Brussell, 24.3.2021

COM(2021) 142 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal


Neħtieġu strateġija li tinkludi lit-tfal kollha u li tappoġġa lit-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u neħtieġu strateġija li tippromwovi u tappoġġa d-dritt tagħna li nipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li jaffettwawna. Minħabba li xejn li jiġi deċiż għat-tfal ma għandu jiġi deċiż mingħajr it-tfal. Wasal iż-żmien li l-parteċipazzjoni tat-tfal tiġi normalizzata. 

(Konklużjonijiet tat-tfal, it-13-il Forum Ewropew dwar id-drittijiet tat-tfal, 2020).

Introduzzjoni

Id-drittijiet tat-tfal huma drittijiet tal-bniedem. Kull tifel u tifla fl-Ewropa u madwar id-dinja għandhom igawdu l-istess drittijiet u jkunu jistgħu jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni, mir-rikriminazzjoni jew mill-intimidazzjoni ta’ kwalunkwe tip.

Dan huwa imperattiv soċjali, morali u uman li fuqu jiddependu t-tfal – li jirrappreżentaw kważi wieħed minn kull ħames persuni li jgħixu fl-UE 1 u wieħed minn kull tlieta fid-dinja 2 – u l-komunità usa’. Dan huwa biex niżguraw li t-tfal kollha jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkollhom rwol ewlieni fis-soċjetà– kemm jekk fil-ġlieda għall-ġustizzja u l-ugwaljanza, it-tisħiħ tad-demokrazija jew fit-tmexxija tat-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali.

Din hija r-raġuni għaliex il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal huma objettiv ewlieni tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea kemm internament kif ukoll esternament 3 . Hija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE 4 li tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Hija tkopri l-oqsma kollha ta’ politika u tifforma parti mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea, kif stabbilit fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen 5 .

L-ambizzjoni ġenerali ta’ din l-istrateġija hija li tibni l-aħjar ħajja possibbli għat-tfal fl-Unjoni Ewropea u madwar id-dinja. Dan jirrifletti d-drittijiet u r-rwol tat-tfal fis-soċjetà tagħna. Dawn jispiraw u huma fuq quddiem nett fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kriżijiet tan-natura u tat-tibdil fil-klima, id-diskriminazzjoni u l-inġustizzja. Huma ċ-ċittadini u l-mexxejja tal-lum daqs kemm huma l-mexxejja ta’ għada. Din l-istrateġija tfittex li twettaq ir-responsabbiltà kondiviża tagħna biex ningħaqdu flimkien biex nirrispettaw, nipproteġu u nwettqu d-drittijiet ta’ kull tifel u tifla; u biex flimkien mat-tfal nibnu soċjetajiet aktar b’saħħithom, reżiljenti, aktar ġusti u ugwali għal kulħadd.

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal 6 (UNCRC), li l-Istati Membri kollha tal-UE rratifikaw, tkompli tiggwida l-azzjoni tagħna f’dan il-qasam. Aktar minn 30 sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha, sar progress sinifikanti u t-tfal qed jiġu rikonoxxuti dejjem aktar bħala li għandhom is-sett ta’ drittijiet tagħhom stess.

Il-Konvenzjoni tirrikonoxxi d-dritt tat-tfal kollha li jkollhom l-aħjar bidu possibbli fil-ħajja, li jikbru kuntenti u b’saħħithom, u li jiżviluppaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jgħix f’dinja nadifa u b’saħħitha, ambjent protettiv u ta’ kura, li jirrilassa, jilgħab, u jgawdi minn attivitajiet kulturali u artistiċi, u li jgawdi u jirrispetta l-ambjent naturali. Il-familji u l-komunitajiet jeħtieġu wkoll li jingħataw l-appoġġ meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiżguraw il-benessri u l-iżvilupp tat-tfal.

It-tfal madwar l-UE qatt qabel ma gawdew id-drittijiet, l-opportunitajiet u s-sigurtà li jgawdu llum. Dan huwa partikolarment grazzi għall-azzjonijiet ta’ politika, il-leġiżlazzjoni u l-finanzjament tal-UE matul l-aħħar għaxar snin, ħidma li twettqet spalla ma’ spalla mal-Istati Membri. F’dawn l-aħħar deċennji, il-Kummissjoni ressqet inizjattivi importanti li jindirizzaw it-traffikar tat-tfal, l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tfal li jgħibu, u dwar il-promozzjoni ta’ sistemi ġudizzjarji adattati għat-tfal. Fassalna u inkludejna dispożizzjonijiet adattati għat-tfal fil-politiki u fil-liġi dwar l-ażil u l-migrazzjoni. Żidna l-isforzi biex l-internet isir aktar sikur għat-tfal u qed inkomplu niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Il-linji Gwida mġedda tal-UE tal-2017 għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal kienu pass importanti għad-drittijiet tat-tfal globalment, flimkien mal-ħafna programmi umanitarji u ta’ żvilupp li jippromwovu d-dritt għas-saħħa u l-edukazzjoni. L-impatt ta’ dawn l-inizjattivi tejjeb ħafna l-ħajja tat-tfal fl-UE, u t-twettiq konkret tad-drittijiet tagħhom.

Dan il-progress ma nkisibx faċilment iżda ma għandux jittieħed bħala fatt. Issa huwa ż-żmien li nibnu fuq dawk l-isforzi, nindirizzaw l-isfidi persistenti u emerġenti u niddefinixxu strateġija komprensiva għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fid-dinja tal-lum li dejjem qed tinbidel.

Hemm wisq tfal li għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ksur serju u regolari tad-drittijiet tagħhom. It-tfal għadhom qed ikunu vittmi ta’ forom differenti ta’ vjolenza; isofru minn esklużjoni soċjoekonomika u diskriminazzjoni, b’mod partikolari minħabba s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà tagħhom – jew tal-ġenituri tagħhom. It-tħassib tat-tfal ma jingħatax biżżejjed widen, u l-fehmiet tagħhom spiss ma jitqisux biżżejjed fi kwistjonijiet importanti għalihom.

Il-pandemija tal-COVID-19 aggravat l-isfidi u l-inugwaljanzi eżistenti u ħolqot oħrajn ġodda. It-tfal ġew esposti għal żieda fil-vjolenza domestika u l-abbuż u l-isfruttament online, il-bullying ċibernetiku 7 u aktar materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal ġie kondiviż online 8 . Proċeduri bħal dawk dwar l-ażil jew ir-riunifikazzjoni tal-familja esperjenzaw dewmien. Il-bidla għat-tagħlim mill-bogħod affettwat b’mod sproporzjonat lit-tfal żgħar ħafna, lil dawk bi bżonnijiet speċjali, lil dawk li jgħixu fil-faqar, f’komunitajiet marġinalizzati, bħat-tfal Rom, u f’żoni remoti u rurali, li ma għandhomx aċċess għal konnessjonijiet tal-internet u tagħmir tal-IT. Ħafna tfal tilfu l-ikla ta’ kuljum l-aktar nutrittiva tagħhom, kif ukoll aċċess għal servizzi li jipprovdu l-iskejjel. Il-pandemija affettwat ukoll b’mod qawwi s-saħħa mentali tat-tfal, b’żieda rrappurtata fl-ansjetà, l-istress u s-solitudni. Ħafna ma setgħux jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi, ta’ divertiment, artistiċi u kulturali li huma essenzjali għall-iżvilupp u l-benesseri tagħhom.

L-UE teħtieġ approċċ ġdid u komprensiv biex tirrifletti realtajiet ġodda u sfidi dejjiema. Bl-adozzjoni ta’ din l-ewwel strateġija komprensiva dwar id-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni qed timpenja ruħha li tpoġġi lit-tfal u l-aħjar interessi tagħhom fil-qalba tal-politiki tal-UE, permezz tal-azzjonijiet interni u esterni tagħha u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-istrateġija għandha l-għan li tgħaqqad flimkien l-istrumenti leġiżlattivi, ta’ politika u ta’ finanzjament eżistenti kollha tal-UE f’qafas komprensiv wieħed.

Hija tipproponi serje ta’ azzjonijiet immirati f’sitt oqsma tematiċi, li kull wieħed minnhom jiddefinixxi l-prijoritajiet għall-azzjoni tal-UE fis-snin li ġejjin. Dan se jkun appoġġat bit-tisħiħ tal-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-politiki rilevanti kollha tal-UE. Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ tfal, inklużi dawk f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltajiet multipli u li jiffaċċjaw forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni, jitqiesu kif xieraq.

Din l-istrateġija tibni fuq komunikazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal 9 , u fuq il-qafas legali u ta’ politika eżistenti 10 . Tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 11 . L-istrateġija hija ankrata fil-UNCRC u t-tliet Protokolli Fakultattivi tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) 12 u se tikkontribwixxi għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti 13 . Hija torbot ukoll mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tat-tfal, kif ukoll mal-Istrateġija tiegħu għad-Drittijiet tat-Tfal (2016-2021) 14 .

