EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0382

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Jannar 2011.
Advance Magazine Publishers, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Aplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal - Nuqqas ta' użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-382/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:9





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Jannar 2011 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-382/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal – Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 27-29)

2.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 30-32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Capela & Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Advance Magazine Publishers, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali VOGUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 25 u 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 183756

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

J. Capela & Irmãos, Lda

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Portugiża VOGUE Portugal irreġistrata bin-numru 143183 għal prodotti fil-klassi 25; isem ta’ soċjetà Portugiż Nru 32046 VOGUE – SAPATARIA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003‑2), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.

Top