EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0646

Kawża C-646/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht vs TB

ĠU C 44, 8.2.2021, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht vs TB

(Kawża C-646/20)

(2021/C 44/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht

Appellat: TB

Partijiet oħra fil-proċedura: Standesamt Mitte von Berlin, RD

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a), tal-punt 4 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell IIa”), qegħdin isiru d-domandi preliminari li ġejjin:

1)

Xoljiment taż-żwieġ fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-decreto-legge n. 132 (id-Digriet Liġi Nru 132) tat-12 ta’ Settembru 2014 huwa deċiżjoni ta’ divorzju fis-sens tar-Regolament Brussell IIa?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: xoljiment taż-żwieġ fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-decreto-legge n. 132 (id-Digriet Liġi Nru 132) tat-12 ta’ Settembru 2014 għandu jiġi ttrattat bl-applikazzjoni mutatis mutandis tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament Brussell IIa dwar id-dokumenti awtentiċi u l-ftehimiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.


Top