mas-Sub-parti D.

(b) Kull tibdil maġġuri f'dik il-parti ta' prodott kopert minn ċertifikat supplementari tat-tip għandu jiġi approvat bħala ċertifikat supplementari tat-tip separat f'konformità ma' din is-Sub-parti.

(ċ) B'deroga mill-paragrafu (b), tibdil maġġuri f'dik il-parti ta' prodott kopert minn ċertifikat supplementari tat-tip, sottomess mill-okkupant taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, jista' jiġi approvat bħala tibdil fiċ-ċertifikat supplementari tat-tip eżistenti.

21A.118A L-Obbligi u l-immarkar ta' l-AEP

Kull okkupant ta' ċertifikat supplementari tat-tip għandu:

(a) iwettaq l-obbligi:

1. Stabbiliti f'21A.3, 21A.3B, 21A.4, 21A.105, 21A.119 u 21A.120;

2. Li hemm impliċiti fil-kollaborazzjoni ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip taħt 21A.115(ċ)(2); u għal dan il-għan irid ikompli jilħaq il-kriterji ta' 21A.1 12B

(b) jispeċfika l-immarkar, inklużi l-ittri ta' l-AEP, f'konformità ma' 21A.804(a).

21A.118B Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Ċertifikat supplementari tat-tip għandu jinħareġ għal perjodu ta' żmien illimitat. Dan għandu jibqa' validu soġġett għal:

1. jekk l-okkupant taċ-ċertifikat supplementari tat-tip jibqax konformi ma' din il-Parti; u

2. jekk iċ-ċertifikat jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta ċertifikat supplementari tat-tip jiġi ċedut jew revokat, dan għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21A.119 Il-Manwali

L-okkupant ta' ċertifikat supplementari tat-tip għandu jipproduċi, jżomm, u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-varjazzjonijiet fil-manwali, meħtieġa mill-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mill-kriterji tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, liema varjazzjonijiet huma meħtieġa li jkunu jkopru t-tibdil introdott taħt iċ-ċertifikat supplementari tat-tip. Dan għandu wkoll jipprovdi kopji ta' dawn il-manwali lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba għalihom.

21A.120 Struzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) L-okkupant ta' ċertifikat supplementari tat-tip għal ajruplan, magna, jew, skrun, għandu jipprovdi minn ta' l-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet li hemm assoċjati għall-istruzzjonijiet dwar l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni. Dawn iridu jkunu mħejjija f'konformità mal-bażi applikabbli ta' ċertifikazzjoni għal kull sid magħruf ta' ajruplan, magna jew skrun wieħed jew aktar, u għandhom jinkorporaw il-karatterisitiċi taċ-ċertifikat supplementari tat-tip. Dawn għandhom jingħataw jew mal-kunsinna, jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għall-ajruplan affettwat, liema minn dawn it-tnejn ikun jiġi l-aħħar. Minn hemm 'il quddiem dan għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk ikun hemm xi talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma' kwalunkwe mit-termini ta' dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibilità ta' wħud jew ta' parti mill-varjazzjonijiet għall-istruzzjonijiet li hemm fil-manwali għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispezzjoni jew ma' forom oħra ta' manutenzjoni kbira, tista' tittardja sa mhux aktar tard minn meta l-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn iridu jkunu disponibbli qabel ma kwalunkwe mill-prodotti jkunu laħqu l-età relevanti jew iċ-ċikli/sigħat ta' titjiriet.

(b) Barra minhekk, it-tibdil f'dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandu jkun disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, u dawn għandhom jinkorporaw iċ-ċertifikat supplementari tat-tip. Dan għandu jkun disponibbli wkoll, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna oħra meħtieġa li tikkonforma ma' kwalunkwe minn dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

SUB-PARTI F - IL-PRODUZZJONI MINGĦAJR APPROVAZZJONI TA' L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21A.121 Il-Għan

(a) Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija ta' konformità ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn ta' prodott, parti jew tagħmir li huwa maħsub li jkun manifatturat mingħajr l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Sub-parti Ġ.

(b) Din is-Sub-parti tistabbilixxi r-regoli li jikkontrollaw l-obbligi tal-manifattur ta' prodott, parti, jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Sub-parti.

21A.122 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali tista' tapplika biex turi konformità ta' prodotti, partijiet jew tagħmir individwali taħt din is-Sub-parti, jekk;

(a) ikollha jew applikat għal approvazzjoni li tkun tkopri d-disinn ta' dak il-prodott, parti jew tagħmir, jew

(b) tkun żgurat ko-ordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta' ftehim xieraq ma' l-applikant għal, jew l-okkupant ta', l-approvazzjoni ta' dan id-disinn.

21A.124 L-Applikazzjoni

(a) Kull applikazzjoni għal ftehim dwar turija ta' konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Sub-parti għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti.

(b) Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:

1. Provi li juru, fejn japplika, li:

(i) il-ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Sub-parti Ġ ma tkunx waħda adattata; jew

(ii) iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni ta' prodott, parti jew tagħmir taħt din is-Sub-parti tkun meħtieġa sakemm idum il-ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Sub-parti Ġ.

2. il-qafas ta' l-informazzjoni meħtieġa fi 21A.125(b).

21A.125 Il-Ħruġ ta' ittra ta' ftehim

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta' ftehim maħruġa mill-Awtorità Kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar t-turija ta' konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Sub-parti, wara:

(a) li tkun ġiet stabbilita sistema ta' stħarriġ ta' produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn u li dan ikun f'kondizzjoni ta' tħaddim mingħajr periklu.

(b) li jkun ġie provdut manwal li jkun fih:

1. deskrizzjoni tas-sistema ta' stħarriġ tal-prodott meħtieġa taħt il-paragrafu (a),

2. deskrizzjoni tal-mezzi biex isiru d-determinazzjonijiet tas-sistema ta' l-istħarriġ tal-produzzjoni,

3. deskrizzjoni tat-testijiet ta' 21A.127 u 21A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-għan ta' 21A.1 30(a).

(ċ) li jkun wera li jista' jipprovdi l-għajnuna f'konformità ma' 21A.3 u 21A.129(d).

21A.125B It-Tisjib

(a) Meta tinstab evidenza oġġettiva li tkun turi li l-okkupant ta' l-ittra ta' ftehim ikun naqas milli jikkonforma mal-kriterji applikabbli ta' din il-Parti, it-tisjib irid ikun klassifikat kif ġej:

1. Tisjib ta' l-ewwel livell ikun kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li jista' jwassal biex ikun hemm nuqqas ta' konformità mhux kontrollat ma' l-informazzjoni tad-disinn applikabbli u li jista' jaffettwa wkoll s-sigurtà ta' l-ajruplan.

2. Tisjib tat-tieni livell ikun kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li m'huwiex klassifikat bħala tal-livell wieħed.

(b) Tisjib tat-tielet livell huwa kwalunkwe oġġett fejn ikun instab, permezz ta' evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' konformità taħt il-paragrafu (a).

(ċ) Wara li jkun wasal l-avviż tat-tisjib f'konformità ma' 21B.143:

1. F'każ ta' tisjib ta' l-ewwel livell, l-okkupant ta' l-ittra ta' ftehim għandu juri azzjoni korrettiva, li tkun tissodisfa lill-Awtorità Kompetenti, fi żmien ta' mhux aktar minn 21 ġurnata ta' xogħol wara konferma bil-miktub tat-tisjib;

2. F'każ ta' tisjib tat-tieni livell, il-perjodu ta' azzjoni korrettiva li jingħata mill-Awtorità Kompetenti għandu jkun adattat skond in-natura tat-tisjib, imma fi kwalunkwe każ dan m'għandux ikun ta' aktar minn sitt xhur. F'ċerti ċirkostanzi u soġġett għan-natura tat-tisjib, l-Awtorità Kompetenti tista' testendi dan il-perjodu ta' sitt xhur, iżda soġġett għal pjan xieraq ta' azzjoni korrettiva li dwaru irid ikun ftehim ma' l-Awtorità Kompetenti.

3. Tisjib tat-tielet livell ma jkunx jeħtieġ azzjoni immedjata mill-okkupant ta' l-ittra ta' ftehim.

(d) Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel jew tat-tieni livell, l-ittra ta' ftehim tista' tiġi soġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revokazzjoni parzjali jew sħiħa taħt 21B.145. L-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim għandu jipprovdi fi żmien biżżejjed konferma li jkun irċieva l-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revokazzjoni ta' l-ittra tal-ftehim.

21A.125C Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) L-ittra ta' ftehim għandha tinħareġ għal perjodu limitat li ma jkunx jaqbeż aktar minn sena. Din tibqa' valida sakemm:

1. L-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim ma jkunx naqas milli juri konformità mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti; jew

2. Ma jkunx hemm evidenza li l-manifattur ma jistax iżomm aktar kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodott, partijiet, jew tagħmir taħt il-ftehim; jew

3. Il-manifattur ma jistax jilħaq aktar il-kriterji ta' 21A.122; jew

4. L-ittra tal-ftehim ma tkunx ġiet ċeduta, revokata taħt 21B.145, jew inkella tkun skadiet.

(b) Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra tal-ftehim għandha tintbagħat lura lill-Awtorità Kompetenti.

21A.126 Is-Sistema ta' l-ispezzjoni tal-produzzjoni

(a) Is-sistema ta' l-ispezzjoni tal-produzzjoni taħt 21A.125 għandha tipprovdi mezz biex ikun stabbilit li:

1. Il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew sub-kontrattati, użati fil-prodott lest, ikunu kif speċifikat fl-informazzjoni applikabbli tad-disinn.

2. Il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew sub-kontrattati, jiġu identifikati kif suppost.

3. Il-proċessi, t-teknika tal-manifattura u l-metodi ta' twaħħil li jaffettwaw il-kwalità u s-sigurtà tal-prodott lest ikunu esegwiti f'konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet aċċettati mill-Awtorità Kompetenti.

4. It-tibdil fid-disinn, inkluż il-bdil ta' materjali, jkunu ġew approvati taħt is-Sub-parti D jew E u kontrollati qabel ma jiġu inkorporati fil-prodott lest.

(b) Is-sistema ta' l-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa f'21A.125(a), għandha tkun ukoll tali li tiżgura li:

1. Partijiet li jkunu għadhom fil-proċess jiġu spezzjonati għall-konformità ma' l-informazzjoni tad-disinn applikabbli f'diversi punti tal-produzzjoni, fejn ikunu jistgħu jittieħdu determinazzjonijiet eżatti.

2. Materjali soġġetti għal ħsara jew deterjorazzjoni ikunu maħżuna u protetti b'mod tajjeb.

3. It-tpinġijiet tad-disinn kurrenti jkunu disponibbli mill-ewwel lill-istaff tal-manifattura u l-ispezzjonar, u jintużaw meta jkunu meħtieġa.

4. Materjali u partijiet difettużi jkunu mifruda u identifikati b'manjiera li tipprekludi l-installazzjoni tagħhom fil-prodott lest.

5. Materjali u partijiet li jiġu rifjutati minħabba li jkunu jmorru 'l hinn mill-ispeċifikazzjonijiet jew mill-informazzjoni tad-disinn, iżda li jkunu konsidrati biex jiġu installati fil-prodott lest, ikunu soġġetti għal proċedura approvata ta' reviżjoni ta' l-inġinerija u l-manifattura. Dawk il-materjali u partijiet li jkunu ġew stabbiliti b'din il-proċedura li jistgħu jintużaw fis-servizz għandhom ikunu identifikati b'mod tajjeb u spezzjonati mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ xi xogħol jew tiswija fuqhom. Materjali u partijiet li jkunu rifjutati b'din il-proċedura għandhom jiġu markati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali.

6. Ir-riżultati li jinkisbu taħt din is-sistema ta' spezzjoni tal-produzzjoni jinżammu, jkunu identifikati mal-prodott jew parti kompluta, fejn ikun prattiku, u li dawn jinżammu mill-manifattur biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli jkun żgurat l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodott.

21A.127 It-Testijiet: ajruplani

(a) Kull manifattur ta' ajruplan manifatturat taħt din is-Sub-parti għandu jistabbilixxi proċedura approvata ta' test ta' produzzjoni fuq l-art u fl-ajru kif ukoll formoli ta' ċċekkjar, u f'konformità ma' dawk il-formoli, jittestja kull ajruplan manifatturat, bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti relevanti tal-konformità ma' 21A.125(a).

(b) Kull proċedura ta' test ta' produzzjoni għandha tkun tinkuldi minn ta' l-anqas dan li ġej:

1. Verifika dwar il-kwalitajiet ta' immaniġġjar;

2. Verifika dwar l-eżekuzzjoni tat-titjira (bl-użu ta' tagħmir ta' l-ajru normali);

3. Verifika dwar it-tħaddim proprju tat-tagħmir kollu u s-sistemi kollha ta' l-ajruplan;

4. Verifika li t-tagħmir kollu jkun immarkat tajjeb, u li l-avviżi kollha u l-manwali tat-titjira jkunu stallati wara t-test tat-titjira;

5. Verifika tal-karatteristiċi tat-tħaddim ta' l-ajruplan fuq l-art;

6. Verifika dwar kwalunkwe oġġetti oħra li huma speċjali għall-ajruplan li qed ikun jiġi testjat.

21A.128 It-Testijiet: magni u skrejjen

Kull manifattur ta' magni jew skrejjen manifatturati taħt din is-Sub-parti għandu jpoġġi kull magna, jew skrun varjabbli bis-snien ta' l-ingranaġġ, taħt test aċċettabbli tat-tħaddim kif hemm speċifikat fid-dokumentazzjoni ta' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip. Dan biex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha ta' tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti relevanti ta' konformità ma' 21A.125(a).

21A.129 L-Obbligi tal-manifattur

Kull manifattur ta' prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Sub-parti għandu:

(a) Jagħmel kull prodott, parti jew tagħmir disponibbli għall-ispezzjoni mill-Awtorità Kompetenti.

(b) Iżomm fil-post tal-manifattura l-informazzjoni teknika u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk il-prodott ikunx tabilħaqq konformi ma' l-informazzjoni tad-disinn applikabbli.

(ċ) Iżomm sistema ta' spezzjonar tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott ikun konformi ma' l-informazzjoni tad-disinn applikabbli u li dan ikun f'kondizzjoni ta' tħaddim mingħajr periklu.

(d) Jipprovdi l-għajnuna lill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat ristrett tat-tip jew ta' l-approvazzjoni ta' disinn kull meta dan ikollu x'jaqsam ma' kwalunkwe azzjonijiet ta' ssoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkun ġie manifatturat.

