EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0727
2013/727/EU: Commission Implementing Decision of 6 December 2013 establishing a format for notifying the information on the adoption and substantial revisions of the waste management plans and the waste prevention programmes (notified under document C(2013) 8641) Text with EEA relevance
2013/727/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart (notifikata bid-dokument C(2013) 8641) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/727/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart (notifikata bid-dokument C(2013) 8641) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 329, 10.12.2013, p. 44–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart
(notifikata bid-dokument C(2013) 8641)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/727/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u partikolarment l-Artikolu 33(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu pjan għall-immaniġġjar tal-iskart wieħed jew iktar li jkopri/u t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. |
(2) |
Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE. |
(3) |
Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali ta’ dawk il-pjanijiet u programmi, għandu jiġi adottat il-format għan-notifika ta’ informazzjoni bħal din. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-formats stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni tal-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
ANNESS I
FORMAT GĦAN-NOTIFIKA TAL-INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI U R-REVIŻJONIJIET SOSTANZJALI TAL-PJANIJIET GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART
Isem il-pjan:
…
Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) responsabbli mill-adozzjoni/reviżjoni tal-pjan:
…
Indirizz elettroniku għal sit tal-Internet aċċessibbli għall-pubbliku tal-pjan:
…
Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) li għandu f’idejh il-koordinazzjoni tal-informazzjoni pprovduta f’din il-formola:
…
Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa applikabbli:
|
Adozzjoni ta’ pjan ġdid ta’ mmaniġġjar tal-iskart |
|
Reviżjoni sostanzjali ta’ pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart |
(Importanti: Jekk jogħġbok indika n-numru/i tal-paġna/i rilevanti tal-pjan notifikat u/jew tad-dokument ta’ referenza għal kull mistoqsija)
1. Informazzjoni ġenerali
1.1. |
Data tal-adozzjoni/reviżjoni (xahar/sena): |
1.2. |
Il-pjan ikopri t-territorju kollu tal-Istat Membru?
Jekk le, jekk jogħġbok indika liema partijiet tat-territorju mhumiex koperti u agħti r-raġunijiet: … |
1.3. |
X’inhu l-ambitu tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart?
Jekk il-pjan ma jkoprix il-flussi kollha tal-iskart, jekk jogħġbok indika l-pjanijiet addizzjonali rilevanti: … |
1.4. |
Il-pjan huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE?
Jekk le, jekk jogħġbok indika r-raġunijiet: … |
1.5. |
Il-pjan huwa mfassal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE?
Jekk le, jekk jogħġbok speċifika mil-liema flussi tal-iskart il-pjan qed jiddevja mill-ġerarkija tal-iskart u r-raġunijiet għal dawn id-devjazzjonijiet: … |
1.6. |
Il-pjan jinkludi programmi għall-prevenzjoni tal-iskart?
Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-indirizzi tal-Internet rilevanti: … |
1.7. |
Kif ipparteċipaw il-partijiet interessanti u l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku ġenerali fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart? … |
2. Informazzjoni dwar l-iskemi ta’ ġbir u l-istallazjonijiet tat-trattament tal-iskart
2.1. |
Il-pjan jivvaluta l-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir u stallazjonijiet ewlenin għar-rimi/irkupru u investimenti relatati?
|
2.2. |
Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-post tar-rimi ppjanat jew l-istallazjonijiet ta’ rkupru ewlenin u l-kriterji tal-għażla ta’ dak il-post?
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fejn huma stabbiliti dawn il-kriterji fil-pjan: … |
3. Informazzjoni dwar miri relatati tal-iskart:
3.1. |
L-imballaġ u l-iskart tal-imballaġ huma koperti mill-pjan (l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (1))?
|
3.2. |
Il-pjan jistabbilixxi strateġiji jew miżuri għall-implementazzjoni tat-tnaqqis tal-iskart bijodegradabbli li jintefa’ fil-miżbliet (l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (2))?
|
3.3. |
Il-pjan jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri ta’ diverżjoni bijodegradabbli tal-miżbla?
|
3.4. |
Il-pjan jevalwa l-utilità u l-adekwatezza tal-istrumenti ekonomiċi u strumenti oħrajn, eż. it-taxxi tal-miżbliet, fl-indirizzar tal-kwistjonijiet tal-iskart?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema strumenti ekonomiċi u miżuri relatati ġew inklużi fil-pjan: … |
ANNESS II
FORMAT GĦAN-NOTIFIKA TAL-INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI U R-REVIŻJONIJIET SOSTANZJALI TAL-PROGRAMMI GĦALL-PREVENZJONI TAL-ISKART
Isem il-programm
…
Indirizz elettroniku għal sit tal-Internet aċċessibbli għall-pubbliku għal dan il-programm:
…
Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) responsabbli mill-adozzjoni/reviżjoni tal-programm:
…
Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) li għandu f’idejh il-koordinazzjoni ta’ dawn it-tweġibiet:
…
Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa applikabbli:
|
Adozzjoni ta’ pjan ġdid ta’ prevenzjoni tal-iskart |
|
Reviżjoni sostanzjali ta’ programm ta’ prevenzjoni tal-iskart (1) F’każ ta’ notifika ta’ reviżjoni sostanzjali ta’ programm ta’ prevenzjoni tal-iskart, liema pjan/programm tirreferi għalih din ir-reviżjoni? Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor l-ambitu u l-elementi ewlenin tar-reviżjoni, billi tindika fejn jistgħu jinstabu l-elementi riveduti fil-programm ta’ prevenzjoni tal-iskart: … |
(Importanti: Jekk jogħġbok indika n-numru/i tal-paġna/i rilevanti tal-programm notifikat u/jew id-dokument ta’ referenza relatat ma’ kull mistoqsija)
1. Tagħrif ġenerali
1.1. |
Data tal-adozzjoni/reviżjoni (xahar/sena): |
1.2. |
Il-programm ikopri t-territorju kollu tal-Istat Membru tiegħek?
Jekk le, jekk jogħġbok indika liema partijiet tat-territorju mhumiex koperti u agħti r-raġunijiet: … |
1.3. |
Il-programm huwa integrat fi pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-pjan(ijiet) ta’ mmaniġġjar tal-iskart: … |
1.4. |
Il-programm huwa inkluż fi programm(i) ta’ politika ambjentali ieħor/oħrajn?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-programm(i): … |
2. Informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart
2.1. |
Il-programm jiddeskrivi miżuri ta’ prevenzjoni eżistenti?
|
2.2. |
Il-programm jistabillixxi miri ta’ prevenzjoni tal-iskart?
|
2.3. |
Sa liema punt dawn l-għanijiet u miżuri għandhom fil-mira id-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni tal-iskart? … |
2.4. |
Il-programm jispeċifika punti ta’ riferiment kwantitattivi u/jew kwalitattivi għall-miżuri adottati ta’ prevenzjoni tal-iskart?
Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk humiex kwalitattivi u/jew kwantitattivi u n-numru/i rilevanti tal-paġna/i: … |
2.5. |
Il-programm jiddetermina miri u indikaturi kwalitattivi u/jew kwantitattivi speċifiċi?
Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk humiex kwalitattivi u/jew kwantitattivi u n-numru/i rilevanti tal-paġna/i: … |
(1) Applikabbli biss jekk ikun diġà ġie notifikat programm ta’ prevenzjoni tal-iskart lill-Kummissjoni Ewropea.