L-istrateġija tibbaża fuq il-kontribuzzjonijiet sostantivi mill-Parlament Ewropew 15 , l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, partijiet ikkonċernati oħra u individwi, miġbura matul il-fażi preparatorja, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni pubblika miftuħa 16 u l-Forum Ewropew tal-2020 dwar id-Drittijiet tat-Tfal 17 .

Din l-istrateġija ġiet żviluppata għat-tfal u flimkien mat-tfal. L-opinjonijiet u s-suġġerimenti ta’ aktar minn 10 000 tifel u tifla ġew ikkunsidrati fit-tħejjija ta’ din l-istrateġija 18 . It-tfal kienu involuti wkoll fit-tħejjija tal-verżjoni adattata għat-tfal 19 . Dan jimmarka kapitolu ġdid u pass importanti għall-UE lejn parteċipazzjoni ġenwina tat-tfal fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha.  

1.Parteċipazzjoni fil-ħajja politika u demokratika: UE li tagħti s-setgħa lit-tfal biex ikunu ċittadini u membri attivi ta’ soċjetajiet demokratiċi

“Jekk mhux aħna, min?” (Tifel ta’ 16-il sena, it-tlettax-il Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal, 2020)

Li tara ż-żgħażagħ joħorġu fit-toroq madwar id-dinja biex isejħu għal azzjoni klimatika jew bħala difensuri tfal tad-drittijiet tal-bniedem 20 turina li t-tfal huma ċittadini attivi u aġenti tal-bidla. Filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE t-tfal ma għandhomx id-dritt li jivvutaw sal-età ta’ 18-il sena, huma għandhom id-dritt li jkunu membri attivi ta’ soċjetajiet demokratiċi u jistgħu jgħinu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-prijoritajiet politiċi.

Hemm eżempji tajbin ta’ kif livelli differenti ta’ gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi qed jippromwovu l-parteċipazzjoni sinifikanti tat-tfal, li twassal għal influwenza reali fuq id-deċiżjonijiet fl-isfera pubblika 21 . Fil-livell tal-UE, dawn jinkludu d-Djalogi taż-Żgħażagħ tal-UE 22 u r-Rokna tat-Tagħlim 23 .

Madankollu, hemm wisq tfal li ma jħossuhomx ikkunsidrati biżżejjed fit-teħid tad-deċiżjonijiet 24 . L-isfidi jinkludu l-isterjotipi u l-perċezzjonijiet li l-parteċipazzjoni tat-tfal hija diffiċli, għalja, u teħtieġ riżorsi u għarfien espert. L-isterjotipi tas-sessi, b’mod partikolari, jillimitaw l-aspirazzjonijiet tas-subien u l-bniet u joħolqu ostakli għall-parteċipazzjoni u l-għażliet tal-ħajja tagħhom. Filwaqt li l-maġġoranza tat-tfal jidhru li huma konxji mid-drittijiet tagħhom, wieħed minn kull erbgħa biss iqis id-drittijiet tagħhom rispettati mis-soċjetà kollha 25 . Dan jaffettwa b’mod negattiv il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-iskejjel, fl-isport, il-kultura u attivitajiet oħra ta’ divertiment, fis-sistemi tal-ġustizzja u tal-migrazzjoni jew fis-settur tal-kura tas-saħħa, kif ukoll fil-familji.

Huwa għalhekk li jeħtieġ li l-UE tippromwovi u ttejjeb il-parteċipazzjoni inklużiva u sistemika tat-tfal fil-livelli lokali, nazzjonali u tal-UE. Dan se jitmexxa permezz ta’ Pjattaforma ġdida tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal, li għandha tiġi stabbilita fi sħubija mal-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, biex jiġi żgurat li t-tfal ikunu involuti aħjar fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tippreżenta wkoll opportunità eċċellenti biex il-parteċipazzjoni tat-tfal tiġi implimentata.

Il-Kummissjoni se tgħin ukoll lit-tfal, lill-professjonisti li jaħdmu mat-tfal, lill-midja, lill-pubbliku, lill-politiċi u lil dawk li jfasslu l-politika biex iżidu l-għarfien dwar id-drittijiet tat-tfal, u biex jiżguraw id-dritt tat-tfal li jinstemgħu. Se tippromwovi wkoll parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tat-tfal fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjonijiet speċifiċi għat-tfal fejn rilevanti.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-tistabbilixxi, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, Pjattaforma ta’ Parteċipazzjoni tat-Tfal tal-UE, biex tgħaqqad il-mekkaniżmi eżistenti għall-parteċipazzjoni tat-tfal fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE, u tinvolvi lit-tfal fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE.

-toħloq spazju għat-tfal biex isiru parteċipanti attivi tal-Patt Klimatiku Ewropew permezz ta’ pleġġijiet jew billi jsiru Ambaxxaturi tal-Patt. Bl-involviment tal-iskejjel fl-edukazzjoni dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent sostenibbli, il-Koalizzjoni għall-Edukazzjoni dwar il-Klima se tgħin lit-tfal isiru aġenti tal-bidla fl-implimentazzjoni tal-Patt Klimatiku u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 26 ; 

-tiżviluppa u tippromwovi verżjonijiet u formati aċċessibbli, diġitalment inklużivi u adattati għat-tfal tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u strumenti ewlenin oħra tal-UE;

-tiżviluppa u tippromwovi linji gwida dwar l-użu ta’ lingwaġġ adattat għat-tfal f’dokumenti u f’avvenimenti u laqgħat tal-partijiet ikkonċernati ma’ parteċipanti tfal;

-tinkludi lit-tfal fil-Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

-twettaq konsultazzjonijiet speċifiċi għat-tfal għal inizjattivi futuri rilevanti;

-issaħħaħ l-għarfien espert u l-prattika dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fost il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal tal-aġenziji tal-UE, inkluż dwar il-protezzjoni tat-tfal u l-politiki ta’ salvagwardja.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jistabbilixxu, itejbu u jipprovdu riżorsi adegwati għal mekkaniżmi ġodda u eżistenti ta’ parteċipazzjoni tat-tfal fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, inkluż permezz tal-għodda ta’ awtovalutazzjoni tal-parteċipazzjoni tat-tfal tal-Kunsill tal-Ewropa 27 ;

-iżidu s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tat-tfal, inkluż għall-professjonisti li jaħdmu mat-tfal u għalihom, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta’ taħriġ;

-isaħħu l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, l-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni fil-proċessi demokratiċi fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

-jappoġġaw lill-iskejjel fl-isforzi tagħhom biex jinvolvu lill-istudenti fil-ħajja ta’ kuljum u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-iskola.

2.L-inklużjoni soċjoekonomika, is-saħħa u l-edukazzjoni: UE li tiġġieled il-faqar fost it-tfal, tippromwovi soċjetajiet u sistemi tas-saħħa u tal-edukazzjoni inklużivi u adattati għat-tfal.

“Naħseb li f’xi punt inħoss ċerta ansjetà. “Nixtieq nitkellem ma’ psikologu biex jagħtini opinjoni dwar kif ikun tajjeb li nindirizza l-affarijiet.” (Tifel mill-Greċja).

“L-iskola tħallik tinfetaħ għad-dinja u titkellem man-nies. L-iskola hija l-ħajja.” (Tifel li qed ifittex ażil, Franza).

It-tfal kollha għandhom id-dritt għal standard ta’ għajxien adegwat, u għal opportunitajiet indaqs, mill-aktar stadju bikri tal-ħajja. It-tisħiħ tal-inklużjoni soċjoekonomika tat-tfal huwa essenzjali biex jiġi indirizzat it-trasferiment tal-faqar u l-iżvantaġġ minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-protezzjoni soċjali u l-appoġġ għall-familji huma essenzjali f’dan ir-rigward.

It-tfal kollha għandhom id-dritt għall-ogħla standard possibbli ta’ kura tas-saħħa u edukazzjoni ta’ kwalità, irrispettivament mill-isfond tagħhom u fejn jgħixu. Madankollu, huwa aktar probabbli li t-tfal f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali jesperjenzaw diffikultajiet biex jaċċessaw servizzi essenzjali, b’mod partikolari f’żoni rurali, remoti u żvantaġġati.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 28 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 “L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” 29 jibqgħu għodod importanti biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal u jittejjeb il-benesseri tat-tfal. L-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE huma ugwalment kruċjali biex jappoġġaw dawn l-objettivi ta’ politika. Bejn l-2021 u l-2027, l-Istati Membri b’rata ta’ tfal fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali ogħla mill-medja tal-UE (fl-2017-2019) se jkollhom jallokaw 5 % tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, filwaqt li l-oħrajn kollha għandhom huma wkoll jallokaw ammonti xierqa. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) se jikkontribwixxi għall-investimenti fl-infrastruttura, it-tagħmir u l-aċċess għal servizzi regolari u ta’ kwalità, b’enfasi qawwija fuq l-ifqar reġjuni tal-Unjoni, fejn is-servizzi pubbliċi għandhom it-tendenza li jkunu inqas żviluppati. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tgħin biex jinkiseb irkupru rapidu u inklużiv mill-pandemija tal-COVID-19, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.1Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u t-trawwim ta’ opportunitajiet indaqs

Minkejja tnaqqis matul dawn l-aħħar snin, fl-2019, 22,2 % tat-tfal fl-UE kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Skont l-Istat Membru, ir-riskju ta’ faqar għat-tfal imrobbija minn ġenitur wieħed, f’familji bi tliet itfal jew aktar, li jgħixu f’żoni rurali u l-aktar remoti tal-UE, jew bi sfond ta’ migrazzjoni jew Rom huwa sa tliet darbiet ogħla minn dak ta’ tfal oħra 30 . Madwar nofs it-tfal li l-livell ta’ edukazzjoni tal-ġenituri tagħhom kien baxx, kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, meta mqabbla ma’ inqas minn 10 % tat-tfal li l-livell ta’ edukazzjoni tal-ġenituri tagħhom kien għoli. Tfal minn familji bi dħul baxx huma f’riskju ogħla ta’ privazzjoni ta’ abitazzjoni severa jew iffullar, u huma aktar esposti għall-possibiltà li jkunu bla dar.