(e) Jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta' rappurtaġġ ta' okkorrenzi fl-interess tas-sigurtà, biex tkun tista' tippermetti l-ġbir u l-assessjar ta' rapporti ta' okkorrenzi ħalli jkunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati d-defiċjenzi, u biex tkun tista' tohrog okkorrenzi rapportabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti dwar l-okkorrenzi u d-dessiminazzjoni ta' l-informazzjoni relattata.

(f) 1. Jirrapporta lil min għandu ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip jew approvazzjoni ta' disinn, il-każijiet kollha fejn il-prodotti, l-partijiet jew tagħmir ikun ġie rilaxxat mill-manifattur u wara jkun instab li għandu devjazzjonijiet mill-informazzjoni applikabbli tad-disinn, u jagħmel investigazzjoni ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat ristrett tat-tip jew ta' l-approvazzjoni tad-disinn biex jiġu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà.

2. Jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà, identifikati f'konformità mas-sub-paragrafu (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt 21A.3(b)(2) jew ikunu aċċettati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru.

3. Fejn il-manifattur jagħmilha ta' fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, dan għandu jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ikunu ġew rilaxxati prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni u wara jkunu nstabu li għandhom xi devjazzjonijiet mill-informazzjoni applikabbli tad-disinn.

21A.130 Id-Dikjarazzjoni tal-konformità

(a) Kull manifattur ta' prodott, parti jew tagħmir manifatturat taħt din is-Sub-parti għandu jkollu Dikjarazzjoni tal-Konformità, il-Formola 52 ta' AESA, għal ajruplan komplut, jew il-Formola 1 ta' l-AESA għal prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor (ara l-Appendiċi). Din id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni responsabbli fl-organizzazzjoni tal-manifattura.

(b) Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi:

1. Għal kull prodott, parti jew tagħmir dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi ma' l-informazzjoni tad-disinn approvat, u li dan ikun f'kondizzjoni ta' tħaddim mingħajr l-ebda periklu;

2. Għal kull ajruplan, dikjarazzjoni li l-ajruplan ikun għadda mit-testijiet ta' l-art u ta' l-ajru f'konformità ma' 21A.127(a); u

3. Għal kull magna, jew skrun varjabbli bis-snien ta' l-ingranaġġ, dikjarazzjoni li l-magna jew l-iskrun ikunu ġew soġġetti mill-manifattur għal test finali ta' tħaddim, f'konformità ma' 21A.128, u, aktar minn hekk f'każ ta' magni, dikjarazzjoni skond l-informazzjoni provduta mill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna, li kull magna kompluta hija f'konformità mal-kriterji applikabbli ta' l-emissjoni li jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna.

(ċ) Kull manifattur ta' tali prodott, parti jew tagħmir għandu:

1. Meta jsir it-trasferiment inizjali minnu bħala sid ta' tali prodott, parti jew tagħmir, jew

2. Meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta' ċertifikat ta' adegwità ta' ajruplan; jew

3. Meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta' dokument tar-rilaxx ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal xi magna, skrun, xi parti jew tagħmir,

jippreżenta d-dikjarazzjoni ta' konformità kurrenti, biex tkun validata mill-Awtorità Kompetenti.

(d) l-Awtorità kompetenti għandha tikkonferma b'kontro-firma d-Dikjarazzjoni tal-Konformità jekk wara spezzjoni din ssib li l-prodott, parti jew tagħmir ikun konformi tabilħaqq ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn u li dan ikun ukoll f'kondizzjoni ta' tħaddim mingħajr periklu.

SUB-PARTI Ġ - L-APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21A.131 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi:

(a) Il-proċedura għall-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn.

(b) Ir-regoli li jikkontrollaw id-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikant għal, jew l-okkupant ta', dawn l-approvazzjonijiet.

21A.133 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali ('organizzazzjoni') tista' tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Sub-parti.

L-applikant għandu:

(a) jiġġustifika li, għal għan definit ta' xogħol, l-approvazzjoni taħt din is-Sub-parti tkun waħda adattata biex ikun hemm turija ta' konformità ma' disinn speċifiku; u

(b) ikollu jew ikun applika għal approvazzjoni ta' dak id-disinn speċifiku; jew

(ċ) ikun aċċerta, permezz ta' arranġament xieraq ma' l-applikant għal, jew ma' l-okkupant ta', l-approvazzjoni ta' dak id-disinn speċifiku, ko-ordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn.

21A.134 L-Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha ssir lill-Awtorità Kompetenti f'forma u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, u għandha tinkludi qafas ta' l-informazzjoni meħtieġa f'21A.143 u t-termini ta' approvazzjoni meħtieġa biex jinħarġu taħt 21A.151.

21A.135 Il-Ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni ta' produzzjoni

Organizzazzjoni tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġ mill-Awtorità Kompetenti meta din tkun uriet konformità mal-kriterji applikabbli taħt din is-Sub-parti.

21A.139 Is-Sistema tal-Kwalità

(a) L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li hija stabbiliet u lesta żżomm sistema tal-kwalità. Is-sistema tal-kwalità għandha tkun dokumentata. Din għandha tkun tali li twassal lill-organizzazzjoni biex tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir manifatturat mill-organizzazzjoni jew mill-imsieħba tagħha, jew fornut minn jew sub-kontrattati lil terzi partijiet, ikunu jikkonformaw ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn u li dawn ikunu wkoll f'kondizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu, u għalhekk tkun tista' teżerċita l-privileġġi stabbiliti f'21A.163.

(b) Is-sistema tal-kwalità għandu jkollha:

1. Kif applikabbli fl-iskop ta' l-approvazzjoni, proċeduri ta' kontroll għal:

(i) Il-ħruġ, l-approvazzjoni jew it-tibdil ta' dokument.

(ii) Awditjar u kontroll tal-kontijiet tal-bejjiegħ u s-sub-kuntrattur.

(iii) Verifika li l-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir li jkun qed jasal, inlużi dawk l-oġġetti, ġodda jew użati, li jiġu fornuti minn xerrejja ta' prodotti, ikunu kif speċifikat fl-informazzjoni applikabbli tad-disinn.

(iv) L-identifikazzjoni u l-kwalità ta' għarfien.

(v) Proċessi ta' manifattura.

(vi) Stħarriġ u testjar, inklużi testijiet ta' l-ajru tal-produzzjoni.

(vii) Kalibrazzjoni ta' għodda, jigs, u tagħmir tat-test.

(viii) Kontroll fuq oġġetti li ma jikkonformawx.

(ix) Ko-ordinazzjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ma' l-applikant għal, jew ma' l-okkupant ta', l-approvazzjoni tad-disinn.

(x) It-tkomplija u ż-żamma tar-rekords.

(xi) Il-kompetenza u l-kwalifiki ta' l-istaff.

(xii) Il-ħruġ ta' dokumenti ta' rilaxx ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

(xiii) Immaniġġjar, ħażna u pakkjar.

(xiv) Awditjar intern tal-kwalità u azzjonijiet korrettivi li jittieħdu bħala riżultat.

(xv) Xogħol fit-termini ta' approvazzjoni li jkun sar fi kwalunkwe post għajr il-faċilitajiet approvati.

(xvi) Xogħol li jkun sar wara t-tkomplija tal-produzzjoni iżda qabel il-kunsinna, biex l-ajruplan jinżamm f'kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

Il-proċeduri ta' kontroll iridu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għal kwalunkwe parti kritika.

2. Funzjoni indipendenti ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità biex tissorvelja l-konformità ma', u l-adegwità ta', l-proċeduri dokumentati tas-sistema tal-kwalità. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta' feedback lill-persuna jew lil grupp ta' persuni msemmija f'21A.145(ċ)(2) u fl-aħħar lill-manager, kif hemm imsemmi f'21A.145 (ċ)(1) biex dan jiżgura, kif meħtieġ, azzjoni korrettiva.

21A.143 L-Espożizzjoni

(a) L-organizzazzjoni għandha tissottometti lill-Awtorità Kompetenti espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni billi tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. Dikjarazzjoni firmata mill-manager responsabbli li fiha jikkonferma li l-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni u kwalunkwe manwali assoċjati li jiddefinixxu l-konformità ta' l-organizzazzjoni approvata ma' din is-Sub-parti se jinżammu dejjem b'mod konformi.

2. It-titolu(i) u l-ismijiet tal-manager(s) aċċettati mill-Awtorità Kompetenti f'konformità ma' 21A.145(ċ)(2).

3. Id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-manager(s) kif meħtieġ f'21A.145(ċ)(2), inklużi l-materji li fuqhom dawn jistgħu jitrattaw direttament ma' l-Awtorità Kompetenti f'isem l-organizzazzjoni.

4. Chart organizzattiva li turi rabtiet assoċjati ta' responsabilità tad-diretturi kif meħtieġ f'21A.145(ċ)(1) u (2).

5. Lista li tiċċertifika l-istaff kif hemm imsemmi f'21A.145(d).

6. Deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi umani.

7. Deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet li hemm f'kull indirizz speċifikat fiċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

8. Deskrizzjoni ġenerali ta' l-għan tax-xogħol ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni relevanti għat-termini ta' approvazzjoni.

9. Il-proċedura għan-notifika ta' tibil organizattiv lill-Awtorità Kompetenti.

10. Il-proċedura ta' emenda għall-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

11. Deskrizzjoni tas-sistema tal-kwalità u l-proċeduri kif meħtieġa f'21A.1 39(b)(1).

12. Lista ta' dawk it-terzi partijiet imsemmija f'21A.139(a).

(b) L-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ biex tibqa' deskrizzjoni aġġornata ta' l-istess organizzazzjoni. Kopji ta' kwalunkwe emendi għandhom jiġu provduti lill-Awtorità Kompetenti.

21A.145 Il-Kriterji għall-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni sottomessa f'konformità ma' 21A.143 li:

(a) dwar il-kriterji ġenerali ta' l-approvazzjoni, l-faċilitajiet, l-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, in-numru u l-kompetenza ta' l-istaff, u l-organizzazzjoni ġenerali huma meħtieġa biex jitwettqu l-obbligi taħt 21A.165.

(b) dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-adegwità ta' l-avjazzjoni, l-ħoss, l-ivventjar għall-fuel u l-ħruġ ta' exhaust:

1. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun irċeviet din l-informazzjoni mill-Aġenzija, u mill-okkupant ta', jew l-applikant għal, ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip jew inkella approvazzjoni tad-disinn, biex din tistabbilixxi konformità ma' l-informazzjoni appikabbli tad-disinn.

2. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun stabbiliet proċedura biex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar l-adegwità ta' l-avjazzjoni, il-ħoss, l-ivventjar għall-fuel kif ukoll l-emissjonijiet ta' exhaust tiġi inkorportata b'mod korrett fl-informazzjoni tal-produzzjoni tagħha.

3. Tali informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-istaff kollu li jkollu bżonn jara din l-informazzjoni ħalli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

(ċ) fejn għandha x'taqsam l-amministrazzjoni u l-istaff:

1. Għandu jkun innominat manager mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni li jkun responsabbli lejn l-Awtorità Kompetenti. Ir-responsabilità tiegħu jew tagħha fi ħdan l-organizzazzjoni għandha tkun tikkonsisti f'li jiżgura li l-produzzjoni kollha tkun tilħaq livelli meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun kontinwament f'konformità ma' l-informazzjoni u l-proċeduri identifikati fl-espożizzjoni msemmija f'21A.143.

2. Persuna jew grupp ta' persuni jkunu ġew nominati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun f'konformità mal-kriterji ta' din il-Parti, u jkunu identifikati, flimkien mal-limitu ta' l-awtorità tagħhom. Din(dawn) il-persuna(i) għandhom jaħdmu taħt l-awtorità diretta tal-manaġer responsabbli li hemm imsemmi fis-sub-paragrafu (1). Il-persuni nominati jridu juru l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jesegwixxu r-responsabilitajiet tagħhom.

3. L-istaff fil-livelli kollha irid ikun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista' jwettaq ir-responsabilitajiet allokati lilu, u jkun hemm ko-ordinazzjoni sħiħa u effettiva fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni, speċjalment fejn jidħlu materji ta' informazzjoni dwar l-adegwità ta' l-avjazzjoni, l-ħoss, l-ivventjar għall-fuel u l-ħruġ ta' exhaust.

(d) dwar l-istaff li jiċċertifika, awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa taħt 21A.163 taħt l-għan u t-termini ta' approvazzjoni:

1. L-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħra fl-organizzazzjoni), u l-esperjenza ta' l-istaff li jiċċertifika jkunu adattati biex dan iwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu.

2. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha żżomm rekord ta' l-istaff kollu li jiċċertifika u dan għandu jinkludi dettalji tal-għan ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom.

3. L-istaff li jiċċertifika għandu jiġi provdut bl-evidenza ta' l-iskop ta' l-awtorizzazzjoni tiegħu.

21A.147 It-Tibdil fl-organizzazzjoni approvata ta' produzzjoni

(a) Wara l-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull tibdil f'organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li jista' jolqot b'mod sinifikanti t-turija tal-konformità jew l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fuelu l-ħruġ ta' exhaust tal-prodott, parti jew tagħmir, partikularment tibdil fis-sistema tal-kwalità, għandu jiġi approvat mill-Awtorità Kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni bil-miktub għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità Kompetenti, u l-organizzazzjoni għandha turi lill-Awtorità Kompetenti qabel ma jkun implementat it-tibdil, li hija se tkompli tikkonforma ma' din is-Sotto-parti.

(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata taħt din is-Sub-parti tkun tista' taħdem matul dan it-tibdil, sakemm l-Awtorità Kompetenti ma tikkonkludix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża.

21A.148 It-Tibil fil-lokalità

It-tibdil fil-post tal-faċilitajiet tal-manifattura ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandu jitqies bħala wieħed importanti, u għalhekk dan għandu jkun konformi ma' 21A.147.

21A.149 It-Trasferibbilità

Ħlief jekk ikun hemm xi tibdil ta' sidien, li huwa meqjus bħala importanti għall-għanijiet ta' 21A.147, l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni ma jistax jiġi trasferit.

21A.151 It-Termini ta' l-approvazzjoni

It-termini ta' l-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-għan tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u t-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom l-okkupant ta' l-approvazzjoni huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi taħt 21A.163.

Dawk it-termini jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21A.153 It-Tibdil fit-termini ta' l-approvazzjoni

Kull tibdil li jsir fit-termini ta' l-approvazzjoni għandu jiġi approvat mill-Awtorità Kompetenti. Applikazzjoni biex ikun hemm tibdil fit-termini ta' l-approvazzjoni għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Awtorità Kompetenti. L-applikant għandu jikkonforma mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti.

