This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0067
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL on the use of contract staff in 2012 and 2013
VERSLAG VAN DE COMMISSIE AAN DE RAAD over de inschakeling van arbeidscontractanten in 2012 en 2013
VERSLAG VAN DE COMMISSIE AAN DE RAAD over de inschakeling van arbeidscontractanten in 2012 en 2013
/* COM/2015/067 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu tal-aġenti kuntrattwali fl-2012 u fl-2013 /* COM/2015/067 final */
WERREJ 1............ Introduzzjoni 2 2............ L-evoluzzjoni
fin-numru ta' aġenti kuntrattwali fi ħdan il-Kummissjoni mill-2004 'l
hawn 3 3............ Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont il-ġeneru u l-grupp ta’
funzjoni 4 4............ Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità. 6 5............ Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali tal-Kummissjoni skont id-DĠ.. 15 5.1......... Distribuzzjoni skont
il-ġeneru u skont id-DĠ.. 16 5.2......... Distribuzzjoni skont
it-tip ta' kuntratt 18 5.2.1...... Aġenti
kuntrattwali 3a. 18 5.2.2...... Aġenti kuntrattwali
awżiljarji 3b. 20 6............ Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u
fl-aġenziji 22 6.1......... Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn. 23 6.1.1...... Distribuzzjoni skont
il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-istituzzjonijiet l-oħrajn. 25 6.1.2...... Distribuzzjoni skont
in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet l-oħrajn. 26 6.2......... Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali fl-aġenziji 27 6.2.1...... Distribuzzjoni skont
il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-aġenziji 28 6.2.2...... Distribuzzjoni skont
in-nazzjonalità fl-aġenziji 31 1. Introduzzjoni Dan ir-rapport jissodisfa l-obbligu statutorju li
jirriżulta mill-Artikolu 79(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (minn issa 'l
qudddiem CEOS - Conditions of Employment of Other Servants) li jipprevedi li
"l-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport kull sena dwar l-użu
tal-aġenti kuntrattwali inkluż in-numru ta' aġenti, il-livell u
t-tip ta' pożizzjonijiet, il-bilanċ ġeografiku u r-riżorsi
baġitarji għal kull grupp ta' funzjoni." Huwa jagħti
stampa dettaljata tal-aġenti kuntrattwali (minn hawn'il quddiem l-AK)
impjegati fil-31 ta' Diċembru 2012 u
fil-31 ta' Diċembru 2013. Id-dejta baġitarja (li tintbagħat kull
sena lill-Kumitat tal-Baġit tal-Kunsill mal-abbozz tal-baġit –
id-Dokument ta' Ħidma, Parti II u III) tinkludi l-AK preżenti
meta ġie ppreżentat l-abbozz tal-baġit (inklużi l-AK
irreklutati permezz tad-dħul allokat), jiġifieri: rendikont
fl-1 ta' April tas-sena N-1 (fejn "N" hija s-sena
tal-abbozz tal-baġit), l-implimentazzjoni tal-baġit fis-sena N-2 u
t-talbiet għall-approprjazzjonijiet bi stima bħala ekwivalenti
għal impjegati full-time għas-sena N. Għaldaqstant dan jispjega d-differenzi li jista'
jkun hemm fl-għadd ta' AK bejn iż-żewġ sorsi ta' dejta
differenti. Dan ir-rapport jinkludi dejta dwar
l-Istituzzjonijiet Ewropej (inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni
Esterna (SEAE) fis-seħħ mill-1/1/2011) u l-Aġenziji kollha skont
ir-Regolamenti tal-Persunal. Id-dejta għall-Kummissjoni hija aktar
dettaljata u tinkludi l-persunal iffinanzjat mil-linji operazzjonali u ta'
riċerka, l-uffiċċji amministrattivi, id-delegazzjonijiet,
ir-rappreżentanzi u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
(JRC). L-Artikolu 80 tas-CEOS jistabbilixxi rabta bejn
kull grupp ta' funzjoni (minn hawn 'il quddiem FG) u l-kompiti li jistgħu
jitwettqu minn AK: Grupp ta' funzjoni || Gradi || Kompiti IV || minn 13 sa 18 || Kompiti amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u kompiti tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta' aġenti temporanji. III || minn 8 sa 12 || Kompiti eżekuttivi, ta' abbozzar, ta' kontabbiltà u kompiti tekniċi ekwivalenti oħrajn, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew aġenti temporanji. II || minn 4 sa 7 || Kompiti klerikali u segretarjali, il-ġestjoni ta' uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew ta' aġenti temporanji. I || minn 1 sa 3 || Kompiti manwali u ta' appoġġ amministrattiv, imwettqa taħt il-kontroll ta' uffiċjali jew ta' aġenti. Il-kategorija tal-aġenti kuntrattwali
nħolqot fl-2004 bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal.
Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-AK taw kontribut siewi
għall-ħidma tal-Istituzzjonijiet billi wettqu, b'inqas spejjeż,
attivitajiet ta' appoġġ amministrattiv u billi pprovdew ħiliet
li mhumiex dejjem disponibbli fl-Istituzzjoni. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari,
għall-funzjonijiet li jikkorrispondu għall-FG I, li mill-2004
issostitwixxa l-Kategorija D tal-uffiċjali. Minn dakinhar,
bl-eċċezzjoni tal-Parlament, ma ġiet organizzata l-ebda
kompetizzjoni, wara li tneħħiet din il-Kategorija għall-kompiti
ta' messaġġiera u ta' xufiera u kompiti oħrajn li tipikament
huma tal-livell FG I. Mill-2004 ġew impjegati biss AK tal-FG I
għal dan it-tip ta' kompitu u dawn jistgħu biss japplikaw għal
kuntratti għal żmien indeterminat taħt ċerti
kundizzjonijiet li jinsabu fis-CEOS u fid-dispożizzjonijiet ġenerali
ta' implimentazzjoni għall-aġenti kuntrattwali. 2. L-evoluzzjoni fin-numru ta'
aġenti kuntrattwali fi ħdan il-Kummissjoni mill-2004 'l hawn Fl-aħħar tal-2012, l-għadd totali ta'
AK għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha, għall-ewwel darba
kien ta' madwar 10 000. Madwar 60 % ta' dawn l-aġenti huma
impjegati mill-Kummissjoni, meta mqabbla ma' madwar żewġ terzi
fl-2011. F'kuntest fejn il-persunal ta' AK tal-Kummissjoni baqa' relattivament
stabbli, dan it-tnaqqis relattiv ta' AK impjegati mill-Kumissjoni huwa dovut
għaż-żieda ta' AK fl-istituzzjoniet u l-aġenziji
l-oħrajn. Id-distribuzzjoni fid-dettall skont
l-istituzzjonijiet u l-aġenziji hija analizzata aktar tard f'dan
ir-rapport. L-evoluzzjoni tal-persunal mill-2004 fi ħdan
il-Kummissjoni kienet kif ġej: Din iż-żieda fl-għadd tal-AK
fil-Kummissjoni, li issa stabilizza għal madwar 6 000 persuna, hija
dovuta għas-sostituzzjoni progressiva tal-aġenti awżiljarji (li
kienu qrib it-3 000 fl-2003) mill-AK awżiljarji (l-Artikolu 3b
tas-CEOS), għas-sostituzzjoni tal-Kategorija D preċedenti tal-uffiċjali
b’AK (l-Artikolu 3a tas-CEOS), kif ukoll għall-konverżjoni ta'
postijiet ta' uffiċjali permanenti f'approprjazzjonijiet għall-AK
fl-uffiċċji amministrattivi. Barra minn hekk, l-ingaġġar
ta' aġenti kuntrattwali sar biex jiġu koperti l-ħtiġijiet
ta' sostituzzjoni temporanja ta' persunal statutorju, kif previst
fl-Artikolu 3b tas-CEOS. L-għadd ta' AK żdied kull sena sal-2009,
qabel ma naqas bi ftit fl-2010. Dan it-tnaqqis huwa dovut b’mod partikolari
għall-istennija tar-riżultati tas-selezzjonijiet il-ġodda
CAST 2010. Fl-2011, iċ-ċifri tal-Kummissjoni jidhru
li jindikaw stabbiltà, iżda dan huwa fil-fatt ir-riżultat ta’
żewġ avvenimenti kontrastanti. Min-naħa, il-ħolqien
tas-SEAE wassal għat-trasferiment ta' 277 aġent kuntrattwali
mill-persunal tal-Kummissjoni (li kienu jaħdmu
għad-DĠ RELEX fid-delegazzjonijiet u fis-sede) għas-SEAE[1], u
min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni impjegat 275 AK bejn l-2010 u
l-2011[2].
Mingħajr it-tluq tal-aġenti lejn is-SEAE, l-evoluzzjoni bejn l-2010 u
l-2011 kienet tkun ta’ + 4,6 %, jiġifieri kienet tkun daqs ir-rata
medja taż-żieda stabbilita bejn l-2008 u l-2009. Fl-2012 u fl-2013, l-għadd ta' AK naqas ftit
(minn -1 % u -2 % rispettivament), u dan huwa dovut b'mod partikolari
għall-kuntest ġenerali tat-tnaqqis ta' persunal u l-istennija
għad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda
tal-Persunal f'Jannar 2014. Il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet sejħa
għal espressjonijiet ta' interess għal aġenti kuntrattwali skont
l-Artikolu 3b f'Settembru 2013 ippermetta li jiġu proposti
kandidati ġodda għad-DĠs. Fir-rigward taż-żmien ta'
selezzjoni u r-reklutaġġ, l-impatt reali ta' din is-sejħa
għal espressjonijiet ta' interess se jkun l-aktar viżibbli fl-2014. 3. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali tal-Kummissjoni skont il-ġeneru u l-grupp ta’ funzjoni Id-distribuzzjoni
skont il-FG tal-aġenti kuntrattwali hija kif indikat fit-tabella li
ġejja. Distribuzzjoni rġiel/nisa u skont