Dan jissarraf f’inugwaljanza profonda tal-opportunitajiet, li tibqa’ kwistjoni għat-tfal anke f’pajjiżi b’livelli baxxi ta’ faqar u esklużjoni soċjali 31 . Tfal minn sfond żvantaġġat huma inqas probabbli mill-pari tagħhom li jmorru tajjeb fl-iskola, igawdu saħħa tajba u jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom aktar tard fil-ħajja.

It-tfal kollha, inklużi dawk b’diżabilità u minn gruppi żvantaġġati, għandhom dritt ugwali li jgħixu mal-familji tagħhom u f’komunità. Sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal, inklużi l-prevenzjoni effettiva, l-intervent bikri u l-appoġġ tal-familja, għandhom jipprovdu lit-tfal mingħajr il-kura tal-ġenituri, jew f’riskju li jitilfuha, il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi evitata s-separazzjoni tal-familja. Il-faqar qatt ma għandu jkun l-unika raġuni biex it-tfal ma jibqgħux taħt il-kura tal-ġenituri tagħhom. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-bidla għal kura ta’ kwalità bbażata fuq il-komunità u l-familja, u l-appoġġ għat-tixjiħ barra mill-kura.

Bil-pjan ta’ Azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 32 , il-Kummissjoni stabbiliet il-mira ambizzjuża li tnaqqas b’mill-inqas 15-il miljun in-numru ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali fl-UE sal-2030 – inklużi mill-inqas ħames miljun tifel u tifla. Wieħed mir-riżultati tanġibbli ewlenin tagħha huwa l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal 33 , li tikkomplementa din l-Istrateġija u titlob miżuri speċifiċi għat-tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Il-proposta tirrakkomanda lill-Istati Membri li jiggarantixxu aċċess għal servizzi ewlenin ta’ kwalità għat-tfal fil-bżonn: l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni (inklużi attivitajiet ibbażati fl-iskejjel), il-kura tas-saħħa, in-nutrizzjoni, u l-akkomodazzjoni.

Il-Kummissjoni timmonitorja kif l-Istati Membri jindirizzaw il-faqar jew l-esklużjoni soċjali fost it-tfal fil-proċess tas-Semestru Ewropew u, fejn meħtieġ, tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti . Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ 34 imsaħħa tistipula li ż-żgħażagħ kollha mill-età ta’ 15-il sena jirċievu offerta ta’ impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien erba’ xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni formali.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal;

-tiżgura l-komplementarjetà mal-Istrateġija Ewropea għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 35 biex twieġeb għall-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabilità u tipprovdi aċċess aħjar għas-servizzi integrati u l-għajxien indipendenti.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jadottaw malajr fil-Kunsill il-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha;

-jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa u jippromwovu l-involviment taż-żgħażagħ fis-servizzi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

2.2Jiżguraw id-dritt għall-kura tas-saħħa għat-tfal kollha

It-tilqim huwa l-għodda ewlenija għall-prevenzjoni ta’ mard serju, kontaġġjuż, u xi kultant fatali, u huwa element bażiku tal-kura tat-tfal. Bis-saħħa tat-tilqim mifrux, il-ġidri nqered u l-Ewropa saret ħielsa mill-poljo. Madankollu, it-tifqigħat ta’ mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim għadhom iseħħu minħabba rati ta’ kopertura tat-tilqim insuffiċjenti. Il-pandemija tal-COVID-19 heddet ukoll il-kontinwità tal-programmi tat-tilqim tat-tfal fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE jikkondividu l-objettivi li jiġġieldu d-diżinformazzjoni, itejbu l-fiduċja fit-tilqim, u jiżguraw aċċess ekwu għat-tilqim għal kulħadd.

Fl-2020, aktar minn 15 500 tifel u tifla u adolexxenti ġew dijanjostikati bil-kanċer, u aktar minn 2 000 pazjent żagħżugħ tilfu ħajjithom minħabba l-kanċer. Il-kanċer jikkostitwixxi l-kawża ewlenija tal-mewt minħabba mard mill-età ta’ sena ’l fuq. Sa 30 % tat-tfal affettwati mill-kanċer isofru konsegwenzi severi fit-tul u l-għadd ta’ superstiti tal-kanċer fit-tfulija qed ikompli jikber.

L-adozzjoni ta’ stil ta’ ħajja b’saħħtu u attiv f’età żgħira se tgħin ukoll biex jitnaqqsu r-riskji tal-kanċer aktar tard fil-ħajja. Il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer 36 iżid l-azzjonijiet preventivi bikrija u jniedi inizjattivi ġodda dwar il-kanċer pedjatriku biex jgħin lill-pazjenti żgħażagħ jirkupraw u jiżguraw kwalità ta’ ħajja ottimali. It-tfal li jbatu bil-kanċer spiss ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għadd imnaqqas ta’ trattamenti vvalidati. Ir-Regolament rivedut dwar il-mediċini għat-tfal, inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Farmaċewtika għall-UE 37 , għandu l-għan li jrawwem prodotti mediċinali mmirati għat-tfal, inkluż l-onkoloġija pedjatrika.

It-tfulija hija stadju kruċjali fil-ħajja biex tiġi determinata s-saħħa fiżika u mentali futura. Madankollu, il-kwistjonijiet tas-saħħa mentali tat-tfal huma mifruxa u xi kultant jistgħu jkunu marbuta ma’ iżolament, ambjent edukattiv, inklużjoni soċjali u faqar, u l-użu fit-tul ta’ għodod diġitali. Sa 20 % tat-tfal madwar id-dinja jesperjenzaw kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, li jekk ma jiġux trattati, jinfluwenzaw serjament l-iżvilupp, il-kisba edukattiva u l-potenzjal tagħhom li jgħixu ħajja sodisfaċenti. L-iskola hija rikonoxxuta fost il-fatturi determinanti fundamentali tas-saħħa mentali tat-tfal 38 . Iż-żona Ewropea tal-Edukazzjoni 39 se tindirizza wkoll is-saħħa mentali u l-benesseri fl-edukazzjoni. Il-parteċipazzjoni kulturali, iż-żmien li wieħed iqatta’ fin-natura u l-eżerċizzju fiżiku jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali tat-tfal 40 , billi jibnu l-awtostima, l-awtoaċċettazzjoni, il-fiduċja u l-valur proprju.

It-tfal migranti ta’ spiss isofru minn problemi ta’ saħħa mentali minn sitwazzjonijiet esperjenzati fil-pajjiż ta’ oriġini, fuq ir-rotta migratorja, minn inċertezza jew trattament degradanti fil-pajjiż tal-wasla. Il-ħidma li għaddejja tan-Netwerk tal-Vulnerabbli (“VEN”) tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq is-saħħa mentali għal dawk li jfittxu l-ażil. Xi gruppi oħra ta’ tfal, bħat-tfal b’diżabbiltà u t-tfal LGBTIQ, jista’ jkollhom ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tas-saħħa mentali u fiżika li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod xieraq.

Dieta sana, flimkien ma’ attività fiżika regolari, huma essenzjali għall-iżvilupp fiżiku u mentali sħiħ tat-tfal. Anke llum, hemm tfal fl-UE li jbatu mill-ġuħ, b’mod partikolari t-tfal Rom u Travellers 41 , u dan jagħmilhom aktar suxxettibbli għall-mard u jipprevjeni l-iżvilupp xieraq tal-moħħ tagħhom. It-tfal mingħajr dar u t-tfal migranti li jgħixu f’faċilitajiet ta’ akkoljenza ffullati żżejjed jew ta’ kwalità inferjuri jiffaċċjaw ukoll problemi simili. 