21A.157 L-Investigazzjonijiet

Organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tippermetti lill-Awtorità Kompetenti tagħmel kwalunkwe stħarriġ, inkluż stħarriġ fuq l-imsieħba u s-sub-kuntratturi, li jkun meħtieġ biex din tistabbilixxi jekk hemmx konformità u ssoktar ta' konformità mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti.

21A.158 It-Tisjib

(a) Meta tinsab evidenza oġġettiva li turi li min għandu l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni m'huwiex konformi mal-kriterji applikabbli ta' din il-Parti, it-tisjib għandu jkun klassifikat kif ġej:

1. Tisjib ta' l-ewwel livell huwa kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li jista' jwassal għal nuqqas ta' konformità mhux kontrollat ma' l-informazzjoni applikabbli tad-disinn u li jista' jaffettwa s-sigurtà ta' l-ajruplan.

2. Tisjib tat-tieni livell huwa kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li m'huwiex klassifikat bħala ta' l-ewwel wieħed.

(b) Tisjib tat-tielet livell huwa kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, b'evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' konformità taħt il-paragrafu (a).

(ċ) Wara li tkun waslet in-notifika tat-tisjib skond 21B.225,

1. Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel livell, min għandu l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jieħu azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon ta' l-Awtorità Kompetenti f'perjodu ta' mhux aktar minn 21 ġurnata ta' xogħol wara konferma bil-miktub tat-tisjib,

2. Fil-każ ta' tisjib tat-tieni livell, il-perjodu ta' azzjoni korrettiva li jingħata mill-Awtorità Kompetenti għandu jkun adattat skond in-natura tat-tisjib, iżda fi kwalunkwe każ fil-bidu dan m'għandux ikun aktar minn sitt xhur. F'ċerti ċirkostanzi u soġġett għan-natura tat-tisjib, l-Awtorità Kompetenti tista' testendi l-perjodu ta' sitt xhur, soġġett għal pjan sodisfaċenti ta' azzjoni korrettiva li dwaru jrid ikun hemm ftehim ma' l-Awtorità Kompetenti.

3. Tisjib tat-tielet livell ma jkunx jeħtieġ azzjoni immedjata mill-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(d) Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista' tiġi soġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revokazzjoni parzjali jew sħiħa taħt 21B.245. L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jagħti fi żmien biżżejjed konferma ta' l-irċevuta ta' l-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revokazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21A.159 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) L-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan jibqa' validu sakemm:

1. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni tonqos milli turi konformià mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti; jew

2. L-Awtorità Kompetenti ma titħalliex mill-okkupant ta' l-approvazzjoni, jew mill-imsieħba jew sub-kuntratturi tiegħu, biex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa f'konformità ma' 21A.157; jew

3. Ikun hemm evidenza li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax iżżomm kontroll tajjeb tal-manifattura tal-prodotti, partijiet jew tagħmir li hemm taħt l-approvazzjoni; jew

4. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni m'għadhiex tilħaq il-kriterji ta' 21A.133; jew

5. Iċ-ċertifikat ikun ġie ċedut jew revokat taħt 21B.245.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Awtorità Kompetenti.

21A.163 Il-Privileġġi

F'konformità mat-termini ta' l-approvazzjoni maħruġa taħt 21A.135, l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni jista':

(a) Jesegwixxi attivitajiet ta' produzzjoni taħt din il-Parti.

(b) Fil-każ ta' ajruplan komplut u wara preżentazzjoni ta' Dikjarazzjoni tal-Konformità (AESA Formola 52) taħt 21A.174, jikseb ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għall-ajruplan u ċertifikat tal-ħoss mingħajr aktar wiri.

(ċ) Fil-każ ta' prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (AESA Formola 1) taħt 21A.307 mingħajr aktar wiri.

(d) Iżomm ajruplan ġdid li huwa jkun ipproduċa u joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (AESA Formola 53) b'rabta ma' dik iż-żamma.

21A.165 L-Obbligi ta' min għandu l-approvazzjoni

L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

(a) Jiżgura li l-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni provduta f'konformità ma' 21A.143 u d-dokumenti li jirreferu għaliha, jintużaw bħala dokumenti bażiċi tax-xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni.

(b) Iżomm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni f'konformità ma' l-informazzjoni u l-proċeduri approvati għall-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(ċ) 1. Jara li kull ajruplan komplut ikun konformi mad-disinn tat-tip u li jkun f''kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu qabel ma jkunu sottomessi d-Dikjarazzjonijiet tal-Konformità lill-Awtorità Kompetenti, jew

2. Jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikun komplut u jkun konformi ma' l-informazzjoni tad-disinn approvat u li dawn ikunu f'kondizzjoni li jaħdmu mingħajr l-ebda periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 ta' l-AESA biex tkun ċertifikata l-adegwità ta' l-avjazzjoni, u barra minhekk, fil-każ tal-magni, jara skond l-informazzjoni provduta mill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna li kull magna kompluta tkun f'konformità mal-kriterji ta' emissjonijiet applikabbli kif definit f'21A.18(b), liema kriterji jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna, biex jiċċertifika l-konformità ta' l-emissjonijiet, jew

3. Jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikun konformi ma' l-informazzjoni applikabbli qabel il-ħruġ tal-Formola 1 ta' l-AESA bħala ċertifikat tal-konformità;

(d) Jirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol li jkun sar.

(e) Jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta' rappurtar ta' okkorrenzi fl-interess tas-sigurtà, biex ikun jista' jsir il-ġbir u l-eżaminar tar-rapporti ta' okkorrenzi biex ikunu identifikati xejriet kuntrarji jew indirizzati d-defiċjenzi, u biex jiġu estrattati wkoll okkorrenzi rappurtabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti marbuta ma' l-okkorrenzi u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni relatata.

(f) 1. Jirrapporta lill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew ta' l-approvazzjoni tad-disinn, il-każijiet kollha fejn prodotti, partijiet jew tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u wara jkun instab li hemm xi devjazzjonijiet mill-informazzjoni tad-disinn applikabbli, u jinvestiga ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew l-approvazzjoni tad-disinn biex ikunu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà.

2. Jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru d-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kondizzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà li jkunu ġew identifikati skond is-sub-paragrafu (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt 21A.3(b)(2), jew inkella jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru.

3. Fejn l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni ikun qed jagħmilha ta' fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ta' l-ewwel tkun irrilaxxat prodotti, partijiet jew tagħmir lill-organizzazzjoni l-oħra, u wara jkun instab li dawn għandhom devjazzjonijiet possibbli mill-informazzjoni tad-disinn applikabbli.

(g) Jipprovdi għajnuna lill-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew ta' l-approvazzjoni tad-disinn meta dawn ikunu qed jagħmlu kwalunkwe azzjonijiet marbuta ma' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, liema azzjonijiet ikollhom x'jaqsmu mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkun ġie manifatturat.

(h) Jistabbilixxi sistema ta' arkivjar li tkun tinkorpora fiha l-kriterji imposti fuq l-imsieħba, l-fornituri u s-sub-kuntratturi tiegħu. Din is-sistema għandha tiżgura l-konservazzjoni ta' l-informazzjoni użata biex tkun ġustifikata l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir. Din l-informazzjoni għandha tinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-Awtorità Kompetenti u għandha tinżamm biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir.

(i) Fejn, taħt it-termini ta' l-approvazzjoni, l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, dan għandu jara li kull ajruplan komplut ikun ġie soġġett għall-manutenzjoni meħtieġa u li dan ikun tabilħaqq f'kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat.

SUB-PARTI Ħ - ĊERTIFIKATI TA' L-ADEGWITÀ TA' L-AJRU

21A.171 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

21A.172 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li taħt isimha ajruplan ikun reġistrat jew se jiġi reġistrat fi Stat Membru ('l-Istat Membru li qed jirreġistra'), jew ir-rappreżentant tagħha, hija eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal dak l-ajruplan taħt din is-Sub-parti.

21A.173 Il-Klassifikazzjoni

Iċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandhom ikunu klassifikati kif ġej:

(a) Ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandhom jinħarġu lil ajruplani li jikkonformaw ma' ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f'konformità ma' din il-Parti.

(b) Ċertifikat ristretti ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jinħarġu lil ajruplani:

1. li jikkonformaw ma' ċertifikat ristrett tat-tip li jkun inħareġ f'konformità ma' din il-Parti; jew

2. li jkunu ntwerew lill-Aġenzija li jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni li jiżguraw sigurtà adegwata.

(ċ) Permessi għal titjiriet jinħarġu lil ajruplani li għalkemm ma jilħqux, jew ma wrewx li jilħqu, l-ispeċfikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, xorta waħda jistgħu jagħmlu titjiriet b'sigurtà taħt kondizzjonijiet definiti.

21A.174 L-Applikazzjoni

(a) F'konformità ma' 21A.172, applikazzjoni għal ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

(b) Kull applikazzjoni għal ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jew għal ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandha tinkludi:

1. il-klassi taċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li għaliha tkun saret l-applikazzjoni;

2. fejn għandu x'jaqsam ajruplan ġdid:

(i) Dikjarazzjoni tal-Konformità:

- maħruġa taħt 21A.163(b), jew

- maħruġa taħt 21A.130 u validata mill-Awtorità Kompetenti,

- jew, għal ajruplan impurtat, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità li qed tesporta dak l-ajruplan li dan jikkonforma ma' disinn approvat mill-Aġenzija

(ii) Rapport dwar it-toqol u l - bilanċ bi skeda tat-tagħbija.

(iii) Il-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ bil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli għal dak l-ajruplan partikulari.

3. fejn għandu x'jaqsam ajruplan użat:

(i) li jkun ġej minn xi Stat Membru, ċertifikat tar-reviżjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni maħruġ f'konformità mal-Parti M.

(ii) li jkun ġej minn Stat li mhux membru:

- dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat fejn l-ajruplan huwa, jew kien, reġistrat, li tirrefletti l-istat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' l-ajruplan fuq ir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment.

- rapport dwar it-toqol u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija.

- il-manwal tat-titjira meta materjal bħal dan ikun meħtieġ bil-kodiċi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli għal dak l-ajruplan partikulari.

- rekords storiċi biex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni ta' l-ajruplan, inklużi l-limitazzjonijiet kollha assoċjati maċ-ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni taħt 21A.184(ċ).

- rakkmandazzjoni ta' ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jew ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni kif ukoll ta' ċertifikat tar-reviżjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni wara li tkun saritlu reviżjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni f'konformità mal-Parti M.

(ċ) Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fis-sub-paragrafi (b)(2)(i) u (b)(3)(ii) għandhom jinħarġu sa mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni ta' l-ajruplan lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

(d) Kull applikazzjoni għall-permess biex ajruplan itir għandha tinkludi:

1. L-għan tat-titjira(iet);

2. L-itinerarji jew l-ispazju ta' l-ajru, jew it-tnejn, użati għat-titjira;

3. L-ekwipaġġ minimu tat-titjira u l-kwalifiki tiegħu, meħtieġ biex iħaddem l-ajruplan;

4. Restrizzjonijiet għall-ġarr ta' persuni għajr l-ekwipaġġ tat-titjira;

5. Il-modi li fihom l-ajruplan ma jikkonformax ma' l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

6. Kwalunkwe restrizzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa biex l-ajruplan jaħdem mingħajr periklu;

7. Kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa biex ikunu preskritti l-limitazzjonijiet ta' tħaddim.

21A.175 Il-Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, l-listi, l-immarkar tat-tagħmir kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra meħteġa mill-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni, għandhom ikunu preżentati f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew aktar tal-Komunità Ewropea, u din għandha tkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.177 L-Emenda jew il-modifika

Ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jista' jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.179 It-Trasferibilità u l-ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

(a) Fejn ikunu nbidlu s-sidien ta' l-ajruplan:

1. Jekk dan jibqa' fl-istess reġistru, ċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, jew iċ-ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li jkun konformi biss maċ-ċertifikat ristrett tat-tip, għandu jiġi trasferit flimkien ma' l-ajruplan;

2. Jekk l-ajruplan ikun reġistrat fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, jew iċ-ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li jkun konformi biss maċ-ċertifikat ristrett tat-tip, għandu jinħareġ:

(i) mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' qabel u taċ-ċertifikat tar-reviżjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni validu maħruġ taħt il-Parti M, u

(ii) meta jkun hemm konformità ma' 21A.175.

(b) Meta l-ajruplan ikun bidel is-sidien, u l-ajruplan ikollu:

1. ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni li ma jkunx konformi maċ-ċertifikat ristrett tat-tip, jew

2. permess li jtir,

dawn iċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandhom jiġu trasferiti flimkien ma' l-ajruplan, sakemm l-ajruplan jibqa' fl-istess reġistru, jew jinħarġu biss mal-ftehim formali ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra u li lilu dan ikun ġie trasferit.

21A.180 L-Ispezzjonijiet

L-okkupant ta' ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandu jipprovdi aċċess għall-ajruplan li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, hekk kif appena jkun hemm talba mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.181 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jinħareġ għal perjodu limitat. Dan għandu jibqa' validu soġġett għal:

1. konformità mad-disinn applikabbli tat-tip u mal-kriterji ta' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni; u

2. l-ajruplan jekk jibqax fl-istess reġistru; u

3. ċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat ristrett tat-tip, li taħtu dan ikun inħareġ, li ma jkunx ġie invalidat qabel taħt 21A.51.

4. ċ-ċertifikat li ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt 21B.330.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.182 L-identifikazzjoni ta' l-ajruplani

Kull applikant li jkun qed japplika għal ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni taħt din is-Sub-parti għandu juri li l-ajruplan tiegħu jkun identifikat f'konformità mas-Sub -parti N.

21A.183 Il-Ħruġ ta' ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat li qed jirreġistra għandha toħroġ ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal:

1. ajruplan ġdid:

(i) wara li ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa f'21A.174(b)(2).

