EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01987R2658-20000101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/2000-01-01

1987R2658 — MT — 01.01.2000 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2658/87,

tat-23 ta' Lulju, 1987,

dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana.

(ĠU L 256, 7.9.1987, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3528/89 tat-23 ta' Novembru 1989

  L 347

1

28.11.1989

 M2

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3845/89 of 18 December 1989 (*)

  L 347

2

22.12.1989

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992

  L 302

1

19.10.1992

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1969/93 tad-19 Lulju 1993

  L 180

9

23.7.1993

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 254/2000 tal-31 ta' Jannar 2000

  L 28

16

3.2.2000



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2658/87,

tat-23 ta' Lulju, 1987,

dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana.



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

▼M1

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistyabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mogħod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 113 tiegħu,

▼B

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u Portugall,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Komunità Ekonomika Ewropea hija mwaqqfa fuq għaqda doganali li tiġbor fiha l-użu ta' tariffi komuni ta' dwana;

Billi l-ġbir u l-bdil ta' statistika dwar negozju barrani tal-Komunità jista' jsir l-aħjar permezz ta' nomenklatura magħquda li tkun minflok in-nomenklaturi tat-Tariffa Doganali Komuni u Nimexe li diġa hemm, u dan sabiex jintlaħqu f'daqqa l-ħtiġijiet tat-tariffi u l-istatistika;

Billi l-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Sistema ArmonizzataArmonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifika ta' Merkanzija, magħrufa bħala “Sistema ArmonizzataArmonizzata”, bil-ħsieb li tkun minflok il-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru, 1950, dwar in-Nomenklatura għall-Klassifikazzjoni ta' Merkanzija f'Tariffi Doganali;

Billi, minħabba dan, l-imsemmija nomenklatura magħquda għandha ssir skond is-sistema armonizzata;

Billi jixraq li Stati Membri jitħallew joħolqu sub-diviżjonijiet ta' statistika nazzjonali;

Billi xi miżuri partikulari tal-Komunità ma jistgħux jitħaddmu fil-qafas ta' nomenklatura magħquda; Billi għalhekk jenħtieġ li jinħolqu sub-diviżjonijiet oħra Komunitarji u li dawn jinġabru f'tariffa magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (Taric); Billi biex it-Taric titħaddem tajjeb jenħtiġilha sistema ta' aġġornament immedjat; Billi għalhekk jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tħaddem it-Taric;

Billi Spanja u Portugall ma jkunux jistgħu jużaw l-iskema tat-Taric bħal l-Istati Membri l-oħra minħabba l-arranġamenti transitorji dwar it-tariffa msemmija fl-Att ta' Aċċessjoni; Billi jixraq li dawn iż-żewġ Stati Membri jkunu awtoriżżati li ma japplikawx it-Taric għal matul iż-żmien li fih l-arranġamenti transitorji jkunu fis-seħħ;

Billi jidher xieraq li Stati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu aktar sub-diviżjonijiet wara s-sub-titoli tat-Taric sabiex jilħqu ħtiġijiet oħra nazzjonali; Billi dawn is-sub-diviżjonijiet għandhom jintgħażlu minn xulxin oermezz ta' numri ta' kodiċi għal dan l-iskop skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2793/86, tat-22 ta' Lulju, 1986, li jsemmi l-kodiċi li għandhom jintużaw skond kif imsemmi fir-Regolamenti (KEE) Nru 678/85, (KEE) Nru 1900/85 u (KEE) Nru 222/77 ( 4 );

Billi jenħtieġ li n-nomenklatura magħquda u kull nomenklatura oħra msejsa kollha, jew parti minnha, fuqha jew li żżid sub- diviżjonijiet fiha, ikunu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha; Billi dispożizzjonijiet għal dan il-għan għandhom ikunu adottati fil-livell Komunitarju; Billi wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jassiguraw applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fid-Deċiżjoni 86/98/KEFA ( 5 ) japplikaw għal prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal Faħam u Azzar;

Billi t-tħejjija u l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġu koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; Billi t-twettiq ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandu jsir malajr minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi serji li kull dewmien jista' jħalli warajh;

Billi biex sgur ikun hemm applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun megħjuna minn kumitat responsabbli għall-affarijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu man-nomenklatura magħquda, mat-Taric u man-nomenklaturi l-oħra kollha msejsa fuq in-nomenklatura magħquda; Billi dan il-kumitat għandu jibda jaħdem malajr kemm jista' jkun qabel id-data ta' l-applikazzjoni tan-nomenklatura magħquda;

