EUR-Lex Piekļuve Eiropas Savienības tiesību aktiem

Atpakaļ uz EUR-Lex sākumlapu

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62011CN0152

Kawża C-152/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts München (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Marzu 2011 — Johann Odar vs Baxter Deutschland GmbH

ĠU C 204, 9.7.2011., 13./13. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Johann Odar vs Baxter Deutschland GmbH

(Kawża C-152/11)

2011/C 204/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johann Odar

Konvenuta: Baxter Deutschland GmbH

Domandi preliminari

(1)

Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li trattament differenti bbażat fuq l-età jista’ jkun legali meta, fil-kuntest tas-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża, l-imsieħba soċjali eskludew mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, ħaddiema li għandhom sigurtà finanzjarja għar-raġuni li huma għandhom dritt għal pensjoni tax-xjuħija, jekk ikun il-każ, wara li jkunu rċevew benefiċċji tal-qgħad, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jew tali diskriminazzjoni hija ġġustifikata skont it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE?

(2)

Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi trattament differenti bbażat fuq l-età jista’ jkun legali meta, fil-kuntest tas-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża, l-imsieħba soċjali eskludew mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, ħaddiema li għandhom sigurtà finanzjarja għar-raġuni li huma għandhom dritt għal pensjoni tax-xjuħija, jekk ikun il-każ, wara li jkunu rċevew benefiċċji tal-qgħad, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-disabbiltà, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE?

(3)

Dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża li għall-ħaddiema tal-imsemmija impriża, li għandhom iktar minn 54 sena u mkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tipprovdi kalkolu tal-ammont tal-kumpens tagħhom, skont l-eqreb data possibbli għall-irtirar, kuntrarjament għall-metodu ta’ kalkolu tas-soltu li jieħu b’mod partikolari inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz tal-impriża, jekk il-kumpens imħallas huwa inqas, tallinqas bin-nofs tal-kumpens normali, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, kif stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE jew tali diskriminazzjoni hija ġġustifikata skont it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE?

(4)

Dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża li għall-ħaddiema tal-imsemmija impriża, li għandhom iktar minn 54 sena u mkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tipprovdi kalkolu tal-ammont tal-kumpens tagħhom, skont l-eqreb data possibbli għall-irtirar, kuntrarjament għall-metodu ta’ kalkolu tas-soltu li jieħu b’mod partikolari inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz tal-impriża, jekk il-kumpens imħallas huwa inqas, tallinqas bin-nofs tal-kumpens normali, u li tieħu inkunsiderazzjoni għal dan il-metodu l-ieħor tal-kalkolu, pensjoni ta’ rtirar imħallsa minħabba disabbiltà, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-disabbiltà, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79


Augša