(ii) meta l-ajruplan ikun jikkonforma ma' disinn approvat u jkun f'kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

2. ajruplan użat:

(i) wara li ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa f'21A.174(b)(3) li tkun turi li:

- l-ajruplan ikun jikkonforma ma' disinn tat-tip approvat taħt ċertifkat tat-tip u taħt kwalunkwe ċertifikat supplementari tat-tip, tibdil jew tiswija approvati f'konformità ma' din il-Parti, kif ukoll mad-direttivi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni applikabbli, u

- l-ajruplan ikun ġie spezzjonat f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti M; u

(ii) meta l-ajruplan jikkonforma ma' disinn approvat u jkun f'kondizzjoni li dan jaħdem mingħajr periklu. Dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.184 Il-Ħruġ ta' ċertifikati ristretti ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandu joħroġ ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal:

1. ajruplan ġdid, wara l-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa f'21A.174(b)(2) li din tkun turi li l-ajruplan ikun konformi ma' disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat ristrett tat-tip jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni, u li dan ikun f'kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

2. ajruplan użat:

(i) wara l-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa f'21A.174(b)(3) li tkun turi li:

- l-ajruplan ikun konformi ma' disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat ristrett tat-tip jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni, u

- jkun hemm konformità mad-direttivi applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, u

- l-ajruplan ikun ġie spezzjonat f'konformità mad-dispożizzjonijiet xierqa tal-Parti M; u

(ii) meta l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra tkun sodisfatta li l-ajruplan ikun konformi mad-disinn approvat u li dan ikun f'kondizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

(b) Għal ajruplan li ma jistax jikkonforma mal-kriterji essenzjali li hemm imsemmija fir-Regolament bażiku u li m'huwiex eliġibbli għal ċertifikat ristrett tat-tip, l-Aġenzija għandha tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn il-kriterji essenzjali:

1. toħroġ u tivverifika l-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni biex tkun żgurata s-sigurtà fejn għandu x'jaqsam l-użu maħsub tiegħu, u

2. tispeċifika l-limitazzjonijiet ta' l-użu ta' dan l-ajruplan.

(ċ) Limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma' ċertifikati ristretti ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, inklużi - jekk ikun meħtieġ - restrizzjonijiet fuq l-ispazju ta' l-ajru, biex jiġu kunsidrati d-devjazzjonijiet mill-kriterji essenzjali għall-adegwità ta' l-avjazzjoni stabbiliti fir-Regolament bażiku.

21A.185 Il-Ħruġ ta' permessi għal titjir fl-ajru

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha toħroġ permess għat-titjir wara li l-Aġenzija tkun sabet li r-restrizzjonijiet ta' l-ajruplan, u dawk assoċjati magħhom, li jkunu qed jikkompensaw għat-tbegħid mill-kriterji essenzjali, jkunu tabilħaqq jippermettu li l-ajruplan jagħmel titjira bażika mingħajr l-ebda periklu. Għal dak il-għan, l-Aġenzija tista' tagħmel, jew titlob lill-applikant biex jagħmel, spezzjonijiet jew testijiet adattati biex b'hekk tkun żgurata s-sigurtà.

SUB-PARTI I - ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21A.201 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-ħoss.

21A.203 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li taħt isimha jkun reġistrat ajruplan jew se jkun reġistrat fi Stat Membru (Stat Membru li qed jirreġistra), jew ir-rappreżentant tagħha, hija eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-ħoss għal dak l-ajruplan taħt din is-Sub-parti.

21A.204 L-Applikazzjoni

(a) F'konformità ma' 21A.203, applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

(b) Kull applikazzjoni għandha tinkludi:

1. dwar ajruplan ġdid:

(i) Dikjarazzjoni ta' konformità:

- maħruġa taħt 21A.163(b), jew

- maħruġa taħt 21A.130 u validata mill-Awtorità Kompetenti

- jew, għal ajruplan impurtat, dikjarazzjoni, iffirmata mill-awtorità li qed tesposta li l-ajruplan jikkonforma ma' disinn approvat mill-Aġenzija, u

(ii) L-informazzjoni dwar il-ħoss, stabbilita f'konformità mal-kriterji applikabbli dwar il-ħoss. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża fil-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ bil-kodiċi applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għall-ajruplan partikulari.

2. dwar ajruplan użat:

(i) L-informazzjoni dwar il-ħoss, stabbilita f'konformità mal-kriterji applikabbli dwar il-ħoss. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża fil-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ bil-kodiċi applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal dak l-ajruplan partikulari, u

(ii) Rekords storiċi biex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni ta' l-ajruplan.

(ċ) Sakemm mhux miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet msemmija fis-sub-paragrafi (b)(1) għandhom jinħarġu sa mhux aktar tard minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni ta' l-ajruplan lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.205 Il-Ħruġ ta' ċertifikati tal-ħoss

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha toħroġ ċertifikati tal-ħoss wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti meħtieġa f'21A.204(b).

21A.207 L-emenda jew il-modifika

Ċertifikat tal-ħoss jista' jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

21A.209 It-Trasferibilità u l-ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

Meta jkunu nbidlu s-sidien ta' ajruplan:

(a) jekk l-ajruplan jibqa' fuq l-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jiġi trasferit flimkien ma' l-ajruplan; jew

(b) jekk l-ajruplan imur fuq ir-reġistru ta' Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss ta' qabel.

21A.210 L-Ispezzjonijiet

L-okkupant ta' ċertifikat tal-ħoss għandu jipprovdi aċċess għall-ajruplan li għalih ikun inħareġ, fuq talba, ċ-ċertifikat tal-ħoss mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra jew inkella mill-Aġenzija, biex isiru spezzjonijiet fuqu.

21A.211 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan jibqa' validu soġġett għal:

1. konformità mad-disinn applikabbli tat-tip, u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali u ta' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni; u

2. jekk l-ajruplan jibqax fuq l-istess reġistru; u

3. iċ-ċertifkat tat-tip jew iċ-ċertifikat ristrett tat-tip, li taħtu dan ikun inħareġ, li ma jkunx ġie invalidat qabel taħt 21A.51.

4. iċ-ċertifikat li ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt 21B.430.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra.

SUB-PARTI J - L-APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21A.231 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn kif ukoll regoli li jikkontrollaw d-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikant għal, jew l-okkupant ta', tali approvazzjonijiet.

21A.233 L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali ("organizzazzjoni") għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Sub-parti

(a) f'konformità ma' 21A.14, 21A.112B, 21A.432B jew 21A.602B; jew

(b) għall-approvazzjoni ta' tibdil minuri jew ta' disinn ta' tiswija minuri, meta meħtieġa għall-għan li jinkisbu l-privileġġi taħt 21A.263.

21A.234 L-Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas ta' l-informazzjoni meħtieġa f'21A.243, u t-termini ta' approvazzjoni meħtieġa li jinħarġu taħt 21A.251.

21A.235 Il-Ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn

Organizzazzjoni tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn maħruġ mill-Aġenzija, meta din tkun uriet konformità mal-kriterji applikabbli taħt din is-Sub-parti.

21A.239 Is-Sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn

(a) Organizzazzjoni tad-disinn għandha turi li din tkun stabbiliet u tista' żżomm sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn għall-kontroll u s-superviżjoni tad-disinn, u tat-tibdil fid-disinn, ta' prodotti, partijiet u tagħmir kopert bl-applikazzjoni. Din is-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn għandha tkun tali li biha l-organizzazzjoni tkun tista':

1. Tiżgura li d-disinn tal-prodotti, partijiet u tagħmir jew it-tibdil fid-disinn ta' dawn, ikun konformi mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali; u

2. Tiżgura li r-responsabilitajiet tagħha jitwettqu kif suppost f'konformità ma':

(i) Id-dispożizzjonijiet xierqa ta' din il-Parti; u

(ii) It-termini ta' approvazzjoni taħt 21A.251.

3. Biex tissorvelja b'mod indipendenti l-konformità ma', u l-adegwità ta', l-proċeduri dokumentati tas-sistema. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta' rispons lil persuna jew grupp ta' persuni li jkollhom ir-responsabilità li jiżguraw azzjonijiet korrettivi.

(b) is-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn għandha tinkludi funzjoni indipendenti li tivverifika t-turija ta' konformità, li fuqha l-organizzazzjoni tissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-konformità u dokumentazzjoni oħra relatata lill-Aġenzija.

(ċ) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tispeċifika l-manjiera li fiha s-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn twassal biex il-partijiet jew it-tagħmir iddisinjat jew ix-xogħol li jkun sar mill-imsieħba jew mis-sub-kuntratturi jiġu aċċettati skond metodi li jkunu s-suġġett ta' proċeduri miktuba.

21A.243 L-Informazzjoni

(a) Kull organizzazzjoni tad-disinn għandha tipprovdi manwal lill-Aġenzija li jiddeskrivi, direttament jew billi ssir referenza, l-organizzazzjoni, il-proċeduri relevanti, u l-prodotti jew it-tibdil fil-prodotti li se jiġu disinjati.

(b) Fejn kwalunkwe partijiet jew tagħmir jew kwalunkwe tibdil fil-prodotti ikunu ġew iddisinjati minn organizzazzjonijiet imsieħba jew sub-kuntratturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni fuq kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista' tagħti, għall-partijiet u t-tagħmir kollu, l-assigurazzjoni tal-konformità meħtieġa f'21A.239(b), u għandu jkun fih ukoll, direttament jew billi ssir referenza, deskrizzjonijiet u informazzjoni fuq l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta' dawk imsieħba jew sub-kuntratturi, kif ikun meħtieġ, biex jistabbilixxi din id-dikjarazzjoni.

(ċ) Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa' deskrizzjoni aġġornata ta' l-organizzazzjoni, u kopji ta' l-emendi għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija.

(d) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tforni dikjarazzjoni tal-kwalifiki u l-esperjenza ta' l-istaff maniġerjali u ta' persuni oħra responsabbli mit-teħid ta' deċiżjonijiet li jaffettwaw l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-protezzjoni ambjentali fl-organizzazzjoni.

21A.245 Il-Kriterji ta' l-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni sottomessa f'konformità ma' 21A.243 li, barra milli tkun konformi ma' 21A.239:

(a) L-istaff fid-diparteamenti tekniċi kollha jkun ta' numru suffiċjenti u ta' l-esperjenza, u jkun ingħata wkoll l-awtorità xierqa biex ikun jista' jwettaq r-responsabilitajiet allokati lilu u li dawn, flimkien ma' l-akkommodazzjoni, l-faċilitajiet u t - tagħmir, ikunu adegwati biżżejjed biex l-istaff ikun jista' jilħaq l-oġġettivi marbuta ma' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, il-ħoss, l-ivventjar għall-fuel u l-ħruġ ta' l-exhausttal-prodott.

(b) Ikun hemm ko-ordinament sħiħ u effiċjenti bejn id-diparteamenti u fi ħdan id-diparteamenti fejn jidħlu materji marbuta ma' l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-protezzjoni ambjentali.

21A.247 It-Tibdil fis-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn, kull tibdil fis-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti għat-turija ta' konformità jew għall-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-protezzjoni ambjentali tal-prodott, irid jiġi approvat mill-Aġenzija. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-Aġenzija u l-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi lill-Aġenzija, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-tibdil propost fil-manwal, u qabel l-implimentazzjoni tat-tibdil, li din lesta żżomm konformità ma' din is-sub-parti anki wara l-implimentazzjoni.

21A.249 It-Trasferibilità

Ħlief għal tibdil fis-sidien, li huwa meqjus bħala wieħed sinifikanti għall-għanijiet ta' 21A.247, l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn mhuwiex wieħed trasferibbli.

21A.251 It-Termini ta' l-approvazzjoni

It-termini ta' approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi tax-xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, partijiet u tagħmir li għalih l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni bħala tali, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni hija obbligata twettaq dwar l-adegwità ta' l-avjazzjoni u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fuel u l-ħruġ ta' exhaust tal-prodotti. Għall-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn li tkopri ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għal Unit ta' Qawwa Awżiljarja (APU), it-termini ta' l-approvazzjoni għandhom ikollhom ukoll il-lista tal-prodotti jew APU. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn.

21A.253 It-Tibdil fit-termini ta' l-approvazzjoni

Kull tibdil li jsir fit-termini ta' l-approvazzjoni għandu jiġi approvat mill-Aġenzija. Applikazzjoni għal tibdil fit-termini ta' l-approvazzjoni għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tkun konformi mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti.

21A.257 L-Investigazzjonijiet

(a) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tagħmel l-arranġamenti kollha li jippermettu lill-Aġenzija biex din tagħmel kwalunkwe investigazzjonijiet, inkluż stħarriġ fuq l-imsieħba u s-sub-kuntratturi, liema stħarriġ huwa meħtieġ biex ikunu stabbiliti l-konformità u l-issoktar tal-konformità mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti.

(b) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tippermetti lill-Aġenzija biex tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe stħarriġ, kif ukoll tagħmel jew tixhed għal kwalunkwe titjira u test fuq l-art li jkunu meħtieġa biex tkun verifikata l-validità tad-dikjarazzjonijiet ta' konformità sottomessi mill-applikant taħt 21A.239(b).

21A.258 It-Tisjib

(a) Meta jkun hemm evidenza oġġettiva li tkun turi nuqqas ta' konformità ta' l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn mal-kriterji applikabbli ta' din il-Parti, t-tisjib għandu jkun klassifikat kif ġej:

1. Tisjib ta' l-ewwel livell huwa kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li jista' jwassal biex ikun hemm nuqqas ta' konformità mhux kontrollata mal-kriterji applikabbli, u li jista' jaffettwa s-sigurtà ta' l-ajruplan.

2. Tisjib tat-tieni livell huwa kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' din il-Parti li m'huwiex klassifikat bħala ta' l-ewwel livell.

(b) Tisjib tat-tielet livell huwa kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta' evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' konformità taħt il-paragrafu (a).

(ċ) Wara l-irċevuta tan-notifika tat-tisjib taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli li jkunu ġew stabbiliti mill-Aġenzija,

1. Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel livell, l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn għandu jieħu azzjoni korrettiva għad-sodisfazzjon ta' l-Aġenzija f'perjodu ta' mhux aktar minn 21 ġurnata ta' xogħol wara l-konferma bil-miktub tat-tisjib;

2. Fil-każ ta' tisjib tat-tieni livell, il-perjodu ta' azzjoni korrettiva li jingħata mill-Aġenzija għandu jkun adattat skond in-natura tat-tisjib, iżda fi kwalunkwe każ fil-bidu m'għandux ikun aktar minn sitt xhur. F'ċerti ċirkostanzi, u skond in-natura ta' l-istess tisjib, l-Aġenzija tista' testendi l-perjodu ta' sitt xhur, dan soġġett għal pjan tajjeb ta' azzjoni korrettiva li dwaru għandu jkun hemm ftehim ma' l-Aġenzija.

3. Tisjib tat-tielet livell ma jkunx jeħtieġ azzjoni immedjata mill-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn.

(d) Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel u t-tieni livell, l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn tista' tiġi soġġetta għal sospensjoni jew revokazzjoni parzjali jew sħiħa taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli li jkunu ġew stabbiliti mill-Aġenzija. L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn għandu jipprovdi fi żmien tajjeb konferma ta' l-irċevuta ta' l-avviż tas-sospensjoni jew tar-revokazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn.