Billi sabiex il-għan tan-nomenklatura magħquda jkun imfisser sewwa, ikun aħjar li jsiru dispożizzjonijiet preliminari, noti oħra għal taqsimiet jew kapitoli u noti adattati f'qiegħ ta' paġna;

Billi t-Tariffa Doganali Komuni tiġbor fiha mhux biss dazji konvenzjonali u awtonomi u taxxi oħra rilevanti msemmija fl-Annex I ta' dan ir-Regolament u msejsa fuq in-nomenklatura magħquda, iżda wkoll il-miżuri ta' tariffi msemmija fit-Taric u liġijiet oħra tal-Komunita;

Billi meta jiġu biex isiru r-rati konvenzjonali ta' dazju jkun jixraq li jitqies il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT);

Billi l-bidla min-nomenklatura l-antika għan-nomenklatura magħquda tista ġġib magħha diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini ma' ċerti sistemi preferenzjali, l-aktar jekk il-pajjiż terz li jkollu x'jaqsam ma jkunx adotta is-sistema armonizzata;

Billi jixraq illi f'dawn iċ-ċirkostanzi jittieħdu miżuri f'lokhom bil-ħsieb li jħollu dawn id-diffikultajiet;

Billi, għalkemm in-nomenklatura u r-rati ta' dazju għal prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea għal Faħam u Azzar ma jagħmlux parti mit-Tariffa Doganali Komuni , iżda, b'danakollu, jixraq li r-rati konvenzjonali għal dawn il-prodotti jingabru f'dan ir-Regolament biex isiru magħrufa;

Billi, wara li saret in-nomenklatura magħquda, għadd ta' atti Komunitarji, l-aktar fil-qasam tal-politika agrikola komuni, għandhom jinġiebu jaqblu biex iqisu l-użu ta' din in-nomenklatura; Billi biex issir din il-bidla aktarx ma jenħtieġx li jsir tibdil sostanzjali; Billi, biex l-affarijiet jiħfiefu, jixraq li l-Komunita' tadotta l-emendi tekniċi meħtieġa għall-atti li għandhom x'jaqsmu;

Billi d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iġib miegħu it-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68, tat-28 ta' Ġunju, 1968, dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 6 ), u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69, tas-16 ta' Jannar, 1969, dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni ( 7 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 ( 8 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1.

▼M5

1.  Nomeklatura ta' oġġetti, minn issa 'l quddiem imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, jew fil-qosor “NM”, li tħaddan fiha, fl-istess waqt, dak kollu li titlob it-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistiċi kummerċjali esterni tal-Komunità u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

▼B

2.  In-nomenklatura magħquda għandha tiġbor fiha:

(a) n-nomenklatura tas-sistema armonizzata;

(b) sub-diviżjonijiet Komunitarji għal dik in-nomenklatura, imsejħa “sub-titoli NM”, f'dawk il-każijiet fejn tintwera rata ta' dazju li tikkorrispondi;

(c) dispożizzjonijiet preliminari, noti oħra għal taqsimiet jew kapitoli u noti f'qiegħ ta' paġna li jkollhom x'jaqsmu ma' sub-titoli NM.

▼M5

3.  In-Nomeklatura Magħquda tidher stampata fl-Anness I. Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni u, fejn huma applikabbli, l-unitajiet supplimetari ta' l-istatistika kif ukoll tagħrif ieħor meħtieġ huma kollha mniżżlin fl-Anness imsemmi.

L-Anness fih ir-rati konvenzjonalki tad-dazju.

Iżda meta rati awtonomi ta' dazju jkunu anqas mir-rati konvenzjonali tad-dazju ta' jew fejn ir-rati konvenzjonali tad-dazju ma jkunux jgħoddu, ir-rati awtonomi jidhru wkoll fl-Anness imsemmi.

Artikolu 2

Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, min issa 'l quddiem imsejħa “Taric”, li tħaddan fiha l-ħtiġiet kollha ta' Tariffa Doganali Komuni, l-statistiċi esterni tal-kummerċ, il-linji politiċi kummerċjali, agrikoli u linji politiċi oħra tal-Komunità rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjponi.