il-grupp ta' funzjoni fl-2012[3] 2012 || F || || M || || Total: || % FGIV || FGIV18 || 11 || 39,3% || 17 || 60,7 % || 28 || 1,7 % FGIV17 || 22 || 30,1 % || 51 || 69,9 % || 73 || 4,4 % FGIV16 || 74 || 45,7 % || 88 || 54,3 % || 162 || 9,8 % FGIV15 || 212 || 50,2 % || 210 || 49,8 % || 422 || 25,5 % FGIV14 || 379 || 54,1 % || 322 || 45,9 % || 701 || 42,3 % FGIV13 || 165 || 60,7 % || 107 || 39,3% || 272 || 16,4 % FGIV || || 863 || 52,1 % || 795 || 47,9 % || 1 658 || 28,0 % || || || || || || || FGIII || FGIII12 || 9 || 56,3 % || 7 || 43,8 % || 16 || 1,6 % FGIII11 || 29 || 42,0 % || 40 || 58,0 % || 69 || 6,7 % FGIII10 || 118 || 53,4 % || 103 || 46,6 % || 221 || 21,5 % FGIII09 || 273 || 59,5 % || 186 || 40,5 % || 459 || 44,6 % FGIII08 || 167 || 63,0 % || 98 || 37,0 % || 265 || 25,7 % FGIII || || 596 || 57,9 % || 434 || 42,1 % || 1 030 || 17,4 % || || || || || || || FGII || FGII07 || 49 || 92,5 % || 4 || 7,5 % || 53 || 2,2 % FGII06 || 467 || 84,8 % || 84 || 15,2 % || 551 || 23,1 % FGII05 || 881 || 81,3 % || 202 || 18,7 % || 1 083 || 45,3 % FGII04 || 577 || 82,1 % || 126 || 17,9 % || 703 || 29,4 % FGII || || 1 974 || 82,6 % || 416 || 17,4 % || 2 390 || 40,4 % || || || || || || || FGI || FGI03 || 0 || || 2 || 100,0 % || 2 || 0,2 % FGI02 || 212 || 35,5 % || 386 || 64,5 % || 598 || 70,9 % FGI01 || 99 || 40,7 % || 144 || 59,3 % || 243 || 28,8 % FGI || || 311 || 36,9 % || 532 || 63,1 % || 843 || 14,2 % || || || || || || || || Total: || 3 744 || 63,2 % || 2 177 || 36,8 % || 5 921 || 100,0 % Fil-31 ta' Diċembru 2012, kien
hemm 5 921 AK impjegati mal-Kummissjoni. Fil-31 ta'
Diċembru 2013, kien hemm 5 807. Il-FG l-aktar rappreżentat
huwa l-livell FG II, b'aktar minn 40 % tal-persunal. Dawn il-persuni
jwettqu kompiti tas-segretarjat jew kompiti oħrajn simili, kif ukoll
pereżempju kompiti marbuta mal-kura tat-tfal. L-aktar rappreżentati
wara dan il-grupp huma l-AK tal-FG IV u l-FG III. Distribuzzjoni rġiel/nisa u skont
il-grupp ta' funzjoni fl-2013[4] 2013 || F || || M || || Total: || % FGIV || FGIV18 || 14 || 43,8 % || 18 || 56,3 % || 32 || 2,0 % FGIV17 || 24 || 30,8 % || 54 || 69,2 % || 78 || 4,9 % FGIV16 || 79 || 41,1 % || 113 || 58,9 % || 192 || 12,1 % FGIV15 || 227 || 49,1 % || 235 || 50,9 % || 462 || 29,0 % FGIV14 || 364 || 57,0 % || 275 || 43,0 % || 639 || 40,1 % FGIV13 || 107 || 56,6 % || 82 || 43,4 % || 189 || 11,9 % FGIV || || 815 || 51,2 % || 777 || 48,8 % || 1 592 || 27,4 % || || || || || || || FGIII || FGIII12 || 10 || 52,6 % || 9 || 47,4 % || 19 || 1,9 % FGIII11 || 36 || 49,3 % || 37 || 50,7 % || 73 || 7,4 % FGIII10 || 129 || 53,5 % || 112 || 46,5 % || 241 || 24,5 % FGIII09 || 273 || 60,3 % || 180 || 39,7 % || 453 || 46,0 % FGIII08 || 115 || 58,1 % || 83 || 41,9 % || 198 || 20,1 % FGIII || || 563 || 57,2 % || 421 || 42,8 % || 984 || 16,9 % || || || || || || || FGII || FGII07 || 62 || 91,2 % || 6 || 8,8 % || 68 || 2,9 % FGII06 || 502 || 83,9 % || 96 || 16,1 % || 598 || 25,2 % FGII05 || 919 || 81,5 % || 208 || 18,5 % || 1 127 || 47,4 % FGII04 || 471 || 80,7 % || 113 || 19,3 % || 584 || 24,6 % FGII || || 1 954 || 82,2 % || 423 || 17,8 % || 2 377 || 40,9 % || || || || || || || FGI || FGI03 || 21 || 48,8 % || 22 || 51,2 % || 43 || 5,0 % FGI02 || 215 || 34,6 % || 406 || 65,4 % || 621 || 72,7 % FGI01 || 78 || 41,1 % || 112 || 58,9 % || 190 || 22,2 % FGI || || 314 || 36,8 % || 540 || 63,2 % || 854 || 14,7 % || || || || || || || || Total: || 3 646 || 62,8 % || 2 161 || 37,2 % || 5 807 || 100,0 % Il-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa huwa
ġeneralment stabbli: in-nisa rrappreżentaw 63,2 % tal-għadd
totali ta' AK fl-2011, meta mqabbla ma' 63,2 % fl-2012 u 62,8 %
fl-2013. Wieħed jista' jirrimarka li, fil-FG IV,
in-nisa jibqgħu dejjem ftit aktar numerużi mill-irġiel.
Fil-FG IV, dawn jirrappreżentaw 52,1 % tal-AK fil-31/12/2012 u
51,2 % fil-31/12/2013. Id-distribuzzjoni skont il-ġeneru fil-FGs
l-oħrajn għadha l-istess mill-2011. Hemm proporzjon ħafna
ogħla ta' nisa milli rġiel fil-FG II (82,6 % fl-2012 u
82,2 % fl-2013) u, sa ċertu punt, anki fil-FG III (57,9 %
fl-2012 u 57,2 % fl-2013). Min-naħa l-oħra, il-preżenza
tal-irġiel hija predominanti fil-FG I (63,1 % fl-2012 u
63,2 % fl-2013). Din id-distribuzzjoni tirrifletti li għad hemm
distribuzzjoni "tradizzjonali" tat-tipi ta' kompiti mwettqa:
il-kompiti tas-segretarjat jew tal-kura tat-tfal jaqgħu taħt
il-FG IIs, filwaqt li l-FG Is prinċipalment jaħdmu
bħala messaġġiera. 4. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità Ta’ min wieħed jinnota li bejn l-2005 u l-2012,
l-għadd ta' AK żdied b'mod simili għall-maġġoranza
tal-Istati Membri, minbarra l-membri tal-persunal ta' nazzjonalità
Ungeriża, Bulgara u Rumena (b’rabta mad-data tal-adeżjoni riċenti
fl-UE ta’ dawn il-pajjiżi), li żdiedu ferm aktar. In-nazzjonalitajiet l-aktar rappreżentati fost
l-AK huma, b'ordni dekrexxenti: il-Belġjani, it-Taljani,
