Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1920

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1920 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    ĠU L 281, 27.10.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1920/oj

    27.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1920

    tas-26 ta' Ottubru 2015

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Frar 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2140 (2014), li teħtieġ li r-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar jiġu applikati lill-persuni li għandhom jiġu nnominati mill-Kumitat stabbilit taħt il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014) (“il-Kumitat”) u li jiġu ffriżati l-fondi u l-assi tal-persuni nnominati mill-Kumitat.

    (2)

    Fis-7 ta' Novembru 2014, il-Kumitat innomina tliet individwi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 17 tal-UNSCR 2140 (2014).

    (3)

    Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014.

    (4)

    Fis-16 ta' Settembru 2015, il-Kumitat emenda l-informazzjoni għal persuna waħda.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.


    ANNESS

    Fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi, li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, l-entrata Nru 5 taħt it-Taqsima A “Persuni” hija sostitwita bis-segwenti:.

    “5.

    Ahmed Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)

    Titlu: Ex ambaxxatur, ex Brigadier Ġeneral, Data tat-twelid: 25 ta' Lulju 1972, Nazzjonalità: Jemenita, Nru tal-passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140 t'hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar, Indirizz: l-Emirati Għarab Magħquda, Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh. Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14.4.2015.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem.

    Wara li missier Saleh, l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irreżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.”.


    Top