Min-naħa l-oħra, matul dawn l-aħħar 30 sa 40 sena, iż-żieda fid-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ ikel ultraproċessat u mhux tajjeb għas-saħħa, wasslet għal żieda fil-piż żejjed u l-obeżità. Wieħed minn kull tlett itfal fl-UE li għandhom bejn is-sitt snin u disa’ snin għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ dijabete, kanċer, mard kardjovaskulari jew imwiet prematuri. L-azzjonijiet tal-Kummissjoni jinkludu l-iskema tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-Iskejjel 42 , u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2014-2020 dwar l-Obeżità fit-Tfal 43 , li se jiġi evalwat fid-dawl ta’ segwitu.

L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt tal-Kummissjoni 44 tistieden lill-industrija tal-ikel u lis-setturi tal-bejgħ bl-imnut biex jagħmlu għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa u sostenibbli dejjem aktar disponibbli u affordabbli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tipproponi tikkettar obbligatorju armonizzat dwar in-nutrizzjoni fuq quddiem tal-pakkett biex tiffaċilita għażliet infurmati u tajbin għas-saħħa tal-ikel, u se tistabbilixxi profili nutrittivi biex tirrestrinġi l-promozzjoni (permezz ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa) ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam, zokkor u melħ. Il-kampanja HealthyLifestyle4All se tippromwovi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa għal kulħadd, fil-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali differenti, b’mod partikolari t-tfal.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-iżżid l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE dwar il-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim 45 ;

-tipprovdi informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki biex tiġi indirizzata s-saħħa mentali tat-tfal, permezz tal-Portal tal-Aħjar Prattika 46 u l-Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa;

-twettaq rieżami tal-qafas legali tal-iskema tal-iskejjel tal-UE biex tiffoka mill-ġdid fuq ikel tajjeb għas-saħħa u sostenibbli;

-tiżviluppa l-aħjar prattiki u kodiċi ta’ kondotta volontarju biex titnaqqas il-kummerċjalizzazzjoni online għat-tfal ta’ prodotti b’kontenut għoli ta’ zokkor, xaħam u melħ fl-Azzjoni Konġunta dwar l-Implimentazzjoni tal-Aħjar Prattiki Validati fin-Nutrizzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jidentifikaw lit-tfal bħala grupp fil-mira ta’ prijorità fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għas-saħħa mentali;

-jibnu netwerks mal-iskejjel, iż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati u istituzzjonijiet oħra involuti fis-saħħa mentali tat-tfal.

2.3Il-bini ta’ edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità

It-tfal kollha għandhom id-dritt li jiżviluppaw il-kompetenzi u t-talenti ewlenin tagħhom, li jibdew fit-tfulija bikrija u matul l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tagħhom, anke f’ambjenti ta’ tagħlim mhux formali. L-aċċess għal edukazzjoni inklużiva, mhux segregata u ta’ kwalità għandu jkun garantit, fost l-oħrajn, permezz ta’ trattament mhux diskriminatorju irrispettivament mill-oriġini razzjali u etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, in-nazzjonalità, l-istatus ta’ residenza, is-sess u l-orjentazzjoni sesswali.

L-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) huma ta’ benefiċċju partikolari għall-iżvilupp konjittiv, lingwistiku u soċjali tat-tfal. Kemm il-punt ta’ riferiment tal-ET2020 47 kif ukoll l-objettivi ta’ Barċellona 48 dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-ECEC intlaħqu fil-livell tal-UE, għalkemm b’varjazzjoni wiesgħa bejn l-Istati Membri.

Ir-rati ta’ reġistrazzjoni fl-ECEC għal tfal b’diżabilità u tfal minn gruppi żvantaġġati, tfal bi sfond ta’ migrazzjoni u tfal Rom, huma ħafna aktar baxxi, minkejja li huma fost it-tfal li jibbenefikaw l-aktar mill-parteċipazzjoni. Il-pajjiżi għandhom miżuri mmirati biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ECEC fl-ewwel snin tat-tfulija għal tfal li jgħixu fil-faqar, iżda ftit pajjiżi jimmiraw miżuri ta’ appoġġ għal tfal minn sfond ta’ migrazzjoni jew dawk minn minoranzi reġjonali jew etniċi 49 . Dan huwa partikolarment problematiku għal tfal bi sfond ta’ migrazzjoni, li għalihom l-aċċess għall-ECEC huwa partikolarment ta’ benefiċċju f’termini ta’ żvilupp tal-lingwa. Il-Kummissjoni se tipproponi r-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona biex tappoġġa aktar konverġenza ’l fuq fost l-Istati Membri ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal 50 .

It-tfassil ta’ edukazzjoni inklużiva fl-iskola jfisser il-bini ta’ esperjenzi ta’ tagħlim sinifikanti f’ambjenti differenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tressaq proposti biex tappoġġa t-tagħlim online u mill-bogħod fl-edukazzjoni primarja u sekondarja li se jippromwovu l-iżvilupp ta’ edukazzjoni aktar flessibbli u inklużiva permezz ta’ taħlita ta’ ambjenti differenti ta’ tagħlim (fis-sit tal-iskola u b’distanza) u għodod (diġitali, inkluż online, u mhux diġitali), filwaqt li jqisu l-kwistjonijiet partikolari ta’ gruppi u komunitajiet żvantaġġati.

Minkejja l-progress reċenti, dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għadhom jirrappreżentaw madwar 10 % taż-żgħażagħ fl-UE (u aktar minn 60 % fost iż-żgħażagħ Rom) u 83 % biss lestew l-edukazzjoni sekondarja għolja (28 % biss fost ir-Rom). Mit-tfal Rom fl-iskejjel primarji, 44 % jattendu skejjel primarji segregati, u dan jimmina ċ-ċansijiet tagħhom li jirnexxu fi stadji sussegwenti tal-edukazzjoni 51 . It-tfal b’diżabilità jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, u inqas studenti b’diżabilità jlestu lawrja universitarja (differenza ta’ 14,4 punti perċentwali). Hemm disparità persistenti bejn is-sessi, b’aktar subien milli bniet jitilqu kmieni mill-iskola. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-2018 mill-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) 52 juru li wieħed minn kull ħames żgħażagħ Ewropej għad ma għandux kompetenzi adegwati fil-qari, fil-matematika jew fix-xjenza. Biex tgħin tindirizza din it-tendenza u tappoġġa lill-istudenti kollha biex ilestu l-edukazzjoni sekondarja għolja tagħhom, il-Kummissjoni se tressaq rakkomandazzjoni biex tiftaħ perkorsi għas-suċċess tal-iskola b’enfasi fuq studenti żvantaġġati.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) jistgħu jgħinu biex l-istudenti jiġu mgħammra b’taħlita bbilanċjata ta’ ħiliet vokazzjonali u kompetenzi ewlenin biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà li qed jevolvu, kif ukoll biex irawmu l-inklużività u l-opportunitajiet indaqs.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea

-tipproponi, fl-2022, ir-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona biex tappoġġa aktar konverġenza ’l fuq fost l-Istati Membri ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal;

-tipproponi rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim online u mill-bogħod fl-edukazzjoni primarja u sekondarja;

-tipproponi inizjattiva ġdida “Perkorsi lejn is-Suċċess fl-Iskejjel”, li se tikkontribwixxi wkoll biex tissepara l-kisba edukattiva mill-istatus soċjali, ekonomiku u kulturali;

-twaqqaf grupp ta’ esperti għall-ħolqien ta’ ambjenti ta’ tagħlim ta’ appoġġ għal gruppi f’riskju ta’ nuqqas ta’ suċċess u appoġġ għall-benesseri fl-iskola;

-tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2020 dwar l-ETV għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza;

-tippromwovi s-Sett ta’ Għodod għall-inklużjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal 53 .

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jaħdmm biex jintlaħqu l-miri proposti fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

-tkompli timplimenta bis-sħiħ, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, l-azzjonijiet rilevanti kollha rakkomandati fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2024 54 fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

3.Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal u l-iżgurar tal-protezzjoni tat-tfal: UE li tgħin lit-tfal jikbru mingħajr vjolenza

“Il-fatt li ngħixu f’istituzzjoni ma jgħid assolutament xejn dwarna, ħlief li diġà esperjenzajna xi ħaġa f’ħajjitna.” (Tifel mis-Slovenja).

“Nixtieq li jkun hemm inqas ġlied u tensjonijiet fil-familja tiegħi.” (Tifel mill-Greċja).

Il-vjolenza kontra t-tfal, fil-forom kollha possibbli tagħha, hija mifruxa. It-tfal jistgħu jkunu vittmi, xhieda, kif ukoll awturi ta’ vjolenza – li tibda minn djarhom stess, fl-iskola, f’attivitajiet ta’ divertiment u rikreattivi, fis-sistema ġudizzjarja, offline kif ukoll online.