It-Tariffa għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda u jkun fiha:

(a) il-miżuri li jinsabu f'dawn ir-Regolamenti;

(b) is-suddiviżjonijiet Komunitarji addizzjonali, msejħa “Subartikoli tat-TARIC”, li huma meħtieġa għall-implimetazzjoni ta' miżuri Komunitarji speċifiċi mniżżla fl-Anness II;

(ċ) kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-implimetazzjoni jew l-immaniġġjar tal-kodiċijiet tat-Taric u kodiċijiet addizzjonali kif definiti fl-Artikoli 3(2) u (3);

(d) ir-rati tad-dazju tad-dwana u imposti oħra fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inklużi eżenzjonijiet mid-dazju u rati ta' tariffa preferenzali applikabbli għal oġġetti speċifiċi waqt l-importazzjoni u l-esoportazzjoni;

(e) miżuri li jidhru fl-Anness II applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti speċifiċi.

▼B

Artikolu 3

1.  Kull sub-titolu NM għandu jkollu numru kodifikat bi tmien numri:

(a) l-ewwel sitt numri għandhom ikunu n-numri kodifikati li jkollhom x'jaqsmu mat-titoli u s-sub-titoli tan-nomenklatura tas-sistema armonizzata;

(b) is-seba' u t-tmien numri għandhom juru s-sub-titoli NM. Meta titolu jew sub-titolu tas-sistema armonizzata ma jinqasamx aktar għal fini tal-Komunita', is-seba' u t-tmien numri għandhom ikunu “00”.

▼M4

2.  Is-sottotitoli tat-Taric għandhom jiġu identifikati bid-9 u l-10 numri li, flimkien man-numri taċ-ċifrarju msemmija fil-paragrafu 1, jiffurmaw in-numri taċ-ċifrarju tat-Taric. Fejn m'hemmx sottodiviżjoni tal-Komunità, id-9 u l-10 numri għandhom jiġu “00”.

3.  B'mod eċċezzjonali, ċifrarji addizzjonali tat-Taric b'erba' figuri jistgħu jintużaw għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi tal-Komunità li mhumiex ċifrati, jew mhumiex ċifrati totalment, f'livell tad-9 u l-10 numru.

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 5

1.  It-Taric għandha tintuża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' miżuri Komunitarji rigward l-importazzjoni fil-u l-esportazzjoni mill-Komunità.

2.  Il-kodiċjieti tat-Taric u l-kodiċijiet addizzjonali tat-Taric għandhom jiġu applikati għall-importazzjoni u, fejn ikun applikabbli, għall-esportazzjoni ta' oġġetti li jkunu koperti mis-subartikoli korrispondentti tagħhom.

3.  L-Istati Membri jistgħu jżidu suddiviżjonijiet u kodiċijiet adizzjonali għal skopijiet nazzjonalistiċi Il-kodiċijiet ta' identifikazzjoni għandhom jiġu assenjati lil dawk is-suddiviżjonijiet jew kodiċijiet addizzjonali f'konformitaċ mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 6

It-Taric għandha tkun stabbilita, aġġornata, maniġġjata, u mxerrda mill-Kummissjoni, li għandha, sa fejn ikun possibli, tuża mezzi kompjuterizzati. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi neċessarji biex:

(a) tintegra fit-Taric il-miżuri kollha li jinsabu f'dan ir-Regolament jew li jidhru fl-Anness II li hemm miegħu,

(b) tattribwixxi l-kodiċijiet tat-TARIC u l-kodiċijiet addizzjonali tat-Taric,

(ċ) taġġorna t-Taric immedjatament,

(d) ixxerred f'fomat elettroniku t-tibdil tat-Taric immedjatament.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 8

Il-kumitat ►M3  li hemm provdut dwaru fl-Artikolu 247 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità ◄ jista' jeżamina kull ħaġa mibgħuta lilu mil-president tiegħu minn jeddu jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru:

(a) li jkollha x'taqsam man-nomenklatura magħquda;

(b) li jkollha x'taqsam man-nomenklatura tat-Taric u kull nomenklatura oħra kollha, jew parti minnha, imsejsa fuq in-nomenklatura magħquda, jew li żżidilha sub-diviżjoni oħra, u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunita', bil-ħsieb li tapplika tariffa jew miżuri oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' negozju ta' merkanzija.

Artikolu 9

1.  Miżuri li jkollhom x'jaqsmu ma' l-affarijiet msemmija hawn taħt għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10:

▼M5

(a) applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tat-Taric, partikolarment rigward

 il-klassifika ta' l-oġġetti li fin-nomenklatura huma msemmija fl-Artikolu 8;

 noti ta' spjegazzjoni;

 il-ħolqien, jekk ikum meħtieġ,u għall-finijiet li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-Komunità, ta' subartikoli statistiċi fit-Taric, meta li dan isir ikun jidher li huwa aktar xieraq milli li jsir fin-NM;

▼B

(b) emendi fin-nomenklatura magħquda biex jitqiesu t-tibdiliet fil-ħtiġijiet dwar statistika jew politika kummerċjali;