21A.259 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Approvazzjoni ta' organizzzazzjoni tad-disinn għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa' valida sakemm:

1. L-organizzazzjoni tad-disinn tonqos milli tkompli turi konformità mal-kriterji applikabbli ta' din is-Sub-parti; jew

2. L-Aġenzija ma titħalliex mill-okkupant ta' tali approvazzjoni, jew inkella mill-imsieħba jew sub-kuntratturi tiegħu, li twettaq l-istħarriġ f'konformità ma' 21A.257; jew

3. Ikun hemm evidenza li s-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn ma tistax iżżomm kontroll tajjeb u superviżjoni fuq id-disinn tal-prodotti jew fuq it-tibdil li jsir fuqhom taħt l-approvazzjoni; jew

4. iċ-ċertifikat jkun ġie ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli li jkunu ġew stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21A.263 Il-Privileġġi

(a) L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat li jwettaq attivitajiet ta' disinn taħt din il-Parti u fi ħdan l-iskop ta' l-approvazzjoni.

(b) Soġġett għal 21A.257(b), id-dokumenti ta' konformità sottomessi mill-applikant bl-għan li jikseb:

1. ċertifikat tat-tip jew approvazzjoni ta' tibdil maġġuri f'disinn tat-tip; jew

2. ċertifikat supplementari tat-tip; jew

3. awtorizzazzjoni ta' l-ETSO taħt 21A.602(b)(1);

4. approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri;

għandhom jiġu aċċettati mill-Aġenzija mingħajr aktar verifika.

(ċ) L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fi ħdan it-termini ta' l-approvazzjoni u taħt il-proċeduri relevanti tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn:

1. li jikklassifika t-tibdil fid-disinn tat-tip u t-tiswijiet bħala "maġġuri" jew "minuri".

2. japprova tibdil minuri fid-disinn tat-tip u tiswijiet minuri.

3. joħroġ informazzjoni jew struzzjonijiet li jkun fihom din id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Il-kontenut tekniku ta' dan id-dokument huwa approvat taħt l-awtorità ta' l-AOD nru. [AESA]. J. [xyz].

4. japprova tibdil dokumentarju fil-manwal tat-titjira ta' l-ajruplan, u joħroġ tali tibdil billi jkollu din id-dikjarazzjoni: 'Reviżjoni nru. xx għall-MTA ref. yyy, hija approvata taħt l-awtorità ta' l-AOD nru.[AESA].J.[xyz].

5. japprova d-disinn ta' tiswijiet maġġuri ta' prodotti li għalihom ikollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat supplementari tat-tip.

21A.265 L-Obbligi ta' l-okkupant ta' l-approvazzjoni

L-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu:

(a) Iżomm il-manwal f'konformità mas-sistema ta' l-assigurazzjoni tad-disinn;

(b) Jiżgura li dan il-manwal jintuża bħala dokument bażiku ta' xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni;

(ċ) Jistabbilixxi li d-disinn tal-prodotti, jew it-tibdil jew it-tiswijiet li jsir fihom, kif applikabbli, ikun konformi mal-kriterji applikabbli u ma jkollux karatteristiċi ta' nuqqas ta' sigurtà;

(d) Ħlief għal tibdiliet jew tiswijiet minuri approvati taħt il-privileġġ ta' 21A.263, jipprovdi lill-Aġenzija dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata li jikkonfermaw il-konformità mal-paragrafu (ċ);

(e) Jipprovdi lill-Aġenzija informazzjoni jew struzzjonijiet relatati għall-azzjonijiet meħtieġa taħt 21A.3B.

SUB-PARTI K - PARTIJIET U TAGĦMIR

21A.301 Il-Għan

Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura marbuta ma' l-approvazzjoni ta' partijiet u tagħmir.

21A.303 Il-Konformità mal-kriterji applikabbli

It-turija ta' konformità ta' partijiet u tagħmir li se jiġi installat fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun magħmula:

(a) F'rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Sub-partijiet B, D jew E għall-prodott li fih dan se jkun installat; jew

(b) Fejn applikabbli, taħt il-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO tas-Sub-parti L; jew

(ċ) Fil-każ ta' partijiet standard, f'konformità ma' standards rikonoxxuti uffiċjalment.

21A.305 L-Approvazzjoni ta' partijiet u tagħmir

Fil-każijiet kollha fejn l-approvazzjoni ta' parti jew tagħmir hija meħtieġa b'mod espliċitu bil-liġi tal-Komunità jew bil-miżuri ta' l-Aġenzija, il-parti jew it-tagħmir għandu jikkonforma ma' l-ETSO applikabbli jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikulari.

21A.307 Ir-Rilaxx ta' partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

L-ebda parti jew tagħmir (ħlief għal partijiet standard), m'għandhom ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip, sakemm dawn:

(a) Ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (AESA Formola 1), li jiċċertifika l-adegwità ta' l-avjazzjoni; u

(b) Ma jkunux immarkati f'konformità mas-Sub-parti N.

(SUB-PARTI L - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI M - IT-TISWIJIET

21A.431 Il-Għan

(a) Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija, u tistabbilixxi wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikanti għal, jew l-okkupant ta', dawk l-approvazzjonijiet.

(b) "Tiswija" tfisser it-tneħħija ta' difett u/jew li prodott, parti jew tagħmir jerġa' jilħaq mill-ġdid il-kondizzjoni ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni wara li fil-bidu dan ikun ġie rilaxxat fis-servizz mill-manifattur.

(ċ) It-tneħħija ta' difett billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta' attività ta' disinn għandha titqies bħala xogħol ta' manutenzjoni, u għalhekk ma jkunx hemm bżonn ta' approvazzjoni taħt din il-Parti.

(d) Tiswija fuq oġġett ta' l-ETSO għandha tiġi trattata bħala tibdil fid-disnn ta' l-ETSO u għandha tkun proċessata f'konformità ma' 21A.611.

21A.432 L-Eliġibilità

(a) Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, l-kapaċità tagħha taħt 21A.432 B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri taħt il-kondizzjonijiet li hemm stabbiliti f'din is-Sub-parti.

(b) Kwalunkwe persuna naturali jew legali tista' tapplika għall-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija minuri.

21A.432B It-Turija tal-kapaċità

(a) Applikant għall-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġ mill-Aġenzija f'konformità mas-Sub-parti H.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista' jagħmel ftehim ma' l-Aġenzija għall-użu ta' proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn speċifiku, ir-riżorsi u s-sekwenza ta' l-attivitajiet meħtieġa li jikkonformaw ma' din is-Sub-parti.

21A.433 Id-Disinn tat-tiswija

(a) L-applikant għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija għandu:

1. Juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat supplementari tat-tip, skond kif japplika, jew ma' dawk li jkunu effettivi fid-data ta' l-applikazzjoni (għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija), kif ukoll ma' kwalunkwe emendi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni jew kondizzjonijiet speċjali li l-Aġenzija ssib bħala meħtieġa biex ikun stabbilit livell ta' sigurtà simili għal dak stabbilit bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorportata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat supplementari tat-tip.

2. Jissottometti l-informazzjoni sostanzjanti kollha meħtieġa meta din tintalab mill-Aġenzija.

3. Jiddikjara konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mal-kriterji tal-protezzjoni ambjentali tas-sub-paragrafu (a)(1).

(b) Fejn l-applikant ma jkunx dak li jkollu ċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat supplementari tat-tip, skond kif japplika, l-applikant jista' jikkonforma mal-kriterji tal-paragarfu (a) permezz ta' l-użu tar-riżorsi tiegħu stess jew inkella permezz ta' arranġament ma' l-okkupant ta' ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, skond kif ikun japplika.

21A.435 Il-Klassifikazzjoni tat-tiswija

(a) Tiswija tista' tkun "maġġuri" jew "minuri". Il-klassifikazzjoni għandha ssir f'konformità be mal-kriterji ta' 21A.91 għal tibdil fid-disinn tat-tip.

(b) Tiswija tiġi klassifikata bħala "maġġuri" jew "minuri" taħt il-paragarfu (a) jew:

1. Mill-Aġenzija, jew

2. Minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt il-proċedura miftehma ma' l-Aġenzija.

21A.437 Il-Ħruġ ta' l-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija

Meta jiġi dikjarat u jintwera bis-sħiħ li d-disinn tat-tiswija jkun jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u l-kriterji tal-protezzjoni ambjentali ta' 21A.433(a)(1), dan għandu jiġi approvat:

(a) mill-Aġenzija, jew

(b) minn organizzazzjoni approvata kif suppost u li jkollha wkoll iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat supplementari tat-tip, taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim ma' l-Aġenzija, jew

(ċ) għal tiswijiet minuri biss, minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim ma' l-Aġenzija.

21A.439 Il-Produzzjoni ta' partijiet tat-tiswija

Il-partijiet u t-tagħmir li jintużaw għal biex issir it-tiswija għandhom ikunu manifatturati f'konformità ma' l-informazzjoni tal-produzzjoni bażata fuq l-informazzjoni kollha meħtieġa tad-disinn, kif provdut mill-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:

(a) Taħt is-Sub-parti F, jew

(b) Minn organizzazzjoni approvata kif suppost f'konformità mas-Sub-parti Ġ, jew

(ċ) Minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost.

21A.441 It-Tiswir tat-tiswija

(a) It-tiswir ta' tiswija għandu jsir minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata kif suppost f'konformità mas-Sub-parti Ġ, taħt il-privileġġ 21A.163.

(b) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tgħaddi lill-organizzazzjoni li se twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa ta' l-installazzjoni.

21A.443 Il-Limitazzjonijiet

Disinn ta' tiswija jista' jkun approvat soġġett għal ċerti limitazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandha tkun tinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha meħtieġa. Dawn l-istruzzjonijiet u limitazzjonijiet għandhom jintbagħtu mill-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operatur f'konformità ma' proċedura li dwarha jkun hemm ftehim ma' l-Aġenzija.

21A.445 Difett mhux imsewwi

(a) Meta prodott, parti jew tagħmir difettuż jitħalla mhux imsewwi, u dan ma jkunx kopert minn informazzjoni approvata qabel, l-evalwazzjoni tad-difett li jista' jaffettwa l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' dan tista' ssir biss:

1. Mill-Aġenzija, jew

2. Minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim ma' l-Aġenzija. Kwalunkwe limitazzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu proċessati f'konformità mal-proċeduri ta' 21A.443.

(b) Fejn l-organizzazzjoni li tkun qed tevalwa d-difett taħt il-paragrafu (a) ma tkunx la l-Aġenzija u lanqas l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, din l-organizzazzjoni għandha tiġġustifika li l-informazzjoni li fuqha hija bażata l-evalwazzjoni tkun waħda adegwata jew mir-riżorsi ta' l-organizzazzjoni stess jew permezz ta' ftehim ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, jew il-manifattur, skond kif japplika.

21A.447 Iż-Żamma tar-rekords

Għal kull tiswija, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija relevanti, it-tpinġijiet, ir-rapporti tat-testijiet, l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet possibbli kollha li jkunu nħarġu f'konformità ma' 21A.443, il-ġustifkazzjoni għall-klassifikazzjoni, kif ukoll l-evidenza ta' l-approvazzjoni tad-disinn, għandhom:

(a) jinżammu mill-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għad-dispożizzjoni ta' l-Aġenzija, u

(b) jinżammu mill-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli jkun żgurat l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni tal-prodotti, partijiet jew tagħmir li fuqu tkun saret it-tiswija.

21A.449 Struzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) l-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandu jipprovdi minn ta' l-anqas sett wieħed komplut ta' dak it-tibdil fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, li jkun ġej bħala riżultat tad-disinn tat-tiswija. Dan għandu jinkludi informazzjoni deskrittiva u struzzjonijiet ta' eżekuzzjoni mħejjija f'konformità mal-kriterji applikabbli, għal kull operatur ta' ajruplan li jkun jinkorpora t-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista' jkun rilaxxat għas-servizz qabel ma jkun tlesta t-tibdil f'dawk l-istruzzjonijiet, imma dan għandu jkun għal perjodu ta' servizz limitat biss, u fi ftehim ma' l-Aġenzija. Dak it-tibdil fl-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma' kwalunkwe mit-termini ta' dak it-tibdil fl-istruzzjonijiet. Id-disponiblità ta' xi, jew ta' taqsima sħiħa ta', tibdil fil-manwal għall-istruzzjonijiet ta' l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, marbuta ma' l-ispezzjoni jew ma' forom oħra ta' manutenzjoni kbira, tista' tittardja sa wara ma l-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dan għandu jkun disponibbli qabel ma kwalunkwe prodotti jkunu laħqu l-età relevanti jew is-sigħat/ċikli ta' tijiriet.

(b) jekk għal dak it-tibdil fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni jinħarġu aġġornamenti mill-okkupant ta' l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija, wara li t-tiswija tkun ġiet l-ewwel approvata, dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu provduti lil kull operatur u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra meħtieġa li tikkonforma ma' kwalunkwe mit-termini ta' dak it-tibdil fl-istruzzjonijiet. Programm li juri kif se jitqassmu l-aġġornamenti għat-tibdil fl-istruzzjonijiet għall-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għandu jkun sottomess lill-Aġenzija.

21A.451 L-Obbligi u l-immarkar ta' l-AEP

(a) Kull okkupant ta' approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija maġġuri għandu:

1. iwettaq l-obbligi:

(i) stabbiliti f'21A.3, 21A.3B, 21A.4, 21A.439, 21A.441, 21A.443, 21A.447 u 21A.449;

(ii) li hemm impliċiti fil-kollaborazzjoni ma' l-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat supplementari tat-tip, jew it-tnejn, taħt 21A.433 (b), kif suppost.

2. jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri AEP ('Approvazzjoni Ewropea tal-Parti'), f'konformità ma' 21A.804(a).

(b) Ħlief għal dawk li jkollhom ċertifikat tat-tip li għalihom ikun japplika 21A.44, l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija minuri għandu:

1. iwettaq l-obbligi stabbiliti f'21A.4, 21A.447 u 21A.449; u

2. jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri AEP, f'konformità ma' 21A.804(a).

(SUB-PARTI N - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI O - L-AWTORIZZAZZJONIJIET TA' L-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21A.601 Il-Għan

(a) Din is-Sub-parti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' l-Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew u r-regoli li jikkontrollaw d-drittijiet u l-obbligi ta' l-applikant għal, jew l-okkupant ta', tali awtorizzazzjonijiet.

(b) Għall-għanijiet ta' din is-Sub-parti:

1. "oġġett" ifisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq ajruplan ċivili.