Huwa stmat li nofs it-tfal kollha madwar id-dinja jsofru xi forma ta’ vjolenza kull sena. Kważi tliet kwarti tat-tfal tad-dinja bejn l-età ta’ sentejn u erba’ snin regolarment ibatu minn kastig fiżiku u/jew vjolenza psikoloġika f’idejn il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsiebhom 55 . Fl-Ewropa, wieħed minn kull ħamest itfal se jisfaw vittmi ta’ xi forma ta’ vjolenza sesswali 56 , filwaqt li t-tfal jirrappreżentaw kważi kwart tal-vittmi tat-traffikar fl-UE - il-maġġoranza huma bniet ittraffikati għall-isfruttament sesswali 57 . Aktar minn 200 miljun mara u tifla madwar id-dinja huma superstiti tal-mutilazzjoni ġenitali femminili 58 , inkluż aktar minn 600 000 fl-UE 59 . 62 % tal-persuni intersesswali 60 li kienu għaddew minn operazzjoni kirurġika ma qalu li la huma u lanqas il-ġenituri tagħhom ma taw kunsens infurmat bis-sħiħ qabel trattament mediku jew intervent biex jimmodifikaw il-karatteristiċi tas-sess tagħhom 61 .

Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal żieda f’ċerti forom ta’ vjolenza, bħall-vjolenza domestika, filwaqt li l-mekkaniżmi tal-ilmenti u tar-rappurtar jeħtieġ li jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Il-kapaċità u l-aċċess għal-linji telefoniċi għall-għajnuna għat-tfal (116 111) u l-hotlines għat-tfal li jisparixxu (116 000) jeħtieġ li jittejbu.

L-esponiment għall-vjolenza jaffettwa serjament l-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali tat-tfal. Dan jista’ jaffettwa l-kapaċità tagħhom li jmorru l-iskola, li jinteraġixxu soċjalment u li jirnexxu. Dan jista’ jwassal għal kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, mard kroniku, tendenzi ta’ awtoħsara, anke suwiċidju. It-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jistgħu jiġu affettwati b’mod partikolari.

Il-vjolenza fl-iskejjel u fost il-pari hija komuni. Skont ir-riżultati tal-PISA tal-2018, 23 % tal-istudenti rrappurtaw li kienu bbuljati fl-iskola (bullying fiżiku, verbali jew relazzjonali) mill-inqas ftit drabi fix-xahar. Stħarriġ reċenti dwar l-LGBTI mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali sab li 51 % tar-rispondenti ta’ bejn it-15 u l-17 sena rrappurtaw fastidju fl-iskejjel.

Fl-2019, 12 % tal-migranti internazzjonali globali (jew 33 miljun) kienu tfal. It-tfal migranti, inklużi tfal refuġjati, spiss ikunu esposti għal riskji ta’ abbuż u jkunu sofrew minn forom estremi ta’ vjolenza – gwerra, kunflitt vjolenti, sfruttament, traffikar tal-bnedmin, abbuż fiżiku, psikoloġiku u sesswali - qabel u/jew wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-UE 62 . It-tfal jistgħu jgħibu jew jinfirdu minn mal-familji. Ir-riskji jiżdiedu meta t-tfal jivvjaġġaw mhux akkumpanjati jew ikunu obbligati jaqsmu faċilitajiet iffullati żżejjed ma’ persuni adulti. Il-vulnerabbiltà partikolari tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni jew minħabba l-isfond migratorju tagħhom teħtieġ protezzjoni u appoġġ addizzjonali u mmirati. Dan huwa minnu wkoll għal dawk barra mill-UE, bħal kważi 30 000 tifel u tifla, inklużi tfal ta’ ġellieda barranin, stmati li jgħixu fil-kamp Al Hol fis-Sirja, li jbatu minn trawma ta’ kunflitt u kundizzjonijiet ta’ għajxien estremament ħżiena 63 .

Il-Kummissjoni se tindirizza u tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza sessista, kontra t-tfal kollha. Bħala parti minn dan, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-Istati Membri u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni tal-2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti 64 .

Il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-partijiet ikkonċernati kollha biex tqajjem kuxjenza dwar il-forom kollha ta’ vjolenza biex tiżgura prevenzjoni, protezzjoni u appoġġ effettivi għat-tfal vittmi u xhieda tal-vjolenza. Il-programm CERV 65 se jkompli jiffinanzja proġetti għall-protezzjoni tat-tfal.

Il-Kummissjoni se tfittex soluzzjonijiet biex tindirizza n-nuqqas ta’ data komparabbli, diżaggregata skont l-età u bejn is-sessi dwar il-vjolenza kontra t-tfal fil-livelli nazzjonali u tal-UE, u se tuża l-għarfien espert tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, kif xieraq.

Din l-istrateġija se tikkumplimenta, u ssaħħaħ fejn meħtieġ, l-azzjonijiet previsti taħt l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll l-istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 66 . Bħala parti minn dan, il-Kummissjoni qed tesplora wkoll it-twaqqif ta’ ċentru Ewropew għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal, u l-ġlieda kontrih, biex taħdem ma’ kumpaniji u korpi tal-infurzar tal-liġi, biex tidentifika l-vittmi u tressaq lit-trażgressuri quddiem il-ġustizzja.

Il-promozzjoni ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal hija intrinsikament marbuta mal-prevenzjoni tal-vjolenza u l-protezzjoni minnha. Bit-tfal fiċ-ċentru, l-awtoritajiet u s-servizzi rilevanti kollha għandhom jaħdmu flimkien biex jipproteġu u jappoġġaw lill-minorenni, fl-aħjar interessi tagħhom. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-istabbiliment ta’ djar tat-tfal (Barnahus 67 ) fl-UE. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri ta’ prevenzjoni, inkluż l-appoġġ tal-familja.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-tressaq proposta leġiżlattiva ġdida biex tiġġieled il-vjolenza sessista fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, filwaqt li tappoġġa l-finalizzazzjoni tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-ġlieda kontriha; 

-tressaq rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki dannużi kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

-tippreżenta inizjattiva mmirata biex tappoġġa l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal, li se tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet u s-servizzi rilevanti kollha biex jaħdmu flimkien aħjar f’sistema li tqiegħed lit-tfal fiċ-ċentru;

-tappoġġa l-iskambju ta’ prattiki tajbin dwar it-tmiem ta’ kirurġija mhux vitali u intervent mediku fuq trabi intersesswali u adolexxenti biex tagħmilhom konformi mad-definizzjoni tipika ta’ rġiel jew nisa mingħajr il-kunsens infurmat bis-sħiħ tagħhom jew tal-ġenituri tagħhom (mutilazzjoni ġenitali intersesswali).

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-iqajmu kuxjenza dwar, u jinvestu fil-bini tal-kapaċità u miżuri għal (i) prevenzjoni aktar effettiva tal-vjolenza, (ii) protezzjoni tal-vittmi u x-xhieda, inkluż bis-salvagwardji meħtieġa għal tfal suspettati jew akkużati;

-jipprovdu appoġġ adegwat lit-tfal b’vulnerabbiltajiet speċifiċi li jsofru vjolenza, kif ukoll għall-vjolenza li sseħħ fl-iskejjel;

-jekk leġiżlazzjoni biex tipprojbixxi l-piena korporali fl-ambjenti kollha għadha mhix disponibbli, jadottawha, u jaħdmu lejn l-eliminazzjoni tal-piena korporali;

-itejjbu l-funzjonament tas-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari:

üjistabbilixxu (fejn għadhom mhumiex disponibbli), u jtejbu l-linja telefonika għall-għajnuna għat-tfal (116 111) u l-linja diretta għat-tfal neqsin (116 000) 68 , inkluż permezz ta’ finanzjament u bini ta’ kapaċità;

üjippromwovu strateġiji u programmi nazzjonali biex iħaffu d-deistituzzjonalizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn servizzi ta’ kura ta’ kwalità, ibbażati fuq il-familja u l-komunità inkluż b’fokus adegwat fuq it-tħejjija tat-tfal biex jitilqu mill-kura, inkluż għal tfal migranti mhux akkumpanjati.

4.Ġustizzja adattata għat-tfal; UE li fiha s-sistema ġudizzjarja tiddefendi d-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal

“[Ġustizzja adattata għat-tfal hija...] Tifel/tifla imdawwra b’sistema li fiha huwa/hija huwa/hija protett/mismugħ/sikur”. (Tifla, 17-il sena, ir-Rumanija).

It-tfal jistgħu jkunu vittmi, xhieda, suspettati jew akkużati li wettqu reat, jew ikunu parti fi proċedimenti ġudizzjarji — f’ġustizzja ċivili, kriminali jew amministrattiva. Fil-każijiet kollha, it-tfal għandhom iħossuhom komdi u sikuri biex jipparteċipaw b’mod effettiv u jinstemgħu. Il-proċedimenti ġudizzjarji jridu jiġu adattati għall-età u l-ħtiġijiet tagħhom, iridu jirrispettaw id-drittijiet kollha tagħhom 69 u jagħtu kunsiderazzjoni primarja lill-aħjar interessi tat-tfal. Filwaqt li l-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam s’issa kienet sinifikanti, u ġew stabbiliti standards fil-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa 70 , is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali għandhom ikunu mgħammra aħjar biex jindirizzaw il-ħtiġijiet u d-drittijiet tat-tfal. Xi drabi l-professjonisti ma jkollhomx taħriġ biex jinteraġixxu mat-tfal b’mod adattat għall-età, inkluż meta jikkomunikaw dwar ir-riżultati ta’ proċediment, u biex jirrispettaw l-aħjar interessi tat-tfal. Id-dritt tat-tfal li jinstemgħu mhux dejjem jiġi osservat u mhux dejjem ikun hemm mekkaniżmi biex jiġu evitati seduti ta’ smigħ jew laqgħat ta’ evidenza multipli tat-tfal 71 .