il-Franċiżi, l-Ispanjoli u r-Rumeni, segwiti mill-Pollakki u
l-Griegi. Din ir-rappreżentazzjoni hija identika għall-ewwel erba’
nazzjonalitajiet sa mill-2005. Ir-Renju Unit u l-Ġermanja,
bħall-Polonja u n-Netherlands, għandhom rappreżentanza puttost
dgħajfa meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom. Min-naħa
l-oħra, il-Belġju u l-Italja għandhom rappreżentanza
għolja meta mqabbla mal-popolazzjoni tagħhom. Ta' min wieħed jinnota li, wara l-adeżjoni
tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, 87 aġent
kuntrattwali Kroat ġew impjegati mal-Kummissjoni
sal-31 ta' Diċembru 2013. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità u skont il-ġeneru
fl-2012[5] Id-distribuzzjoni tal-AK skont in-nazzjonalità hija
influwenzata minn kombinament ta' diversi fatturi, partikolarment il-post fejn
ikunu jinsabu l-Istituzzjonijiet Ewropej u t-tul tal-kuntratti proposti. Billi l-parti l-kbira tar-reklutaġġi jsiru
għal terminu limitat, il-kandidati magħżula għandhom
tendenza li jaċċettaw offerta ta' reklutaġġ aktar
faċilment jekk ikunu residenti jew jgħixu viċin ta' post fejn
tinsab l-Istituzzjoni li toffrilhom kuntratt. Min-naħa l-oħra, xi
drabi huwa diffiċli li kandidat jitlaq mill-pajjiż ta' oriġini
tiegħu, speċjalment jekk dan ikollu familja, biex imur fil-post fejn
ikollha s-sede tagħha l-Istituzzjoni għal perjodu qasir. Il-parti l-kbira tal-AK huma impjegati
mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 3b tas-CEOS -
jiġifieri għal terminu inizjali ta' sena segwit minn estensjoni ta'
sentejn, għal massimu ta' tliet snin (ta' min wieħed jinnota li
r-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda li daħlu fis-seħħ
fl-2014 issa jipprevedu massimu ta' sitt snin għal dawn il-kuntratti). Dan il-fattur ta' qrubija ġeografika huwa
rifless ukoll fil-kompożizzjoni tal-listi tal-kandidati, li l-Kumissjoni
tiddependi fuqhom. Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar li ma
hemm l-ebda kwota għal kull nazzjonalità: ir-reklutaġġi jsiru
fuq il-bażi tal-profil meħtieġ, tal-ħiliet u
tal-għarfien tal-lingwi tal-kandidati. L-istess tendenza marbuta mal-post tar-residenza
toħroġ mit-tabella dwar id-distribuzzjoni skont in-nazzjonalità
fl-Istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-Aġenziji. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali tal-Kummissjoni skont in-nazzjonalità u skont il-ġeneru
fl-2013[6] 2013 || F || || M || || Total: || % AT || 27 || 58,7 % || 19 || 41,3 % || 46 || 0,8 % BE || 790 || 64,7 % || 431 || 35,3 % || 1 221 || 21,0 % BG || 137 || 76,5 % || 42 || 23,5 % || 179 || 3,1 % CY || 10 || 52,6 % || 9 || 47,4 % || 19 || 0,3 % CZ || 31 || 73,8 % || 11 || 26,2 % || 42 || 0,7 % DE || 95 || 53,1 % || 84 || 46,9 % || 179 || 3,1 % DK || 17 || 60,7 % || 11 || 39,3% || 28 || 0,5 % EE || 20 || 69,0 % || 9 || 31,0 % || 29 || 0,5 % EL || 139 || 56,3 % || 108 || 43,7 % || 247 || 4,3 % ES || 344 || 61,9 % || 212 || 38,1 % || 556 || 9,6 % FI || 42 || 77,8 % || 12 || 22,2 % || 54 || 0,9 % FR || 425 || 57,5 % || 314 || 42,5 % || 739 || 12,7 % HR || 65 || 74,7 % || 22 || 25,3 % || 87 || 1,5 % HU || 72 || 74,2 % || 25 || 25,8 % || 97 || 1,7 % IE || 18 || 64,3 % || 10 || 35,7 % || 28 || 0,5 % IT || 565 || 53,3 % || 495 || 46,7 % || 1 060 || 18,3 % LT || 29 || 55,8 % || 23 || 44,2 % || 52 || 0,9 % LU || 4 || 66,7 % || 2 || 33,3 % || 6 || 0,1 % LV || 27 || 67,5 % || 13 || 32,5 % || 40 || 0,7 % MT || 8 || 72,7 % || 3 || 27,3 % || 11 || 0,2 % NL || 28 || 49,1 % || 29 || 50,9 % || 57 || 1,0 % PL || 187 || 79,2 % || 49 || 20,8 % || 236 || 4,1 % PT || 114 || 65,1 % || 61 || 34,9 % || 175 || 3,0 % RO || 299 || 78,3 % || 83 || 21,7 % || 382 || 6,6 % SE || 34 || 79,1 % || 9 || 20,9 % || 43 || 0,7 % SI || 23 || 74,2 % || 8 || 25,8 % || 31 || 0,5 % SK || 43 || 72,9 % || 16 || 27,1 % || 59 || 1,0 % UK || 44 || 49,4 % || 45 || 50,6 % || 89 || 1,5 % XX || 9 || 60,0 % || 6 || 40,0 % || 15 || 0,3 % Total: || 3 646 || 62,8 % || 2 161 || 37,2 % || 5 807 || 100,0 % Distribuzzjoni tal-AK skont
il-ġeneru u l-grupp ta' funzjoni[7] Dawn it-tabelli
jippermettu li ssir analiżi tad-distribuzzjoni skont il-FG,
in-nazzjonalità u l-ġeneru. Fl-2012 u fl-2013, l-Istati Membri kollha
kellhom ċittadini fil-FG IV u fil-FG II. Madankollu, dan ma
kienx il-każ fl-2012, fejn ma kienx hemm Lussemburgiżi
fil-FG III u la kien hemm Awstrijaċi u lanqas Maltin fil-FG I.