(c) emendi fl-Annex II;

(d) emendi fin-nomenklatura magħquda u aġġustamenti fid-dazji skond deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni;

(e) emendi fin-nomenklatura magħquda bil-ħsieb li din tkun adattata biex tqis l-iżviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali jew biex kliem ikun jaqbel u mfisser sewwa;

(f) emendi fin-nomenklatura maghquda li jiġu minn tibdiliet fin-nomenklatura tas-sistema armonizzata;

▼M5

(g) kwestjonijiet rigward l-applikazzjoni, il-funzjonament u l-immaniġġjar tas-sistema armonizzata għandhom jiġu diskussi fi ħdan il-Kunsill għall-Koperazzjoni tad-Dwana, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom mill-Komunità.

2.  Id-dispożizzjonijiet adottati skond dan il-paragrafu ma għandhomx jemendaw

 ir-rati tad-dazji tad-dwana;

 imposti fuq l-agrikultura, rimborsi u ammonti oħra applikabblki fil-qafas tal-politka agrikola komuni jew f'dak ta' skemi spreċifiċi applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

 restrizzjonijiet kwantitattivi stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità;

 nomenklaturi adottati fil-qafas ta' politka komuni fl-agrikultura.

▼B

3.  Jekk ikun meħtieġ, emendi fis-sub-titoli NM għandhom jinġabru mill-ewwel bħala sub-titoli Taric. Dawn għandhom jinġabru biss fin-NM skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12.

▼M5

Artikolu 10

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana mwaqqaf skond l-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ( 9 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 10 ) għandha tapplika.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M3 —————

▼M5

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-Nomenklatura Magħquda, flimkien mar-rati tad-dazju konformi ma' l-Artikolu 1, kif jirriżulta minn miżuri adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. L-imsemmi Regolament għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru fil-Ġurnal Ufiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandu japplika mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

2.  Miżuri u informazzjoni rigward it-Tariffa Doganali Komuni jew tat-Taric għandhom, sa fejn hu possibli, ikunu imxerrda f'format elettroniku bl-użu ta' mezzi kompjuterizzati.

3.  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' tat-Tariffa Doganali Komuni u tat-Taric, il-Kummissjoni għandha tħajjar kordinazzjoni u armonizzazzjoni tal-prattiċi fil-laboratorji tad-dwana ta' l-Istati Membri bl-użu, sa fejn hu possibli, ta' meżżi kompjuterizzati.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 14

Meta tingħata preferenza ta' tariffa li tkun imsejsa fuq jew skond ir-regoli ta' oriġini li joħorġu min-nomenklatura tal-Kunsill ta' Dwana għall-Koperazzjoni, fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru, 1987, dawk ir-regoli għandhom jibqgħu japplikaw skond l-atti tal-Komunità li jkunu jgħoddu f'dik id-data.

Artikolu 15

1.  Il-kodiċi u d-deskrizzjonijiet tal-merkanzija skond in-nomenklatura magħquda għandhom ikunu flok dawk tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni u n-Nimexe, u dan bla ħsara għal ftehim internazzjonali magħmula mill-Komunità qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għal atti li saru biex iwettquhom, li jirreferu għal dawk in-nomenklaturi. Atti tal-Komunità li jiġbru fihom in-nomenklatura tat-tariffa jew ta' l-istatistika għandhom ikunu hekk emendati mill-Komunità.

2.  Riferenzi għan-Nimexe fid-diversi atti fis-seħħ tal-Komunità għandhom jitqiesu li jirreferu għan-nomenklatura magħquda.

Artikolu 16

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 950/68 u (KEE) Nru 97/69 huma b'dan imħassra.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Artikoli minn 1 sa 5 u minn 12 sa 16 m'għandhomx japplikaw qabel l-1 ta' Jannar, 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha



( 1 ) ĠU Nru C 154, 12. 6. 1987, p. 6.

( 2 ) ĠU Nru C 190, 20. 7. 1987.

( 3 ) Opinjoni mogħtija fl-1 ta' Lulju, 1987 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU Nru L 263, 15. 9. 1986, p. 74.

( 5 ) ĠU Nru L 81, 26. 3. 1986, p. 29.

( 6 ) ĠU Nru L 172, 22. 7. 1968, p.1.

( 7 ) ĠU Nru L 14, 21. 1. 1969, p.1.

( 8 ) ĠU Nru L 191, 19. 7. 1984, p.1.

( 9 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 955/1999 (ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1).

( 10 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

Top