It-tfal jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw il-ġustizzja u biex jiksbu rimedji effettivi għall-ksur tad-drittijiet tagħhom, inkluż fil-livell Ewropew u internazzjonali. It-tfal vulnerabbli spiss ikunu esposti għal forom multipli u intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni. It-tfal b’diżabilità jesperjenzaw diffikultajiet minħabba aċċessibbiltà mnaqqsa tas-sistemi ġudizzjarji u l-proċedimenti ġudizzjarji, u ma jkollhomx informazzjoni aċċessibbli dwar id-drittijiet u r-rimedji. Il-ġbir tad-data dwar it-tfal involuti fi proċedimenti ġudizzjarji, inkluż fil-kuntest ta’ qrati speċjalizzati, għandu jittejjeb.

Il-pandemija tal-COVID-19 amplifikat l-isfidi relatati mat-tfal u l-ġustizzja. Xi proċedimenti tal-qorti waqfu jew ġew ittardjati; id-dritt li żżur membri tal-familja fil-ħabs ġie affettwat.

It-tfal ikunu f’kuntatt mas-sistema tal-ġustizzja ċivili wara s-separazzjoni jew id-divorzju tal-ġenituri tagħhom; jew meta jiġu adottati jew jitqiegħdu fil-kura. Il-liġi sostantiva tal-familja hija kompetenza nazzjonali. F’każijiet transfruntiera, ir-Regolament Brussell IIa (bir-Riformulazzjoni tiegħu tal-2019) jew ir-Regolament dwar il-Manteniment, u kooperazzjoni ġudizzjarja aktar mill-qrib huma kruċjali biex jiġu protetti d-drittijiet tat-tfal u jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja. Filwaqt li separazzjoni tal-familja bla bżonn għandha tiġi evitata, kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tqegħid ta’ minuri fil-kura għandha tiżgura r-rispett tad-drittijiet tat-tfal 72 . Meta l-qrati jew l-awtoritajiet nazzjonali jkunu konxji ta’ konnessjoni mill-qrib tal-minuri ma’ Stat Membru ieħor, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri xierqa biex jiżguraw dawn id-drittijiet fl-aktar stadju bikri possibbli.

Fl-2022, il-Kummissjoni se taġġorna l-Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa (Riformulazzjoni). Jinħolqu sfidi speċifiċi f’sitwazzjonijiet transfruntiera, — inkluż għal familji b’ġenituri divorzjati jew separati, u għal familji qawsalla.

Fl-2020, terz tal-għadd totali ta’ applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati kienu tfal 73 . Il-prinċipju ta’ fl-aħjar interessi tat-tfal irid ikun il-kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet jew fid-deċiżjonijiet kollha li jirrigwardaw it-tfal fil-migrazzjoni. Minkejja l-progress li sar s’issa inkluż bl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti, it-tfal mhux dejjem jingħataw informazzjoni adatta għall-età dwar il-proċedimenti, u lanqas gwida u appoġġ effettivi matul il-proċeduri tal-asil jew tar-ritorn. Il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Asil enfasizza l-ħtieġa kemm li jiġu implimentati kif ukoll li jissaħħu s-salvagwardji tal-liġi tal-UE u l-istandards ta’ protezzjoni għat-tfal migranti. Ir-regoli l-ġodda, ladarba jiġu adottati, se jħaffu l-ħatra ta’ rappreżentanti għat-tfal mhux akkumpanjati, u se jiżguraw ir-riżorsi biex jappoġġaw il-ħtiġijiet speċjali tagħhom, inkluża t-tranżizzjoni tagħhom għall-ħajja adulta u l-għajxien indipendenti. It-tfal dejjem se jiġu offruti akkomodazzjoni u assistenza adegwati, inkluża assistenza legali, matul il-proċeduri. Ir-regoli l-ġodda se jsaħħu wkoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri fl-iżgurar ta’ protezzjoni sħiħa għat-tfal mhux akkumpanjati.

Anke llum fl-Ewropa, hemm tfal li huma apolidi, jew mit-twelid jew, spiss, minħabba l-migrazzjoni. In-nuqqas ta’ nazzjonalità jagħmilha diffiċli biex wieħed ikollu aċċess għal xi wħud mis-servizzi bażiċi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u jista’ jwassal għal sitwazzjoni ta’ vjolenza u sfruttament.

Għat-tfal vittmi tal-kriminalità, spiss ikun hemm nuqqas serju ta’ rappurtar minħabba l-età tal-vittma, nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet tagħhom u nuqqas ta’ servizzi ta’ rappurtar u appoġġ aċċessibbli, adattati għall-età u għall-ġeneru. Jinħolqu sfidi speċifiċi fl-identifikazzjoni tal-vittmi ta’ ċerti reati, bħat-traffikar jew l-abbuż sesswali, kif enfasizzat fl-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 74 .

L-istudju Globali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2019 dwar it-tfal imċaħħda mil-libertà 75 enfasizza li wisq tfal għadhom imċaħħda mil-libertà tagħhom minħabba li huma f’kunflitt mal-liġi jew relatati mal-proċeduri tal-migrazzjoni u l-asil. L-awtoritajiet nazzjonali, inkluż fl-Istati Membri tal-UE, jeħtieġ li jagħmlu disponibbli u jżidu l-użu ta’ miżuri mhux ta’ kustodja vijabbli u effettivi, f’konformità mal-acquis tal-UE, u jiżguraw li d-detenzjoni tintuża biss bħala l-aħħar għażla u għall-iqsar żmien xieraq. Meta l-ġenituri jintbagħtu l-ħabs, għandhom jitrawmu wkoll politiki u prattiki li jirrispettaw id-dritt tat-tfal tagħhom. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni sħiħa u korretta fil-prattika tad-Direttiva dwar is-Salvagwardji Proċedurali 76 se tiżgura protezzjoni aħjar tat-tfal suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-fl-2022 tipproponi inizjattiva leġiżlattiva orizzontali dwar ir-rikonoxximent tal-paternità bejn l-Istati Membri;

-tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-professjonisti tal-ġustizzja dwar id-drittijiet tal-ġustizzja adatta għat-tfal u għat-tfal, f’konformità mal-istrateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024 77 , u permezz tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) 78 , il-programmi Ġustizzja u CERV, kif ukoll il-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ tal-portal tal-ġustizzja elettronika tal-UE 79 ;

-issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-2010 dwar Ġustizzja adatta għat-Tfal mal-Kunsill tal-Ewropa;

-tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat għal proġetti transnazzjonali u innovattivi għall-protezzjoni tat-tfal migranti taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) il-ġdid 80 ;

-tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ alternattivi effettivi u vijabbli għad-detenzjoni tat-tfal fi proċeduri ta’ migrazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jappoġġaw lill-fornituri tat-taħriġ ġudizzjarju u lill-korpi rilevanti kollha tal-professjonisti biex jindirizzaw id-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja aċċessibbli u adatta għat-tfal fl-attivitajiet tagħhom. Għal dan il-għan, jallokaw ir-riżorsi meħtieġa għall-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità msemmija hawn fuq, u tieħu vantaġġ mill-appoġġ tal-FRA biex issaħħu l-kapaċitajiet dwar suġġetti bħall-ġustizzja adattata għat-tfal u t-tfal migranti;

-jiżviluppaw alternattivi robusti għall-azzjoni ġudizzjarja: minn alternattivi għad-detenzjoni, għall-użu ta’ ġustizzja restorattiva u medjazzjoni fil-kuntest tal-ġustizzja ċivili;

-jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar tfal b’ġenituri miżmuma l-ħabs 81 ;

-isaħħu s-sistemi ta’ tutela għat-tfal mhux akkumpanjati kollha, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew tal-Kustodja 82 ;

-jippromwovu u jiżguraw aċċess universali, liberu u immedjat għar-reġistrazzjoni tat-twelid u ċ-ċertifikazzjoni għat-tfal kollha. Barra minn hekk, tiżdied il-kapaċità tal-uffiċjali tal-ewwel linja biex jirrispondu għall-apolidija u l-problemi relatati man-nazzjonalità fil-kuntest tal-migrazzjoni;

-tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’każijiet b’implikazzjonijiet transfruntiera, biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tat-tfal.

5.Is-soċjetà Diġitali u tal-Informazzjoni: UE li fiha it-tfal jistgħu jinnavigaw b’mod sikur fl-ambjent diġitali u jisfruttaw l-opportunitajiet tiegħu

“Ma kellix kompjuter, l-internet ma wasalx fil-villaġġ tiegħi, u ma kelli l-ebda data. (…)Ma stajtx nikkonnektja għal dawn l-aħħar tliet xhur, u kelli nirrepeti.” (Tifla, 15-il sena, Spanja).

