EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0164

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Novembru 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Derogi mis-sistema ta' protezzjoni tal-għasafar selvaġġi - Kaċċa.
Kawża C-164/09.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:672





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑164/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409/KEE – Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi – Kaċċa”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 19)

2.                     Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mill-projbizzjoni li jinqatlu jew li jinqabdu l-ispeċi protetti - Kundizzjonijiet - Nuqqas ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 7 u 9) (ara l-punti 22-27)

3.                     Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mill-projbizzjoni li jinqatlu jew li jinqabdu l-ispeċi protetti - Kundizzjonijiet - Iffissar għal perijodu ta’ ħames snin tan-numru ta’ speċi li jistgħu jinqabdu (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 7 u 9) (ara l-punti 29-30)

4.                     Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mill-projbizzjoni li jinqatlu jew li jinqabdu l-ispeċi protetti - Kundizzjonijiet - Qabda fi kwantitajiet żgħar - Iffissar f’livell ħafna ogħla mil-limitu ffissat mid-direttiva tal-kwantitajiet ta’ għasafar li jistgħu jiġu kkaċċati - Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 7 u 9(1)(c)) (ara l-punti 35-40)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi - Regione Veneto

Dispożittiv

1)

Peress li r-Regione Veneto adotta u applika leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, ir-Repubblika Taljan naqset milli twettaq l-obbligi taħt l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir‑Repubblika Taljana hija kkundannata għall‑ispejjeż.

Top