2. "Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew" (imsejjaħ f'din il-Parti bħala "ETSO") huwa speċifikazzjoni dettaljata ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni maħruġ mill-Aġenzija biex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji essenzjali tar-Regolament bażiku, u huwa wkoll livell ta' eżekuzzjoni minimu għall-oġġetti speċifikati.

3. Oġġett li jkun ġie prodott taħt l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO ikun wieħed approvat għall-għan tas-Sub-parti K.

21A.602A L-Eliġibilità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tipproduċi jew tinsab fil-proċess li tipproduċi oġġett ta' l-ETSO, u li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, l-kapaċità tagħha taħt 21A.602B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO.

21A.602B It-Turija tal-kapaċità

Kwalunkwe applikant għall-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għandu juri l-kapaċità tiegħu kif ġej:

(a) għall-produzzjoni, billi jkollu l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, maħruġ f'konformità mas-Sub-parti Ġ, jew permezz ta' konformità mal-proċeduri tas-Sub-parti F; u

(b) għad-disinn:

1. għal Unit ta' Qawwa Awżiljarja, billi jkollu l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-disinn, maħruġ mill-Aġenzija f'konformità mas-Sub-parti H;

2. għall-oġġetti l-oħra kollha, billi jintużaw il-proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn speċifiku, r-riżorsi u s-sekwenza ta' l-attivitajiet meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din il-Parti.

21A.603 L-Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għandha ssir f'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas ta' l-informazzjoni meħtieġa minn 21A.605.

(b) Meta tkun antiċipata sensiela ta' tibdil minuri f'konformità ma' 21A.611, l-applikant għandu jniżżel fl-applikazzjoni tiegħu n-numru bażiku tal-mudell ta' l-oġġett segwit min-numri assoċjati tal-parti b'parentesi miftuħa biex juri li ittri jew numri (jew kumbinazzjoni tagħhom t-tnejn) tas-suffiss li jinbidlu jistgħu jiżdiedu minn żmien għal żmien.

21A.604 L-Awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għal Unit ta' Qawwa Awżiljarja (APU)

Dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għal Unit ta' Qawwa Awżiljarju:

(a) 21A.15, 21A.16B, 21A.17, 21A.20, 21A.21, 21A.31, 21A.33, 21A.44 għandhom japplikaw b'deroga minn 21A.603, 21A.606(ċ), 21A.610 u 21A.615, ħlief li l-Awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għandha tinħareġ f'konformità ma' 21A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;

(b) is-Sub-parti D jew is-Sub-parti E ta' din il-Parti 21 tapplika għall-approvazzjoni ta' tibdil fid-disinn b'deroga minn 21A.611. Meta tintuża s-Sub-parti E, għandha tinħareġ minflok awtorizzazzjoni separata ta' l-ETSO ta' ċertifikat supplementari tat-tip.

21A.605 Il-Kriterji ta' l-informazzjoni

L-applikant għandu jissottometti d-dokumenti li ġejjin, lill-Aġenzija:

(a) Dikjarazzjoni ta' konformità li tiċċertifika li l-applikant ikun laħaq il-kriterji ta' din is-Sub-parti.

(b) Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Eżekuzzjoni (DDE).

(ċ) Kopja waħda ta' l-informazzjoni teknika applikabbli meħtieġa fl-ETSO.

(d) L-espożizzjoni (jew referenza għall-espożizzjoni) imsemmija f'21A.143 għall-għan li tkun miksuba l-approvazzjoni adattata ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Sub-parti Ġ jew il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi f'21A.125(b) għall-għan ta' manifattura taħt is-Sub-parti F mingħajr l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(e) Għal APU, il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi f'21A.243 għall-għan li tkun miksuba l-approvazzjoni adattata ta' l-organizzazzjoni tad-disinn taħt is-Sub-parti H.

(f) għall-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri msemmija f'21A.602B(b)(2).

21A.606 Il-Ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO

L-applikant huwa intitolat biex ikollu l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO maħruġa mill-Aġenzija wara:

(a) li jkun wera l-kapaċità tiegħu f'konformità ma' 21A.602B; u

(b) li jkun wera li l-oġġett jikkonforma mal-kondizzjonijiet tekniċi applikabbli ta' l-ETSO, u jissottometti d-dikjarazzjoni korrispondenti ta' konformità.

(ċ) li juri li huwa kapaċi jikkonforma ma' 21 A.3 (b) u (ċ).

21A.607 Il-Privileġġi ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO

L-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO ikun intitolat biex jipproduċi u jimmarka l-oġġetti bl-immarkar adattat ta' l-ETSO.

21A.608 Id-Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Eżekuzzjoni (DDE)

(a) Id-DDE għandu jkun fiha minn ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. Informazzjoni li tikkorrispondi għal 21A.31(a) u (b), li tidentifika l-oġġett u d-disinn u l-livell ta' l-ittestjar tiegħu.

2. L-ikkalkular ta' l-eżekuzzjoni ta' l-oġġett, fejn suppost, jew direttament jew b'referenza għad-dokumenti supplementari l-oħra.

3. Dikjarazzjoni ta' konformità li tiċċertifika li l-oġġett ikun tabilħaqq laħaq l-ETSO li suppost.

4. Referenza għar-rapporti tat-test relevanti.

5. Referenza għall-Manwali proprja tal-Manutenzjoni, l-Ispezzjoni u t-Tiswija.

6. Il-livelli ta' konformità, fejn livelli varji ta' konformità jkunu permessi bl-ETSO.

7. Lista ta' devjazzjonijiet aċċettati f'konformità ma' 21A.610.

(b) Id-DDE għandha ġġib id-data u l-firma ta' l-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, jew inkella tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

21A.609 L-Obbligi ta' min għandu l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO

Min għandu l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO taħt din is-Sub-parti għandu:

(a) Jimmanifattura kull oġġett f'konformità mas-Sub-parti Ġ jew is-Sub-parti F li tiżgura li kull oġġett komplut ikun konformi ma' l-informazzjoni tad-disinn tiegħu u jkun tajjeb għall-installazzjoni;

(b) Jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta' kull oġġett li għalih tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, fajl kurrenti ta' l-informazzjoni u r-rekords tekniċi kompluti f'konformità ma' 21A.613;

(ċ) Jipprepara, jżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa bl-ispeċifikazzjonijiet applikabbli ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għall-oġġett;

(d) Jagħmel disponibbli lill-utenti ta' l-oġġett u lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba, dawk il-manwali tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni u t-tiswija li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni ta' l-oġġett, kif ukoll it-tibdil li jsir f'dawk il-manwali;

(e) Jimmarka kull oġġett f'konformità ma' 21A.807; u

(f) Jikkonforma ma' 21A.3(b), (ċ), 21A.3B u 21A.4.

(g) Ikompli jilħaq il-kriterji tal-kwalifikazzjoni ta' 21A.602B.

21A.610 L-Approvazzjoni għad-devjazzjoni

(a) Kull manifattur li jagħmel talba għal devjazzjoni minn kwalunkwe eżekuzzjoni standard ta' l-ETSO għandu juri li l-livelli li minnhom tkun qed tintalab id-devjazzjoni jkunu kompensati b'fatturi jew karatteristiċi ta' disinn li jkunu jipprovdu livell ekwivalenti ta' sigurtà.

(b) It-talba għall-approvazzjoni tad-devjazzjoni, flimkien ma' l-informazzjoni relatata kollha, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija.

21A.611 It-Tibdil fid-disinn

(a) L-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO jista' jagħmel tibdil minuri fid-disinn (kwalunkwe tibdil għajr tibdil maġġuri) mingħajr aktar awtorizzazzjoni mill-Aġenzija. F'dan il-każ, l-oġġett mibdul għandu jżomm in-numru tal-mudell oriġinali (tibdil jew emendi fin-numri tal-partijiet għandhom jintużaw biex ikun identifikat it-tibdil minuri) u l-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni għandu jgħaddi lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni riveduta li tkun meħtieġa għall-konformità ma' 21A.603(b).

(b) Kwalunkwe tibdil fid-disinn li jsir mill-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO li jkun kbir biżżejjed li jkun jeħtieġ investigazzjoni sostanzjalment kompluta biex tkun stabbilita l-konformità ma' l-ETSO ikun meqjus bħala tibdil maġġuri. Qabel ma jsir dan it-tibdil, l-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni għandu jassenja għall-oġġett deskrizzjoni ġdida tat-tip jew mudell u japplika għall-awtorizzazzjoni ġdida taħt 21A.603.

(ċ) L-ebda tibdil fid-disinn minn persuna naturali jew legali, għajr l-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO, li tkun issottomettiet id-dikjarazzjoni tal-konformità għall-oġġett ma jista' jkun eliġibbli għall-approvazzjoni taħt din is-Sub-parti, sakemm il-persuna li tkun qed tistenna tali approvazzjoni ma tkunx applikat taħt 21A.603 għal awtorizzazzjoni separata ta' l-ETSO.

21A.613 Iż-Żamma tar-rekords

B'referenza għall-kriterji taż-żamma tar-rekords adattati għal jew assoċjati mas-sistema tal-kwalità, l-informazzjoni relevanti kollha fuq id-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords ta' l-ispezzjoni għall-oġġett ittestjat, għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa ħalli jkun żgurat l-issoktar ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni ta' l-oġġett u tal-prodott biċ-ċertifikat tat-tip li jkun twaħħal fih.

21A.615 L-Ispezzjoni mill-Aġenzija

Fuq talba ta' l-Aġenzija, kull applikant għal, jew l-okkupant ta' awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għal oġġett, għandu jippermetti lill-Aġenzija biex din:

(a) Tkun tista' tixhed għal kwalunkwe testijiet.

(b) Tispezzjona l-fajls ta' l-informazzjoni teknika fuq dak l-oġġett.

21A.619 Il-Perjodu u l-issoktar tal-validità

(a) Awtorizzazzjoni ta' l-ETSO għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa' valida sakemm:

1. Il-kondizzjonijiet meħtieġa meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO ma jkunux qed jiġu aktar osservati; jew

2. L-obbligi ta' l-okkupant ta' l-awtorizzazzjoni kif speċifikati f'21A.609 ma jkunux aktar mħarsa; jew

3. Ikun ġie ippruvat li l-oġġett qed iwassal għal perikli fis-servizz li mhumiex aċċettabbli; jew

4. L-awtorizzazzjoni tkun ġiet ċeduta jew revokata taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21A.621 It-Trasferibilità

Ħlief għal bdil tal-persuna li jkollha l-awtorizzazzjoni, liema bdil għandu jitqies bħala sinjifikanti, u għalhekk irid ikun hemm konformità ma' 21A.147 u 21A.247 kif japplika, l-awtorizzazzjoni ta' l-ETSO maħruġa taħt din il-Parti mhijiex waħda trasferibbli.

(SUB-PARTI P - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI Q - L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21A.801 L-Identifikazzjoni tal-prodotti

(a) L-identifikazzjoni tal-prodotti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1. L-isem tal-manifattur.

2. L-isem ta-prodott.

3. In-numru tas-serje tal-manifattur.

4. Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Aġenzija ssib meħtieġ.

(b) Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun teammanifattura ajruplan jew magna taħt is-Sub-parti Ġ jew is-Sub-parti F għandha tidentifika dak l-ajruplan jew magna permezz ta' pjanċa li tiflaħ għan-nar u li fuqha jkun hemm immarkata l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a) permezz ta' inċiżjoni jew stampar, jew inkella permezz ta' metodu approvat ieħor ta' mmarkar li jkun jiflaħ għal kontra n-nar. Il-pjanċa ta' l-identifikazzjoni għandha tkun marbuta sew u f'manjiera li din tkun aċċessibbli u tinqara, u ma jkunx possibbli li titħassar jew titneħħa matul is-servizz normali, jew inkella tintilef jew tinqered f'xi inċident.

(ċ) Kwalunkwe persuna naturali jew legali li teammanifattura skrejjen, xfafar ta' skrejjen, jew inkella buttuni ta' skrejjen taħt is-Sub-parti Ġ jew is-Sub-parti F għandha tidentifikahom permezz ta' pjanċa, stampar, inċiżjoni, jew inkella b'xi metodu ieħor approvat ta' identifikazzjoni li tkun jiflaħ għal kontra n-nar. Din għandha titpoġġa fuq wieħed mill-uċuh ta' l-oġġett li ma jkunx kritiku u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-paragarfu (a). Din l-informazzjoni għandha tkun tali li la titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tintilef jew tinqered f'każ ta' xi inċident.

(d) Għal blalen ta' l-ajru li jitgħabbew in-nies fihom, il-pjanċa ta' identifikazzjoni preskritta fil-paragrafu (b) għandha tkun marbuta sew ma' l-għata tiegħu u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista' jaqraha meta l-ballun ikun minfuħ bl-arja. Barra minhekk, il-qoffa tiegħu u kwalunkwe sistema ta' heatergħandhom ikunu markati b'mod permanenti u li jinqara l-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti.

21A.803 L-Immaniġġjar ta' l-informazzjoni ta' l-identifikazzjoni

(a) L-ebda persuna ma' tista' tneħħi, tibdel, jew tpoġġi kwalunkwe informazzjoni ta' identifikazzjoni li hemm imsemmija f'21A.801(a) fuq kwalunkwe ajruplan, magna, skrun, xafra ta' skrun, jew buttun ta' skrun, jew f'21A.807(a) fuq APU, mingħajr l-approvazzjoni ta' l-Aġenzija.

(b) L-ebda persuna ma tista' tneħħi jew twaħħal kwalunkwe pjanċa ta' identifikazzjoni li hemm imsemmija fi 21A.801, jew f'21A.807 għal APU, mingħajr l-approvazzjoni ta' l-Aġenzija.

(ċ) B'deroga mill-paragrafi (a) u (b), kwalunkwe persuna naturali jew legali li tagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni taħt ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli li hemm assoċjati tista', f'konformità mal-metodi, it-teknika u l-prattiċi stabbiliti bl-Aġenzija:

1. Tneħħi, tibdel, jew tpoġġi l-informazzjoni ta' identifikazzjoni li hemm imsemmija f'21A.801(a) fuq kwalunkwe ajruplan, magna, skrun, xafra jew buttun ta' skrun, jew f'21A.807(a) fuq APU; jew

2. Tneħħi pjanċa ta' identifikazzjoni li hemm imsemmija f'21A.801, jew 21A.807 għal APU, meta jkun meħtieġ matul ix-xogħol ta' manutenzjoni.

(d) L-ebda persuna ma tista' twaħħal pjanċa ta' identifikazzjoni mneħħija f'konformità mas-sub-paragrafu (ċ)(2) fuq kwalunkwe ajruplan, magna, skrun, xafra jew buttun ta' skrun għajr dak li minn fuqu din tkun tneħħiet.

