EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-konsolidazzjoni

Meta att legali tal-UE jiġi kkonsolidat, dan ifisser li l-att oriġinali u l-emendi u l-korrezzjonijiet sussegwenti kollha tiegħu jingħaqdu f’dokument wieħed li jkun faċli biex jinqara. Dan id-dokument juri r-regoli legali li huma applikabbli f’mument speċifiku. Il-konsolidazzjoni ssegwi bir-reqqa l-istruzzjonijiet fl-att emendatorju u b’ebda mod ma tbiddel il-kontenut. Ma jkun hemm ebda bidla fil-forma jew fil-kontenut tal-att.

Kuntrarju għall-każ tal-kodifikazzjoni, il-konsolidazzjoni ma tinvolvix l-adozzjoni ta’ att legali ġdid. Test konsolidat ikun magħmul bil-ħsieb li jintuża biss bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandux effett legali.

B’hekk il-konsolidazzjonii hija simplifikazzjoni mhux uffiċjali tal-leġiżlazzjoni fl-interessi taċ-ċarezza u tista’ mbagħad tintuża bħala bażi għall-kodifikazzjoni.

ARA WKOLL

Top