L-iżvilupp tal-ambjent diġitali, u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, fetħu ħafna opportunitajiet. It-tfal jilagħbu, joħolqu, jitgħallmu, jinteraġixxu u jesprimu ruħhom f’ambjent online u konness, minn età żgħira ħafna. It-teknoloġiji diġitali jippermettu lit-tfal ikunu parti mill-movimenti globali u jaqdu r-rwol ta’ ċittadini attivi. Bħala nattivi diġitali, dawn jinsabu f’pożizzjoni aħjar biex jirnexxu f’edukazzjoni dejjem aktar diġitalizzata u konnessa u f’sistemi futuri tas-suq tax-xogħol. L-użu ta’ għodod diġitali jista’ jgħin lit-tfal b’diżabilità fit-tagħlim, il-konnessjoni, il-komunikazzjoni u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet rikreattivi online, dment li jkunu aċċessibbli.

Madankollu, il-preżenza online tat-tfal iżżid l-esponiment tagħhom għal kontenut dannuż jew illegali, bħall-abbuż jew l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-pornografija u l-kontenut tal-adulti, is-sessaġġ, id-diskors ta’ mibegħda online jew id-diżinformazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ sistemi effettivi ta’ kontroll/ta’ verifika tal-età mill-ġenituri. L-esponiment online fih ukoll riskji ta’ kuntatt dannuż u illegali, bħall-grooming ċibernetiku u s-solleċitazzjoni sesswali, il-bullying fuq l-internet jew l-abbuż u l-fastidju online. Kważi terz tal-bniet u 20 % tas-subien esperjenzaw kontenut inkwetanti darba fix-xahar fl-aħħar sena; u tfal minn minoranzi jiltaqgħu ma’ avvenimenti ta’ taqlib online aktar ta’ spiss 83 . Fost ir-rispondenti LGBTI ta’ 15-17-il sena, 15 % esperjenzaw fastidju ċibernetiku minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom 84 . Aktar u aktar traffikanti jużaw il-pjattaformi tal-Internet biex jirreklutaw u jisfruttaw il-vittmi, peress li t-tfal huma grupp fil-mira partikolarment vulnerabbli 85 . 

Fil-kuntest tal-istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 86 , il-Kummissjoni ressqet proposta interim biex tippermetti lill-kumpaniji tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) ikomplu jirrappurtaw b’mod volontarju l-abbuż sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet sa fejn dawn il-prattiki jkunu legali, u tistieden lill-koleġiżlaturi biex jaqblu malajr dwar l-adozzjoni tagħha. Fuq medda itwal ta’ żmien, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza b’mod effettiv l-abbuż sesswali tat-tfal online.

L-esponiment żejjed għall-iskrins u l-attivitajiet online huwa ta’ tħassib għas-saħħa tat-tfal, il-benessri mentali, li jwassal għal stress akbar, nuqqas ta’ attenzjoni, problemi fil-vista u nuqqas ta’ attività fiżika u sport.

Il-pandemija tal-COVID-19 żiedet b’mod sinifikanti l-ħin li t-tfal iqattgħu online, u l-ħajja kulturali u soċjali qed tinbidel online. Dan wassal għal żieda fir-riskji online u għal żieda fl-inugwaljanzi diġitali. Tifel minn 10 ma rrapporta l-ebda attività online u kuntatt mhux frekwenti tal-għalliema matul il-lockdown tar-rebbiegħa 87 . L-aċċess għall-Internet jibqa’ sfida għal għadd konsiderevoli ta’ tfal fl-UE: huwa 20 % ogħla għall-unitajiet domestiċi bi dħul għoli, u huwa ferm aktar baxx fiż-żoni rurali 88 . Fil-Komunikazzjoni reċenti tagħha dwar id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, il-Kummissjoni ħabbret miri ambizzjużi ta’ konnettività għall-unitajiet domestiċi kollha fl-Ewropa 89 .

L-UE żviluppat strumenti legali u inizjattivi ta’ politika biex taqdi d-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali 90 . Meta jkun meħtieġ, dawn għandhom jiġu adattati u aġġornati hekk kif jitfaċċaw theddidiet ġodda jew jinbidlu l-iżviluppi u t-teknoloġiji. Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva saħħet il-protezzjoni tat-tfal minn kontenut dannuż u komunikazzjonijiet kummerċjali mhux xierqa. L-att reċenti dwar is-Servizzi Diġitali 91 jipproponi obbligi ta’ diliġenza dovuta għall-fornituri tas-servizzi biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utenti online, inklużi t-tfal. Il-kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni 92 se jistabbilixxi reġim koregolatorju mfassal biex jindirizza r-riskji marbuta mat-tixrid tad-diżinformazzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għall-Edukazzjoni Diġitali (2021–2027) 93  jippromwovi l-litteriżmu diġitali bil-għan li tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni u jpoġġi l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qalba ta’ dan l-isforz. Fuq livell internazzjonali, għadha kif inħarġet gwida dwar l-interpretazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali 94 .

Dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli dwar il-privatezza, it-tfal jappoġġaw lill-kumpaniji biex jiżviluppaw politiki ta’ privatezza li jinftiehmu għas-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali u jitolbu li jkunu involuti fit-tfassil u l-iżvilupp ta’ prodotti diġitali ġodda li se jużaw. Il-Kummissjoni hija lesta li tappoġġa dawn l-isforzi, b’mod partikolari permezz tal-Wegħda taż-Żagħżagħ għal Internet Aħjar 95 u s-Sejħa għal Azzjoni taż-Żgħażagħ 96 .

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi appoġġ permezz tal-Programm Diġitali liċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur u lill-pjattaforma Internet Aħjar għat-Tfal 97 biex titqajjem kuxjenza dwar il-bullying fuq l-internet u tinbena l-kapaċità dwarha, ir-rikonoxximent ta’ mis- u diżinformazzjoni, u l-promozzjoni ta’ mġiba b’saħħitha u responsabbli online. L-inizjattiva li jmiss Perkorsi lejn is-Suċċess fl-Iskejjel 98 se tippromwovi l-prevenzjoni tal-bullying fuq l-internet. Il-programm Erasmus+ 99 se jiffinanzja inizjattivi li jappoġġaw l-akkwist ta’ ħiliet diġitali mit-tfal kollha.

L-intelliġenza artifiċjali (IA) għandha u se jkollha impatt kbir fuq it-tfal u d-drittijiet tagħhom 100 , pereżempju fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-rikreazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa. Madankollu, dan jista’ jinvolvi wkoll xi riskji relatati mal-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà. Il-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar qafas legali orizzontali għall-IA se tidentifika l-użu ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli li joħolqu riskji sinifikanti għad-drittijiet fundamentali, inkluż għat-tfal.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-tadotta Strateġija aġġornata għal Internet Aħjar għat-Tfal fl-2022;

-toħloq u tiffaċilita proċess immexxi mit-tfal immirat lejn l-iżvilupp ta’ sett ta’ prinċipji li għandhom jiġu promossi u osservati mill-industrija 101 ;

-tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ ICT aċċessibbli u teknoloġiji ta’ assistenza għat-tfal b’diżabilità bħar-rikonoxximent tat-taħdit, il-captioning magħluq u oħrajn 102 , inkluż fil-konferenzi u l-avvenimenti tal-Kummissjoni;

-tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà 103 ;

-tintensifika l-ġlieda kontra kull forma ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, pereżempju billi tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa inklużi obbligi għall-fornituri tas-servizzi online rilevanti biex jidentifikaw u jirrappurtaw materjal magħruf ta’ abbuż sesswali tat-tfal online.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri biex:

-jiżguraw aċċess ugwali effettiv għal għodod diġitali u konnessjoni tal-Internet b’veloċità għolja, litteriżmu diġitali, materjal edukattiv aċċessibbli online u għodod edukattivi eċċ. għat-tfal kollha;

-jappoġġaw l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali bażiċi tat-tfal, permezz tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-ċittadini 104 ;

-jappoġġaw azzjonijiet ta’ litteriżmu medjatiku bħala parti mill-edukazzjoni, jiżviluppaw il-kapaċità tat-tfal li jevalwaw b’mod kritiku l-kontenut online, u jidentifikaw id-diżinformazzjoni u materjal abbużiv;

-tappoġġa u tippromwovi l-ħidma taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur kofinanzjati mill-UE, u tappoġġa linji telefoniċi għall-għajnuna u hotlines għat-tfal fl-iżvilupp ta’ toroq online għall-komunikazzjoni;

-jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tat-tfal u speċjalment tal-bniet fl-istudji tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u jżarmaw l-isterjotipi tas-sessi f’dan il-qasam biex jiżguraw opportunitajiet indaqs fis-suq tax-xogħol diġitali.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-kumpaniji tal-ICT biex:

-jiżguraw li d-drittijiet tat-tfal, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, u l-aċċess għal kontenut adattat għall-età, jiġu inklużi fi prodotti u servizzi diġitali mid-disinn u b’mod awtomatiku, inkluż għal tfal b’diżabilità;

-jgħammru lit-tfal u lill-ġenituri b’għodod adegwati biex jikkontrollaw il-ħin u l-imġiba fuq l-iskrin tagħhom, u jipproteġuhom mill-effetti tal-użu żejjed tal-prodotti online u tad-dipendenza fuqhom;

-isaħħu l-miżuri li jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut dannuż u l-komunikazzjoni kummerċjali mhux xierqa, bħal pereżempju permezz ta’ kanali ta’ rappurtar u mblukkar faċli jew għodod effettivi ta’ verifika tal-età;

-ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jidentifikaw, jirrappurtaw u jneħħu kontenut illegali online, inkluż l-abbuż sesswali tat-tfal mill-pjattaformi u s-servizzi tagħhom, sal-punt li dawk il-prattiki jkunu legali.