21A.804 L-Identifikazzjoni tal-partijiet u t-tagħmir

(a) Kull manifattur ta' parti jew tagħmir għandu, b'mod permanenti u li jinqara, jimmarka l-parti jew it-tagħmir bl-:

1. isem, l-isem tad-ditta, jew is-simbolu li jidentifika 'l-manifattur; u

2. in-numru tal-parti, kif definit fl-informazzjoni applikabbli tad-disinn; u

3. l-ittri ta' l-AEP (Approvazzjoni Ewropea tal-Parti) għal partijiet jew tagħmir li jkun ġie prodott f'konformità ma' l-informazzjoni approvata tad-disinn li ma jkunx jappartjeni għall-okkupant taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti ta' l-ETSO.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), jekk l-Aġenzija taqbel li xi parti jew tagħmir ikun żgħir wisq jew li inkella ma jkunx prattiku li din il-parti jew dan it-tagħmir jiġi markat bl-informazzjoni meħtieġa bil-paragrafu (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jkun qed jakkumpanja lill-parti jew lit-tagħmir jew lill-kontenitur tiegħu għandu jkun jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx tista' tiġi markata fuq il-parti.

21A.805 L-Identifikazzjoni tal-partijiet kritiċi

Barra mill-kriterju ta' 21A.804, kull manifattur ta' parti li tkun se titwaħħal fuq prodott biċ-ċertifikat tat-tip u li tkun ġiet identifikata bħala waħda kritika għandu, b'mod permanenti u li jinqara sew, jimmarka dik il-parti bin-numru tagħha u bin-numru tas-serje.

21A.807 L-Identifikazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ETSO

(a) Kull okkupant ta' awtorizzazzjoni ta' l-ETSO taħt is-Sub-parti L għandu, b'mod permanenti u li jinqara, jimmarka kull oġġett bl-informazzjoni li ġejja:

1. L-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2. L-isem, it-tip, in-numru tal-parti jew l-isem tal-mudell ta' l-oġġett;

3. In-numru tas-serje jew id-data tal-manifattura ta' l-oġġett jew it-tnejn; u

4. In-numru applikabbli ta' l-ETSO.

(b) B'deroga mill-paragrafu (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti tkun żgħira wisq jew li inkella ma jkunx prattiku li parti tiġi markata bl-informazzjoni meħtieġa bil-paragrafu (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jkun qed jakkumpanja lill-parti jew il-kontenitur tagħha għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx tista' tiġi markata fuq dik il-parti.

(ċ) Kull persuna li teammanifattura APU taħt is-Sub-parti Ġ jew is-Sub-Parti F għandu jidentifika dak il-APU permezz ta' pjanċa li tkun tiflaħ għan-nar u li fuqha jkollha markata l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a) permezz ta' inċiżjoni jew stampar jew permezz ta' metodu approvat ieħor ta' markar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta' l-informazzjoni għandha tkun miżmuma b'tali mod u manjiera li din tkun aċċessibli u tinqara, u la tkun tista' titħassar jew titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tintilef jew tinqered f'każ ta' xi inċident.

TAQSIMA B

IL-PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUB-PARTI A - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21B.5 Il-Għan

(a) Din it-Taqsima tistabbilixxi l-proċedura għall-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru meta din tkun qed teżerċita d-dmirijiet u r-responsabilitajiet tagħha marbuta mal-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni u r-revokazzjoni ta' ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet imsemmija f'din il-Parti.

(b) L-Aġenzija għandha tiżviluppa f'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u materjal ta' gwida biex jgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima.

21B.20 L-Obbligi ta' l-awtorità kompetenti

Kull awtorità kompetenti ta' Stat Membru hija responsabbli għall-implimentazzjoni tat-Taqsima A, is-Sub-partijiet F, Ġ, G u Ħ għall-applikanti biss, jew l-okkupanti ta' xi ċertifikat jew awtorizzazzjoni, li l-post ewlieni tagħhom tan-negozju jkun fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

21B.25 Il-Kriterji għall-organizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti

(a) Ġenerali:

L-Istat Membru jista' jaħtar awtorità kompetenti b'ċerti responsabilitajiet biex din teamplimenta t-Taqsima A, is-Sub-partijiet F, Ġ, G u Ħ bi proċeduri dokumentati, struttura ta' organizzazzjoni u staff.

(b) Riżorsi:

1. In-numru ta' staff għandu jkun wieħed suffiċjenti biex iwettaq id-dmirijiet allokati lilu.

2. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha taħtar manager, jew managers, li jkunu responsabbli għat-twettiq tad-dmir(ijiet) relatat(i) fi ħdan l-awtorità, inkluż il-komunikazzjoni ma' l-Aġenzija u ma' l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kif suppost.

(ċ) Kwalifika u taħriġ:

L-istaff kollu għandu jkun kwalifikat kif suppost u jkollu għarfien, esperjenza u taħriġ biżżejjed biex dan iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

21B.30 Il-Proċeduri dokumentati

(a) L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati biex din tiddeskrivi l-organizzazzjoni tagħha, l-mezzi u l-metodi biex din twettaq il-kriterji ta' din il-Parti. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u għandhom iservu bħala d-dokumenti bażiċi tal-ħidma f'dik l-awtorità għall-attivitajiet kollha relatati.

(b) Kopja tal-proċeduri u ta' l-emendi tagħhom għandhom ikunu disponibbli lill-Aġenzija.

21B.35 It-Tibdil fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

(a) L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tavża lill-Aġenzija dwar kwalunkwe tibdil sinjifikanti fl-organizzazzjoni u l-proċeduri dokumentati tagħha.

(b) L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha taġġorna fi żmien tajjeb il-proċeduri dokumentati tagħha dwar kwalunkwe tibdil fir-regolamenti biex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva.

21B.40 Ir-Riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċess għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet fi ħdan il-proċeduri dokumentati tagħha ta' organizzazzjoni.

(b) Fejn ikun hemm kwistjoni li ma tkunx tista' tissolva bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tkun ir-responsabbiltà tal-managers kif definit f'21B.25(b)(2) li jirreferu din il-kwistjoni lill-Aġenzija biex tinsab medjazzjoni.

21B.45 Ir-Rappurtar/koordinament

(a) L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tiżgura l-koordinament, kif applikabbli, ma' teamijiet oħra relattati taċ-ċertifikazzjoni, l-investigazzjoni, l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta' dik l-awtorità, ma' Stati Membri oħra, kif ukoll ma' l-Aġenzija biex ikun żgurat l-iskambju effiċjenti ta' l-informazzjoni relevanti għas-sigurtà tal-prodotti, partijiet jew tagħmir.

(b) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tavża lill-Aġenzija dwar kwalunkwe diffikultà fl-implimentazzjoni ta' din il-Parti.

21B.55 Iż-Żamma tar-rekords

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha żżomm, jew iżżomm aċċess għar-, rekords taċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet, jew l-awtorizzazzjonijiet li din tkun tat f'konformità mar-regoli nazzjonali rispettivi. F'każ li dawn ir-rekords ikunu ġew trasferiti lill-Aġenzija, r-responsabilità ta' dawn tgħaddi wkoll f'idejn l-Aġenzija.

21B.60 Id-Direttivi ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi direttiva ta' adegwità ta' l-avjazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat li mhux membru, dik id-direttiva għandha tiġi trasferita lill-Aġenzija għad-disseminazzjoni tagħha f'konformità ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku.

SUB-PARTI B - IĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U Ċ-ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAT-TIP

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUB-PARTI Ċ - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI D - TIBDIL FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI RISTRETTI TAT-TIP

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUB-PARTI E - ĊERTIFIKATI SUPPLEMENTARI TAT-TIP

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUB-PARTI F - IL-PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TA' L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21B.120 L-Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha taħtar team investigattiv għal kull applikant għal, jew okkupant ta', ittra tal- ftehim biex dan iwettaq l-azzjonijiet kollha marbuta ma' din l-ittra tal-ftehim. Dan għandu jkun magħmul minn persuna li tmexxi t-team ta' l-investigazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, minn persuna oħra jew tnejn. Min imexxi t-team għandu jirrapporta lill-manager responsabbli għall-attività, kif stabbilit f'21B.25 (b)(2).

(b) L-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjonijiet biżżejjed dwar l-applikant għal, jew l-okkupant ta', ittra tal-ftehim biex din tkun tista' tiġġustifika r-rakkmandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, s-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-ittra tal-ftehim.

(ċ) L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni ta' l-applikanti għal, jew l-okkupanti ta', ittra tal-ftehim bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkunu jkopru minn ta' l-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

1. evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li tkun irċeviet;

2. it-twaqqif tat-team investigattiv;

3. it-tħejjija u l-ippjanar ta' l-investigazzjoni;

4. evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (manwal, proċeduri, eċċ.);

5. awditjar u spezzjonar;

6. Tkixxif fuq l-azzjonijiet korrettivi; u

7. rakkmandazzjoni għall-ħruġ, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-ittra tal-ftehim.

21B.130 Il-Ħruġ ta' l-ittra tal-ftehim

(a) Meta tkun sodisfatta li l-manifattur ikun f'konformità mal-kriterji applikabbli tat-Taqsima A, is-Sub-parti F, l-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed ittra tal-ftehim li tkun turi t-turija ta' konformità ta' prodotti, partijiet jew tagħmir individwali (AESA Formola 65, ara l-Appendiċi).

(b) L-ittra tal-ftehim għandu jkun fiha l-għan tal-ftehim, id-data ta'l-għeluq u, fejn applikabbli, l-limitazzjonijiet xierqa marbuta ma' l-awtorizzazzjoni.

(ċ) Il-perjodu ta' l-ittra tal-ftehim m'għandux ikun itwal minn sena.

21B.135 Iż-Żamma ta' l-ittra ta' ftehim

L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm l-ittra tal-ftehim sakemm:

(a) Il-manifattur ikun qed jagħmel użu kif suppost mill-Formola 52 ta' l-AESA (ara l-Appendiċi) bħala Dikjarazzjoni tal-Konformità għal ajruplan komplut, u mill-Formola 1 ta' l-AESA (ara l-Appendiċi) għal prodotti għajr ajruplani kompluti, partijiet u tagħmir; u

(b) L-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-Awtorità Kompetenti ta' l-Istat Membru qabel ma ssir il-validazzjoni tal-Formola 52 ta' l-AESA (ara l-Appendiċi) jew tal-Formola 1 ta' l-AESA (ara l-Appendiċi), skond 21A.130 (ċ), ma jkunu wrew l-ebda tisjib ta' nuqqas ta' konformità kontra l-kriterji jew il-proċeduri kif jinsabu fil-manwal provdut mill-manifattur, jew inkella kontra l-konformità tal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir rispettivi. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw minn ta' l-anqas li:

1. L-ftehim ikun ikopri l-prodott, il-parti jew it-tagħmir li jkun qed jiġi validat, u li jibqa' wieħed validu;

2. Il-manwal deskritt f'21A.125(b) u t-tibdil fl-istat tiegħu msemmi fl-ittra tal-ftehim ikun użat bħala dokument bażiku tax-xogħol mill-manifattur. Il-bqija, l-ispezzjoni m'għandhiex tkompli, u għalhekk iċ-ċertifikati tar-rilaxx m'għandhomx ikunu validati;

3. Il-produzzjoni tkun saret taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-ittra tal-ftehim u b'mod sodisfaċenti;

4. L-ispezzjonijiet u t-testijiet (inklużi testijiet tat-titjira, jekk ikun meħtieġ), skond 21A.130(b)(2) u/jew (b)(3), ikunu saru taħt il-kondizzjoni preskritta fl-ittra tal-ftehim u b'mod sodisfaċenti;

5. L-ispezzjonijiet mill-Awtorità Kompetenti deskritti u indirizzati fl-ittra tal-ftehim ikunu saru u nstabu li huma aċċettabbli;

6. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun konformi ma' 21A.130, u l-informazzjoni provduta minnha ma tkunx tipprevjeni l-validazzjoni tagħha; u

(ċ) Għadha ma ġiet stabbilita l-ebda data ta' l-għeluq għall-ittra tal-ftehim.

21B.140 Emenda fl-ittra tal-ftehim

(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tinvestiga, kif suppost, f'konformità ma' 21B.120 kwalunkwe emenda ta' l-ittra tal-ftehim.

(b) Meta l-Awtorità Kompetenti tkun sodisfatta li l-kriterji tat-Taqsima A, is-Sub-parti F jkunu baqgħu konformi, din għandha temenda l-ittra tal-ftehim kif suppost.

21B.143 L-Avviż tat-tisjib

(a) Meta l-Awtorità Kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li l-okkupant ta' ittra tal-ftehim ikun naqas milli jikkonforma mal-kriterji applikabbli ta' din il-Parti, dan it-tisjib għandu jkun klassifikat f'konformità ma' 21A.125B u:

1. tisjib ta' l-ewwel livell għandu jiġi notifikat lill-okkupant ta' ittra tal-ftehim immedjatament, liema avviż għandu jiġi kkonfermat bil-miktub fi żmien 3 ijiem ta' xogħol wara li dan ikun ġie stabbilit.

2. tisjib tat-tieni livell għandu jkun konfermat bil-miktub lill-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim fi żmien 14-il ġurnata ta' xogħol wara li dan ikun ġie stabbilit.

(b) Lill-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim, l-Awtorità Kompetenti għandha tidentifika kwalunkwe tisjib tat-tielet livell, kif hemm definit f'21A.125B(b), bil-mezzi xierqa, skond il-konvenjenza tagħha.

21B.145 Is-Sospensjoni u r-revoka ta' ittra tal-ftehim

(a) Fil-każ ta' titsjib ta' l-ewwel jew tat-tieni livell, l-Awtorità Kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew inkella tirrevoka, parzjalment jew b'mod sħiħ, l-ittra tal-ftehim kif ġej:

1. Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel livell, l-ittra tal-ftehim għandha tiġi immedjatament limitata jew sospiża. Jekk l-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim jonqos milli jikkonforma ma' 21A.1 2513(ċ)(1), l-ittra tal-ftehim allura tiġi revokata.

2. Fil-każ ta' tisjib tat-tieni livell, l-Awtorità Kompetenti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe restrizzjoni għall-ittra tal-ftehim permezz ta' sospensjoni temporanja ta' l-ittra tal-ftehim jew inkella ta' partijiet minnha. Jekk l-okkupant ta' ittra tal-ftehim jonqos milli jikkonforma ma' 21A.125B(ċ)(2), l-ittra tal-ftehim allura tiġi revokata.