Fl-2013, la kien hemm Lussemburgiżi u lanqas Irlandiżi
fil-FG III, u lanqas Awstrijaċi u Kroati fil-FG I. FGIV FGIII FGII FGI 5. Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali
tal-Kummissjoni skont id-DĠ Fit-taqsima li jmiss, id-dejta dwar l-AK ġiet
ikklassifikata skont id-Direttorat Ġenerali (minn hawn 'il quddiem
"DĠ"). Ta' min wieħed jinnota xi differenzi bejn
id-DĠs, li partikolarment huma dovuti għat-tip ta' missjonijiet li
jiġu assenjati lilhom. Pereżempju, id-DĠ DEVCO jimpjega l-aktar
il-FG IVs, responsabbli mill-għajnuna u
l-kooperazzjoni internazzjonali jew maniġers ta' programmi kemm
fid-delegazzjonijiet kif ukoll fis-sede, filwaqt li l-OIB jimpjega l-aktar
assistenti amministrattivi jew indukraturi tat-tfal li jaqgħu taħt
il-FG II. Min-naħa l-oħra, l-approprjazzjonijiet
allokati għall-politika ta' sostituzzjoni tal-persunal assenti jippermettu
li tinżamm kontinwità fis-servizz u li s-sitwazzjoni ma tkunx daqstant
sodisfaċenti mingħajr dawn is-sostituzzjonijiet temporanji. 5.1. Distribuzzjoni
skont il-ġeneru u skont id-DĠ[8] 5.2. Distribuzzjoni skont it-tip ta'
kuntratt[9] 5.2.1. Aġenti kuntrattwali 3a 2012 || FGIV || FGIII || FGII || FGI || Total: F || M || Total || F || M || Total || F || M || Total || F || M || Total || SG |||||||||||||||||||| 8 || 11 || 19 || 19 COMM || 26 || 21 || 47 || 57 || 25 || 82 || 134 || 27 || 161 || 6 || 30 || 36 || 326 BEPA |||||||||||||||||||| 1 |||| 1 || 1 ECFIN |||||||||||||||||||| 2 || 4 || 6 || 6 ENTR |||||||||||||||||||| 10 || 7 || 17 || 17 COMP |||||||||||||||||||| 2 || 9 || 11 || 11 EMPL |||| 2 || 2 || 1 |||| 1 |||||||| 20 || 8 || 28 || 31 AGRI |||||||||||||||||||| 9 || 5 || 14 || 14 MOVE |||||||||||||||||||| 9 || 4 || 13 || 13 ENER |||||||||||||||||||| 7 || 5 || 12 || 12 ENV |||||||||||||||||||| 4 || 3 || 7 || 7 CNECT |||||||||||||||||||| 8 || 15 || 23 || 23 RTD || 1 |||| 1 |||||||||||||| 8 || 22 || 30 || 31 JRC |||||||||||||||||||| 7 || 49 || 56 || 56 MARE || 1 || 3 || 4 |||||||||||||| 13 || 4 || 17 || 21 MARKT |||||||||||||||||||| 9 || 4 || 13 || 13 REGIO || 3 || 6 || 9 |||||||||||||| 5 || 7 || 12 || 21 TAXUD |||||||||||||||||||| 1 || 1 || 2 || 2 EAC |||||||||||||||||||| 1 || 13 || 14 || 14 SANCO |||||||||||||||||||| 6 || 3 || 9 || 9 HOME |||||||||||||||||||| 1 |||| 1 || 1 JUST |||||||||||||||||||| 1 || 4 || 5 || 5 FPI || 14 || 8 || 22 |||||||||||||| 3 |||| 3 || 25 TRADE || 1 || 2 || 3 |||||||| 1 |||| 1 || 5 || 6 || 11 || 15 ELARG || 48 || 50 || 98 || 2 || 5 || 7 || 2 |||| 2 || 9 || 5 || 14 || 121 DEVCO || 294 || 366 || 660 || 20 || 31 || 51 || 1 |||| 1 || 14 || 9 || 23 || 735 ECHO |||||||||||||||||||| 4 || 1 || 5 || 5 ESTAT |||||||||||||||||||| 5 || 4 || 9 || 9 HR |||||||||||||||||||| 17 || 31 || 48 || 48 DIGIT |||||||||||||||||||| 4 || 1 || 5 || 5 BUDG |||||||||||||||||||| 17 || 7 || 24 || 24 IAS |||||||||||||||||||| 1 |||| 1 || 1 OLAF |||||||||||||||||||| 2 || 8 || 10 || 10 SCIC |||||||||||||||||||| 5 || 21 || 26 || 26 DGT |||||||||||||||||||| 4 || 12 || 16 || 16 OIB || 17 || 3 || 20 || 27 || 29 || 56 || 430 || 60 || 490 || 51 || 138 || 189 || 755 PMO || 1 |||| 1 || 49 || 35 || 84 || 207 || 48 || 255 || 15 || 36 || 51 || 391 OIL |||| 1 || 1 || 9 || 7 || 16 || 77 || 18 || 95 || 17 || 41 || 58 || 170 EPSO || || 1 || 1 || 2 || || 2 || 17 || 5 || 22 || || 4 || 4 || 29 Total: || 406 || 463 || 869 || 167 || 132 || 299 || 869 || 158 || 1 027 || 311 || 532 || 843 || 3 038 2013 || FGIV || FGIII || FGII || FGI || Total: F || M || Total || F || M || Total || F || M || Total || F || M || Total || SG |||||||||||||||||||| 8 || 12 || 20 || 20 COMM || 28 || 12 || 40 || 67 || 26 || 93 || 136 || 31 || 167 || 8 || 31 || 39 || 339 BEPA |||||||||||||||||||| 1 |||| 1 || 1 ECFIN |||||||||||||||||||| 2 || 3 || 5 || 5 ENTR |||||||||||||||||||| 11 || 7 || 18 || 18 COMP |||||||||||||||||||| 2 || 9 || 11 || 11 EMPL || 1 || 2 || 3 || 1 |||| 1 || 1 |||| 1 || 19 || 8 || 27 || 32 AGRI |||||||||||||||||||| 9 || 5 || 14 || 14 MOVE |||||||||||||||||||| 9 || 4 || 13 || 13 ENER |||||||||||||||||||| 8 || 5 || 13 || 13 ENV |||||||||||||||||||| 4 || 2 || 6 || 6 CNECT |||||||||||||||||||| 8 || 14 || 22 || 22 RTD || 1 |||| 1 || 1 |||| 1 |||||||| 8 || 23 || 31 || 33 JRC |||||||||||||||||||| 7 || 52 || 59 || 59 MARE || 1 || 5 || 6 |||||||||||||| 15 || 4 || 19 || 25 MARKT |||||||||||||||||||| 8 || 4 || 12 || 12 REGIO || 3 || 8 || 11 |||||||||||||| 5 || 7 || 12 || 23 TAXUD |||||||||||||||||||| 1 || 1 || 2 || 2 EAC |||||||||||||||||||| 1 || 14 || 15 || 15 SANCO |||||||||||||||||||| 7 || 3 || 10 || 10 JUST |||||||||||||||||||| 2 || 5 || 7 || 7 FPI || 13 || 13 || 26 || 1 |||| 1 |||||||| 3 |||| 3 || 30 TRADE |||| 3 || 3 |||||||| 1 |||| 1 || 4 || 5 || 9 || 13 ELARG || 53 || 50 || 103 || 4 || 6 || 10 || 7 || 1 || 8 || 9 || 6 || 15 || 136 DEVCO || 299 || 345 || 644 || 18 || 32 || 50 |||||||| 15 || 10 || 25 || 719 ECHO |||||||||||||||||||| 5 || 1 || 6 || 6 ESTAT |||||||||||||||||||| 5 || 3 || 8 || 8 HR |||||||||||||||||||| 17 || 31 || 48 || 48 DIGIT |||||||||||||||||||| 5 || 1 || 6 || 6 BUDG |||||||||||||||||||| 16 || 7 || 23 || 23 IAS |||||||||||||||||||| 1 |||| 1 || 1 OLAF |||||||||||||||||||| 2 || 8 || 10 || 10 SCIC |||||||||||||||||||| 5 || 21 || 26 || 26 DGT |||||||||||||||||||| 5 || 10 || 15 || 15 OIB || 14 || 3 || 17 || 33 || 31 || 64 || 430 || 59 || 489 || 49 || 141 || 190 || 760 PMO || 1 |||| 1 || 45 || 34 || 79 || 215 || 51 || 266 || 14 || 39 || 53 || 399 OIL |||| 1 || 1 || 8 || 11 || 19 || 87 || 24 || 111 || 16 || 40 || 56 || 187 EPSO |||||||| 2 |||| 2 || 18 || 5 || 23 |||| 4 || 4 || 29 Total: || 414 || 442 || 856 || 180 || 140 || 320 || 895 || 171 || 1 066 || 314 || 540 || 854 || 3,096 5.2.2. Aġenti kuntrattwali awżiljarji 3b 2012 || FGIV || FGIII || FGII || Total: Nisa || Irġiel || Total || Nisa || Irġiel || Total || Nisa || Irġiel || Total || SG || 2 || 2 || 4 || 1 || 5 || 6 || 12 || 6 || 18 || 28 SJ || 1 || 3 || 4 || 3 || || 3 || 10 || 1 || 11 || 18 COMM || 1 || || 1 || 2 || 1 || 3 || 8 || 5 || 13 || 17 BEPA || 1 || || 1 || || || || 3 || || 3 || 4 ECFIN || 2 || 2 || 4 || 7 || 4 || 11 || 11 || 2 || 13 || 28 ENTR || 10 || 21 || 31 || 13 || 6 || 19 || 42 || 5 || 47 || 97 COMP || 9 || 4 || 13 || 12 || 8 || 20 || 18 || 4 || 22 || 55 EMPL || 12 || 9 || 21 || 18 || 11 || 29 || 28 || 6 || 34 || 84 AGRI || 13 || 12 || 25 || 10 || 5 || 15 || 20 || 14 || 34 || 74 MOVE || 5 || 4 || 9 || 10 || 7 || 17 || 21 || 5 || 26 || 52 ENER || 5 || 3 || 8 || 3 || 4 || 7 || 16 || 1 || 17 || 32 ENV || 6 || 1 || 7 || || 3 || 3 || 26 || 3 || 29 || 39 CLIMA || 3 || || 3 || 2 || || 2 || 9 || 1 || 10 || 15 CNECT || 20 || 19 || 39 || 44 || 23 || 67 || 87 || 10 || 97 || 203 RTD || 67 || 55 || 122 || 64 || 62 || 126 || 165 || 39 || 204 || 452 JRC || 18 || 20 || 38 || 25 || 37 || 62 || 152 || 42 || 194 || 294 MARE || 12 || 9 || 21 || 6 || 4 || 10 || 6 || 2 || 8 || 39 MARKT || 4 || 1 || 5 || 5 || 3 || 8 || 15 || 5 || 20 || 33 REGIO || 12 || 4 || 16 || 14 || 10 || 24 || 33 || 4 || 37 || 77 TAXUD || 1 || 3 || 4 || 2 || 1 || 3 || 5 || || 5 || 12 EAC || 7 || 5 || 12 || 6 || 5 || 11 || 11 || 2 || 13 || 36 SANCO || 18 || 12 || 30 || 15 || 8 || 23 || 37 || 9 || 46 || 99 HOME || 3 || 3 || 6 || 3 || || 3 || 13 || 1 || 14 || 23 JUST || 7 || || 7 || 4 || 4 || 8 || 14 || 3 || 17 || 32 FPI || 4 || 5 || 9 || 8 || 11 || 19 || 5 || 1 || 6 || 34 TRADE || 5 || || 5 || 4 || 3 || 7 || 16 || 2 || 18 || 30 ELARG || 45 || 24 || 69 || 27 || 15 || 42 || 21 || 7 || 28 || 139 DEVCO || 85 || 65 || 150 || 74 || 31 || 105 || 80 || 21 || 101 || 356 ECHO || 4 || 5 || 9 || 11 || 6 || 17 || 15 || 3 || 18 || 44 ESTAT || 10 || 10 || 20 || 12 || 9 || 21 || 34 || 5 || 39 || 80 HR || || 1 || 1 || 4 || 2 || 6 || 53 || 17 || 70 || 77 DIGIT || || || || 4 || 2 || 6 || 8 || 2 || 10 || 16 BUDG || || 1 || 1 || 6 || 5 || 11 || 12 || 3 || 15 || 27 IAS || || 1 || 1 || 1 || 2 || 3 || 3 || || 3 || 7 OLAF || || || || 1 || || 1 || 14 || || 14 || 15 SCIC || || || || || || || 15 || 4 || 19 || 19 DGT || 65 || 25 || 90 || 2 || 2 || 4 || 46 || 17 || 63 || 157 OP || || 3 || 3 || 6 || 3 || 9 || 11 || 5 || 16 || 28 CdP-OSP || || || || || || || 10 || 1 || 11 || 11 Total: || 457 || 332 || 789 || 429 || 302 || 731 || 1 105 || 258 || 1 363 || 2 883 2013 || FGIV || FGIII || FGII || Total: F || M || Total || F || M || Total || F || M || Total || SG |||| 2 || 2 || 1 || 4 || 5 || 7 || 7 || 14 || 21 SJ || 1 |||| 1 || 2 || 1 || 3 || 12 || 1 || 13 || 17 COMM |||||||| 2 || 1 || 3 || 5 || 5 || 10 || 13 BEPA |||||||||||||| 4 |||| 4 || 4 ECFIN || 5 || 3 || 8 || 6 || 6 || 12 || 10 |||| 10 || 30 ENTR || 13 || 21 || 34 || 16 || 8 || 24 || 38 || 8 || 46 || 104 COMP || 9 || 7 || 16 || 11 || 6 || 17 || 12 || 3 || 15 || 48 EMPL || 10 || 8 || 18 || 20 || 11 || 31 || 28 || 8 || 36 || 85 AGRI || 13 || 10 || 23 || 11 || 4 || 15 || 26 || 11 || 37 || 75 MOVE || 4 || 2 || 6 || 12 || 6 || 18 || 17 || 3 || 20 || 44 ENER || 2 || 4 || 6 || 4 || 6 || 10 || 12 || 1 || 13 || 29 ENV || 6 |||| 6 |||| 4 || 4 || 25 || 3 || 28 || 38 CLIMA || 1 || 2 || 3 |||||||| 10 || 1 || 11 || 14 CNECT || 20 || 23 || 43 || 32 || 16 || 48 || 84 || 12 || 96 || 187 RTD || 54 || 58 || 112 || 45 || 60 || 105 || 154 || 39 || 193 || 410 JRC || 25 || 19 || 44 || 30 || 41 || 71 || 167 || 43 || 210 || 325 MARE || 10 || 8 || 18 || 6 || 2 || 8 || 7 || 1 || 8 || 34 MARKT || 2 || 6 || 8 || 7 || 2 || 9 || 14 || 6 || 20 || 37 REGIO || 8 || 4 || 12 || 13 || 9 || 22 || 29 || 6 || 35 || 69 TAXUD || 1 || 3 || 4 || 1 |||| 1 || 3 |||| 3 || 8 EAC || 6 || 4 || 10 || 5 || 4 || 9 || 15 || 1 || 16 || 35 SANCO || 22 || 7 || 29 || 15 || 10 || 25 || 43 || 10 || 53 || 107 HOME || 2 || 3 || 5 || 1 |||| 1 || 6 || 2 || 8 || 14 JUST || 4 || 2 || 6 || 4 || 4 || 8 || 10 |||| 10 || 24 FPI || 6 || 3 || 9 || 7 || 11 || 18 || 6 || 1 || 7 || 34 TRADE |||| 2 || 2 || 3 || 1 || 4 || 14 || 1 || 15 || 21 ELARG || 33 || 32 || 65 || 20 || 9 || 29 || 16 || 6 || 22 || 116 DEVCO || 69 || 68 || 137 || 75 || 30 || 105 || 80 || 21 || 101 || 343 ECHO || 4 || 3 || 7 || 9 || 7 || 16 || 19 || 3 || 22 || 45 ESTAT || 7 || 7 || 14 || 9 || 7 || 16 || 29 || 9 || 38 || 68 HR || 3 || 1 || 4 || 3 || 1 || 4 || 51 || 12 || 63 || 71 DIGIT |||||||| 3 || 2 || 5 || 7 || 2 || 9 || 14 BUDG || 1 || 1 || 2 || 4 || 3 || 7 || 14 || 3 || 17 || 26 IAS |||||||| 1 || 1 || 2 || 3 || 2 || 5 || 7 OLAF |||||||| 2 |||| 2 || 19 || 2 || 21 || 23 SCIC |||||||||||||| 14 || 3 || 17 || 17 DGT || 59 || 20 || 79 || 1 || 1 || 2 || 34 || 13 || 47 || 128 OP || 1 || 2 || 3 || 2 || 3 || 5 || 9 || 3 || 12 || 20 CdP-OSP |||||||||||||| 6 |||| 6 || 6 Total: || 401 || 335 || 736 || 383 || 281 || 664 || 1 059 || 252 || 1 311 || 2 711 6. Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali
fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji L-għadd totali ta' AK fl-istituzzjonijiet
l-oħrajn u fl-aġenziji żdied għal 3 983 fl-2012 u
għal 4 179 fl-2013, meta mqabbel ma' 3 702 fl-2011. Dan
jirrappreżenta żieda ta' 7,6 % bejn l-2011 u l-2012 u żieda
ta' 4,9 % bejn l-2012 u l-2013. Evoluzzjoni tad-distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali
fl-istituzzjonijiet l-oħrajn u fl-aġenziji mill-2010 *
il-ħolqien tas-SEAE fl-1 ta' Jannar 2011 u t-trasferiment
ta' 313-il persuna mill-Kummissjoni lejn is-SEAE f'din id-data jispjega l-parti
l-kbira taż-żieda qawwija tal-għadd ta' AK bejn l-2010 u l-2011.