(b) Is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-ittra ta' ftehim għandha tasal bil-miktub għand l-okkupant ta' l-ittra tal-ftehim. L-Awtorità Kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet għal-limitazzjoni, s-sospensjoni jew ir-revokazzjoni u għandha tinformah ukoll dwar id-dritt tiegħu għall-appell.

(ċ) Meta ittra ta' ftehim tkun ġiet sospiża, din terġa' tinħareġ biss mill-ġdid wara li l-konformità mat-Taqsima A, is-Sub-parti F, tkun ġiet stabbilita mill-ġdid.

21B.150 Iż-Żamma tar-rekords

(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' kif jinżammu r-rekords, liema sistema tkun tippermetti r-reġistrazzjoni adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, ta' l-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revokazzjoni ta' kull ittra ta' ftehim individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom minn ta' l-anqas:

1. Id-dokumenti provduti mill-applikant għal, jew mill-okkupant ta', l-ittra tal-ftehim,

2. id-dokumenti miġbura matul l-investigazzjoni u l-ispezzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali ta' l-elementi definiti f'21B.120,

3. l-ittra tal-ftehim, inkluż it-tibdil, u

4. il-minuti tal-laqgħat mal-manifattur.

(ċ) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta' sitt snin minn wara li tkun ġiet terminata l-ittra tal-ftehim.

(d) L-Awtorità Kompetenti għandha żżomm ukoll ir-rekords tad-Dikjarazzjonijiet tal-Konformità kollha (il-Formola 52 ta' AESA, ara l-Appendiċi) u taċ-Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat (il-Formola 1 ta' l-AESA, ara l-Appendiċi) li hi stess tkun validat.

SUB-PARTI Ġ - L-APPROVAZZJONI TA' L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21B.220 L-Investigazzjoni

(a) L-Awtorità Kompetenti għandha taħtar team għall-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għal kull applikant, jew okkupant ta', approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni. Dan għandu jmexxi x-xogħol kollu relevanti marbut ma' din l-approvazzjoni, u għandu jkun jikkonsisti minn kap li jmexxi lit-team u, jekk ikun meħtieġ, minn persuna oħra jew tnejn. Min imexxi t-team għandu jirrapporta lill-manager responsabbli għall-attività kif definit f'21B.25(b)(2).

(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tagħmel stħarriġ biżżejjed dwar l-applikant għal, jew l-okkupant ta', approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni biex tiġġustifika r-rakkmandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-approvazzjoni.

(ċ) L-Awtorità Kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati, li jkopru minn ta' l-anqas l-elementi li ġejjin:

1. evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni li tkun irċeviet;

2. it-twaqqif ta' team għall-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

3. it-tħejjija u l-ippjanar ta' l-investigazzjoni;

4. evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (l-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, proċeduri, eċċ.);

5. l-awditjar;

6. stħarriġ ta' l-azzjonijiet korrettivi;

7. rakkmandazzjoni għall-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8. sorvejlanza suktata.

21B.225 L-Avviż tat-tisjib

(a) Meta tinsab evidenza oġġettiva ta' nuqqas ta' konformità mill-okkupant ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni mal-kriterji applikabbli ta' din il-Parti, dan it-tisjib għandu jiġi klassifikat f'konformità ma' 21A.1 58(a) u:

1. Tisjib ta' l-ewwel livell għandu jkun notifikat immedjatament lill-okkupant ta' tali approvazzjoni, liema notifika għandha tkun konfermata bil-miktub fi żmien 3 ijiem ta' xogħol wara li dan ikun ġie stabbilit.

2. Tisjib tat-tieni livell għandu jiġi konfermat bil-miktub lill-okkupant ta' tali approvazzjoni fi żmien 14-il ġurnata ta' xogħol wara li dan ikun ġie stabbilit.

(b) Lill-okkupant ta' din l-approvazzjoni, l-Awtorità Kompetenti għandha tidentifika kwalunkwe tisjib tat-tielet livell, kif definit f'21A.158(b), b'mezzi xierqa, bil-konvenjenza tagħha.

21B.230 Il-Ħruġ taċ-ċertifikat

(a) Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija f'konformità mal-kriterji applikabbli tat-Taqsima A, is-Sub-parti Ġ, l-Awtorità Kompetenti għandha toħroġ l-Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (AESA Formola 55, ara l-Appendiċi) mingħajr l-ebda dewmien żejjed.

(b) In-numru tar-referenza għandu jkun inkluż fil-Formola 55 ta' l-AESA b'manjiera speċifikata mill-Aġenzija.

21B.235 L-Issoktar tas-sorveljanza

(a) Biex tkun ġustifikata ż-żamma ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza suktata:

1. Biex tivverfika li s-sistema tal-kwalità ta' l-okkupant ta' tali approvazzjoni tkun għadha tikkonforma mat-Taqsima A, is-Sub-parti Ġ; u

2. Biex tivverifika li l-organizzazzjoni ta' l-okkupant ta' tali approvazzjoni tkun qed topera f'konformità ma' l-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

3. Tivverifika l-effettività tal-proċeduri ta' l-espożizzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

4. Biex tissorvelja b'kampjuni l-livelli tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir.

(b) L-issoktar tas-sorveljanza għandu jsir f'konformità ma' 21B.220.

(ċ) L-Awtorità Kompetenti għandha tara, permezz ta' l-issoktar ippjanat tas-sorveljanza, li l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun riveduta kompletament għall-konformità ma' din il-Parti matul perjodu ta' 24 xahar. L-issoktar tas-sorveljanza ta' matul dan iż-żmien jista' jkun jikkonsisti minn diversi attivitajiet investigattivi. In-numru ta' awditjar jista' jvarja skond il-komplessità ta' l-organizzazzjoni, n-numru ta' siti, kif ukoll skond kemm tkun kritika l-produzzjoni. B'rabta ma' l-issoktar tas-sorveljanza, bħala minimu l-okkupant ta' approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal attività waħda darba fis-sena, liema attività għandha titwettaq mill-Awtorità Kompetenti.

21B.240 L-Emenda fl-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tissorvelja kwalunkwe tibdil minuri permezz ta' attivitajiet marbuta ma' l-issoktar tas-sorveljanza.

(b) L-Awtorità Kompetenti għandha tinvestiga kif suppost, f'konformità ma' 21B.220, kwalunkwe tibdil sinjifikanti fl-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew l-applikazzjoni mill-okkupant ta' tali approvazzjoni biex issir emenda fl-għan u t-termini ta' l-approvazzjoni.

(ċ) Meta l-Awtorità Kompetenti tkun sodisfatta li l-kriterji tat-Taqsima A, is-Sub-parti Ġ, ikunu qed jissuktaw jiġu osservati, din għandha temenda l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif suppost.

21B.245 Is-Sospensjoni u r-revoka ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a) Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel jew tat-tieni livell, l-Awtorità Kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, parzjalment jew b'mod sħiħ, l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ġej:

1. Fil-każ ta' tisjib ta' l-ewwel livell l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi limitata jew sospiża immedjatament. Jekk l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma ma' 21A.158(ċ)(1), din l-approvazzjoni allura għandha tiġi revokata.

2. Fil-każ ta' tisjib tat-tieni livell, l-Awtorità Kompetenti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe restrizzjonijiet għall-għan ta' l-approvazzjoni permezz ta' sospensjoni temporanja ta' din l-approvazzjoni, jew inkella ta' partijiet minnha. Iżda jekk l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma ma' 21A.1 58(ċ)(2), din l-approvazzjoni għandha tiġi revokata.

(b) Il-limitazzjoni, s-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi komunikata bil-miktub lill-okkupant ta' tali approvazzjoni. L-Awtorità Kompetenti għandha tiddikjara x'inhuma r-raġunijiet li wasslu għas-sospensjoni jew ir-revokazzjoni, waqt li tinforma lill-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni dwar id-dritt tiegħu għall-appell.

(ċ) Meta approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun ġiet sospiża, din terġa' tinħareġ mill-ġdid biss wara li tkun ġiet stabbilita mill-ġdid l-konformità mat-Taqsima A, is-Sub-parti Ġ.

21B.260 Iż-Żamma tar-rekords

(a) L-Awtorità Kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' kif għandhom jinżammu r-rekords, liema sistema tkun tippermetti r-reġistrazzjoni adegwata tal-proċess li jkun wassal għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' kull approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom minn ta' l-anqas:

1. Id-dokumenti provduti mill-applikant għal, jew l-okkupant ta', ċertifikat ta' l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni,

2. Id-dokumenti miġbura matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imsemmija l-attivitajiet u r-riżultati finali kollha ta' l-elementi definiti f'21B.220, inkluż it-tisjib stabbilit f'konformità ma' 21B.225

3. Il-programm ta' l-issoktar tas-sorveljanza, inklużi r-rekords ta' l-investigazzjonijiet li jkunu saru

4. Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, inkluż it-tibdil

5. Il-minuti tal-laqgħat ma' l-okkupant ta' l-approvazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(ċ) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta' sitt snin.

SUB-PARTI Ħ - IĊ-ĊERTIFIKATI TA' L-ADEGWITÀ TA' L-AVJAZZJONI

21B.320 L-Investigazzjoni

(a) L-Awtorità Kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha twettaq attivitajiet investigattivi b'mod suffiċjenti għall-applikant għal, jew l-okkupant ta', ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni biex ikun ġustifikat il-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni taċ-ċertifikat jew il-permess.

(b) L-Awtorità Kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tħejji proċeduri li jkunu jkopru minn ta' l-anqas l-elementi li ġejjin:

1. evalwazzjoni ta' l-eliġibilità ta' l-applikant;

2. evalwazzjoni ta' l-eliġibilità ta' l-applikazzjoni;

3. klassifikazzjoni taċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni;

4. evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet ma' l-applikazzjoni;

5. spezzjoni ta' l-ajruplan;

6. it-twaqqif ta' kondizzjonijiet, restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

21B.325 Il-Ħruġ taċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha, kif applikabbli, toħroġ, jew temenda Ċertifikat ta' l-Adegwità ta' l-Avjazzjoni (AESA Formola 25, ara l-Appendiċi), Ċertifikat Ristrett ta' l-Adegwità ta' l-Avjazzjoni (AESA Formola 24, ara l-Appendiċi) jew Permess tat-Titjir (AESA Formola 20, ara l-Appendiċi) mingħajr l-ebda dewmien żejjed meta din tkun sodisfatta li l-kriterji applikabbli tat-Taqsima A, is-Sub-parti G, ikunu tabilħaqq intlaħqu.

(b) Barra ċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni għal ajruplan ġdid jew inkella għal ajruplan użat li jkun ġej minn Stat li mhux membru, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha toħroġ ukoll ċertifikat tar-reviżjoni inizjali ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni (AESA Formola 15a, ara l-Appendiċi).

21B.330 Is-Sospensjoni u r-revoka taċ-ċertifikati ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni

(a) Kif jkun hemm evidenza li kwalunkwe mill-kondizzjonijiet speċifikati f'21A.181(a) ma jkunux intlaħqu, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni.

(b) Kif appena jkun ħareġ l-avviż tas-sospensjoni jew tar-revoka taċ-ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, jew taċ-ċertifikat ristrett ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni, jew inkella tal-permess għat-titjir, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tiddikjara r-raġunijiet li wasslu għas-sospensjoni jew ir-revoka, waqt li tinforma lill-okkupant taċ-ċertifikat jew tal-permess dwar id-dritt tiegħu għall-appell.

21B.345 Iż-Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tistabbilixxi sistema ta' kif jinżammu r-rekords u li tkun tippermetti r-reġistrazzjoni adegwata tal-proċess li jkun wassal għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revokazzjoni ta' kull ċertifikat ta' l-adegwità ta' l-avjazzjoni individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom minn ta' l-anqas:

1. id-dokumenti provduti mill-applikant,

2. id-dokumenti miġbura matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm l-attivitajiet u r-riżultati finali ta' l-elementi definiti f'21B.320(b), u

3. kopja taċ-ċertifikat jew tal-permess, inklużi l-emendi.

(ċ) ir-rekords għandhom ikunu arkivjati għal perjodu minimu ta' sitt snin qabel ma jkunu ħallew dak ir-reġistru nazzjonali.

SUB-PARTI I - IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21B.420 L-Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha twettaq b'mod suffiċjenti numru ta' attivitajiet investigattivi għall-applikant għal, jew l-okkupant ta', ċertifikat tal-ħoss biex din tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

(b) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tħejji proċeduri ta' evalwazzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru minn ta' l-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

1. evalwazzjoni ta' l-eliġibilità;

2. evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet ma' l-applikazzjoni;

3. spezzjoni ta' l-ajruplan.

21B.425 Il-Ħruġ taċ-ċertifikati tal-ħoss

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha, kif applikabbli, toħroġ, jew temenda ċertifikati tal-ħoss (AESA Formola 45, ara l-Appendiċi) mingħajr dewmien żejjed la darba din tkun sodisfatta li l-kriterji applikabbli tat-Taqsima A, is-Sub-parti Ħ jkunu ntlaħqu.

21B.430 Is-Sospensjoni u r-revoka taċ-ċertifikat tal-ħoss

(a) Kif appenna jkun hemm evidenza li wħud mill-kondizzjonijiet speċifikati f'21A.211(a) ma jkunux qed jintlaħqu, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tissospendi jew tirrevoka iċ-ċertifikat tal-ħoss.

(b) Kif appena toħroġ in-notifika tas-sospensjoni jew tar-revokazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tiddikjara r-raġunijiet li jkunu wasslu għas-sospensjoni jew għar-revokazzjoni, waqt li tinforma lill-okkupant taċ-ċertifikat dwar id-dritt tiegħu għall-appell.

21B.445 Iż-Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li qed jirreġistra għandha tistabbilixxi sistema ta' kif jinżammu r-rekords bi kriterji minimi li jkunu jippermettu r-reġistrazzjoni adegwata tal-proċess li jkun wassal għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ħoss individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom minn ta' l-anqas:

1. id-dokumenti provduti mill-applikant,

2. id-dokumenti miġbura matul l-investigazzjoni, li fihom jitniżżlu l-attivitajiet u r-riżultati finali kollha ta' l-elementi definiti f'21B.420(b),

3. kopja taċ-ċertifikat, inklużi l-emendi.

(ċ) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta' sitt snin minn wara li jħallu dak ir-reġistru nazzjonali.

SUB-PARTI J - L-APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUB-PARTI K - PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUB-PARTI L - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI M - TISWIJIET

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUB-PARTI N - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI O - L-AWTORIZZAZZJONIJIET TA' L-ETSO

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUB-PARTI P - MA TAPPLIKAX)

SUB-PARTI Q - L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom ikunu japplikaw proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

--------------------------------------------------

Top