Tista' ssib aktar dettalji fir-rapporti tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar
l-użu tal-aġenti kuntrattwali fl-2011 6.1. Distribuzzjoni tal-aġenti kuntrattwali
fl-istituzzjonijiet l-oħrajn[10] L-għadd ta' aġenti kuntrattwali
fl-istituzzjonijiet l-oħrajn żdied bi 11,3 % bejn l-2011 u
l-2013, b'xejra ta' tkabbir regolari: +5,8 % bejn l-2011
(1 488 AK) u l-2012 (1 575 AK), u +5,2 % bejn l-2012
(1 575 AK) u l-2013 (1 657 AK). Din iż-żieda,
fil-parti l-kbira tagħha, hija dovuta għal għadd akbar ta' AK
fil-Parlament bejn l-2011 (743 AK) u l-2013 (874 AK), u
tirrappreżenta żieda ta' 17,6 % matul il-perjodu 2011-2013
għal din l-Istituzzjoni. Minkejja li naqqset il-persunal tagħha bejn
l-2011 (116 AK) u l-2012 (107 AK), il-Qorti tal-Ġustizzja
żiedet il-membri tal-persunal tagħha bħala aġenti
kuntrattwali bi 30 persuna bejn l-2012 u l-2013, u dan jirrappreżenta
aktar minn terz taż-żieda fl-aġenti kuntrattwali
għall-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha flimkien. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn fl-2012 Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn fl-2013 6.1.1. Distribuzzjoni skont il-ġeneru u skont il-grupp ta'
funzjoni fl-istituzzjonijiet l-oħrajn 6.1.2. Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-istituzzjonijiet
l-oħrajn 6.2. Distribuzzjoni
tal-aġenti kuntrattwali fl-aġenziji[11] L-għadd ta' aġenti kuntrattwali
fl-aġenziji qed jiżdied b'rata kostanti u regolari. B'hekk,
l-għadd totali ta' AK fl-aġenziji qabeż minn 1 933 fl-2010
għal 2 214 fl-2011, għal 2 408 fl-2012 u għal
2 522 fl-2013. Abbażi tal-klassifikar stabbilit mid-DĠ
BUDG, l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli tiġbor l-aġenziji
fi tliet kategoriji: l-aġenziji deċentralizzati, l-intrapriżi
komuni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, u
l-aġenziji eżekuttivi. Distribuzzjoni tal-aġenti
kuntrattwali fl-aġenziji mill-2010 *Tista' ssib l-informazzjoini dettaljata
għall-2010 u l-2011 fir-rapporti tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar
l-użu tal-aġenti kuntrattwali fl-2010 u l-2011 Iż-żieda fl-ammont ta' AK b'114-il persuna
bejn l-2012 u l-2013, fil-parti l-kbira tagħha, kienet dovuta
għat-30 AK addizzjonali fl-Aġenzija Eżekuttiva
għar-Riċerka (REA), l-20 AK addizzjonali fl-Uffiċċju
għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) u l-14-il AK addizzjonali
fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Din
iż-żieda seħħet minkejja t-tnaqqis tal-AK f'diversi
aġenziji, partikolarment fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
(EMA) b'14-il FTE inqas, u fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni
fil-Ġustizzja Kriminali (EUROJUST) b'10 FTEs inqas. Nofs it-total tal-aġenti kuntrattwali
tal-aġenziji (49 % fl-2012 u 48 % fl-2013) huwa impjegat
mill-aġenziji eżekuttivi, +/- 44 % tal-AK huma impjegati
mill-aġenziji deċentralizzati u l-bqija huma impjegati
mill-impriżi konġunti u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u
t-Teknoloġija. Fl-2013 twaqqfu żewġ aġenziji
ġodda: eu-Lisa, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva
tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u
Ġustizzja bbażata f'Tallinn, u l-Uffiċċju BEREC,
l-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet
Elettroniċi bbażat f'Riga. L-impatt tal-ħolqien ta' dawn
iż-żewġ aġenziji ġodda kien limitat
bir-reklutaġġ ta' ħames AK għal eu-LISA u żewġ AK
għall-Uffiċċju BEREC. 6.2.1. Distribuzzjoni
skont il-ġeneru u skont il-grupp ta' funzjoni fl-aġenziji Id-distribuzzjoni skont il-grupp ta' funzjoni hija
relattivament omoġenja għat-tliet kategoriji ta' aġenziji u din
id-distribuzzjoni baqgħet identika bejn l-2012 u l-2013. Distribuzzjoni skont il-grupp ta'
funzjoni fl-aġenziji fl-2012 Distribuzzjoni skont il-grupp ta'
funzjoni fl-aġenziji fl-2013 6.2.2. Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità fl-aġenziji F'termini ta' distribuzzjoni ġeografika, ta'
min wieħed jinnota li l-post fejn tkun tinsab l-Aġenzija għandha
rwol ewlieni fir-rigward tan-nazzjonalità tal-aġenti kuntrattwali. B'hekk, id-distribuzzjoni ġeografika
fl-aġenziji eżekuttivi, li jkunu jinsabu fuq l-istess siti
tal-Kummissjoni, tirrifletti l-istess tendenzi ta' din tal-aħħar fejn
in-nazzjonalitajiet l-aktar rappreżentati huma l-Belġjani,
it-Taljani, il-Franċiżi u l-Ispanjoli. Bl-istess mod, il-post fejn ikunu jinsabu
l-aġenziji l-oħrajn u l-impriżi konġunti hija riflessa
fil-kompożizzjoni tal-AK tagħhom. B'hekk, fl-2012 u fl-2013, il-parti
l-kbira tal-AK taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta'
Taħriġ Professjonali, ibbażat f'Tessalonika, huma Griegi, l-AK
tal-Aġenzija Frontex, ibbażata f'Varsavja, huma Pollakki, l-AK
taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u
d-Dipendenza fuq id-Droga, ibbażat f'Lisbona, huma Portugiżi, l-AK
ta' Artemis, ibbażat fi Brussell, huma Belġjani, eċċ. Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità
fl-aġenziji fl-2012 Distribuzzjoni skont in-nazzjonalità
fl-aġenziji fl-2013 [1] Sors: Sysper2 [2] Sors: Sysper2 [3] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [4] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [5] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [6] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [7] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [8] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [9] Sors: Bulettin tal-Istatistika tal-Kummissjoni [10] Sors: Eurostat [11] Sors: Eurostat