6.Id-Dimensjoni Globali: UE li tappoġġa, tipproteġi u tagħti s-setgħa lit-tfal globalment, inkluż matul il-kriżi u l-konflitt.

“L-UE għandha forza li tgħaqqad ħafna pajjiżi tad-dinja għall-paċi, il-kooperazzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nies, tiffinanzja proġetti għal organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jipproteġu d-drittijiet tat-tfal”. (Tifel/Tifla, l-Albanija).

“Trid tidħol fil-fond fil-fossa tal-minjieri permezz ta’ ħabel, tieħu dak li ordnawlek u mbagħad tmur lura fil-wiċċ. Kważi soffokajt ġewwa l-fosos minħabba provvista inadegwata ta’ ossiġenu” (Tifel, 11-il sena, Tanzanija).

L-impenn tal-UE li tippromwovi, tipproteġi, tissodisfa u tirrispetta d-drittijiet tat-tfal huwa impenn globali. Permezz ta’ din l-istrateġija, l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha wkoll bħala attur globali ewlieni f’dan ir-rigward. L-UE diġà għandha rwol ewlieni fil-protezzjoni u l-appoġġ tat-tfal globalment, billi ssaħħaħ l-aċċess għall-edukazzjoni, is-servizzi, is-saħħa, u fil-protezzjoni minn kull forma ta’ vjolenza, abbuż u negliġenza, inkluż fil-kuntest umanitarju.

Minkejja progress sinifikanti matul dawn l-aħħar deċennji, għadd kbir wisq ta’ tfal madwar id-dinja għadhom isofru minn jew jinsabu f’riskju ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kriżi umanitarja, kriżi ambjentali u klimatika, nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni, malnutrizzjoni, faqar, inugwaljanzi u esklużjoni. Is-sitwazzjoni tal-bniet hija partikolarment diffiċli; huma għadhom vittmi ta’ diskriminazzjoni u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru inkluż żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, u ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili sa mill-età ta’ erba’ snin.

Kważi żewġ terzi tat-tfal tad-dinja jgħixu f’pajjiż milqut minn kunflitt. Minn dawn, waħda minn kull sitta jgħixu sa 50 km minn żona ta’ kunflitt 105 . Dan mhux biss jhedded is-saħħa fiżika u mentali tat-tfal iżda spiss jista’ jċaħħadhom mill-edukazzjoni 106 u jħalli impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tal-ħajja futuri tagħhom, kif ukoll fuq dawk tal-komunitajiet li jiġu minnhom.

It-tfal huma wkoll vittmi ta’ reklutaġġ u użu f’kunflitti armati. Il-parteċipazzjoni tagħhom fil-konflitt taffettwa serjament il-benessri fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali tagħhom. Kemm is-suldati tfal bniet kif ukoll subien huma wkoll vittmi ta’ vjolenza sesswali, li spiss tintuża bħala arma tal-gwerra.

Huwa stmat li kull sena jmutu 5.2 miljun tifel u tifla 107 taħt il-ħames snin, l-aktar minħabba kawżi li jistgħu jiġu evitati u li jistgħu jiġu ttrattati, li ħafna minnhom huma xprunati mill-faqar, l-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni, in-normi tal-ġeneru u n-negliġenza tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem. Il-pandemija tal-COVID-19 u t-tibdil fil-klima komplew jaggravaw il-forom eżistenti ta’ diskriminazzjoni kontra t-tfal kif ukoll l-esponiment għal sitwazzjonijiet vulnerabbli tat-tfal u tal-familji madwar id-dinja. Fl-eqqel tal-pandemija, madwar 1,6 biljun tifel u tifla kienu barra mill-iskola globalment 108 .

L-azzjoni tal-UE fid-dimensjoni esterna ser tkun konformi mal-impenji stabbiliti fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 109    u appoġġata minn azzjonijiet immirati inklużi f’inizjattivi rilevanti oħra, bħal-Linji Gwida dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal 110 , il-Linji Gwida dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati 111 , il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal azzjoni esterna (2021-2025) 112 , u s-Sett ta’ Għodod dwar id-Drittijiet tat-Tfal 113 .

Fil-kuntesti kollha, l-UE se tkompli tikkontribwixxi biex tiżgura edukazzjoni ta’ kwalità, sikura u inklużiva, protezzjoni soċjali, servizzi tas-saħħa, nutrizzjoni, ilma tax-xorb nadif, akkomodazzjoni, arja interna nadifa, u sanità adegwata. B’mod partikolari, il-politiki ta’ żvilupp tal-UE se (i) javvanzaw il-kopertura tas-saħħa universali biex jiżguraw servizzi essenzjali għas-saħħa materna, tat-trabi tat-twelid, tat-tfal u tal-adolexxenti, inklużi s-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali; (ii) jappellaw biex is-sistemi tal-ikel jipprovdu dieti nutrittivi, sikuri, affordabbli u sostenibbli li jissodisfaw il-ħtiġijiet u d-drittijiet tat-tfal u (iii) jinvestu aktar fl-iżvilupp ta’ sistemi edukattivi ta’ kwalità u aċċessibbli, inkluż l-edukazzjoni bikrija, primarja, sekondarja baxxa u għolja. Barra minn hekk, l-assistenza finanzjarja se tappoġġa l-aċċess għal konnettività affordabbli u sostenibbli għall-iskejjel, kif ukoll biex tinkludi ħiliet diġitali fil-kurrikuli tal-iskejjel u fit-taħriġ tal-għalliema.

Fi kriżijiet umanitarji, l-UE se tkompli tappoġġa lit-tfal filwaqt li tapplika approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet f’konformità mal-prinċipji umanitarji, kif ukoll tiżgura li l-għajnuna tagħha tkun sensittiva għall-ġeneru u l-età. L-UE se tkompli tagħmel enfasi fuq il-protezzjoni tat-tfal, billi tindirizza t-tipi kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal kif ukoll tipprovdi appoġġ għas-saħħa mentali u psikosoċjali. Barra minn hekk, l-aċċess kontinwu għal edukazzjoni sikura, ta’ kwalità u inklużiva, huwa ta’ importanza kbira biex it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mgħammra b’ħiliet essenzjali, biex joffru protezzjoni u sens ta’ normalità, kif ukoll biex jikkontribwixxu għall-paċi, u biex ikunu mezz għar-riintegrazzjoni u r-reżiljenza.

Total ta’ 152 miljun tifel u tifla (9,6 % tat-tfal kollha globalment) huma vittmi tat-tħaddim tat-tfal, b’73 miljun f’xogħol perikoluż li x’aktarx jagħmel ħsara lis-saħħa, lis-sikurezza u lill-iżvilupp tagħhom 114 . Il-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni ħabbru approċċ ta’ tolleranza żero kontra t-tħaddim tat-tfal, u b’hekk ikkontribwew għall-isforzi globali fil-qafas tas-Sena Internazzjonali tan-NU għall-Eliminazzjoni tax-Xogħol tat-Tfal 2021 115 . Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 116 jinkludi wkoll azzjoni biex titnaqqas sostanzjalment l-inċidenza globali tat-tħaddim tat-tfal, f’konformità mad-data fil-mira tal-2025 ipproklamata min-Nazzjonijiet Uniti għall-eliminazzjoni sħiħa tat-tħaddim tat-tfal madwar id-dinja. Dan se jkopri l-appoġġ għal edukazzjoni obbligatorja bla ħlas u faċilment aċċessibbli għat-tfal sakemm jilħqu l-età minima għax-xogħol, kif ukoll l-estensjoni tal-programmi ta’ assistenza soċjali biex jgħinu lill-familji joħorġu mill-faqar.

Il-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment tal-UE, kif ukoll is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP) kellhom rwol importanti fil-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol, kif rifless fil-konvenzjonijiet fundamentali tan-NU tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Se tingħata prijorità partikolari għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-impenji, inkluża l-azzjoni kontra t-tħaddim tat-tfal. L-UE se tinsisti fuq pajjiżi terzi biex jaġġornaw regolarment il-listi nazzjonali ta’ okkupazzjonijiet perikolużi li t-tfal qatt m’għandhom jingħataw il-kompitu li jagħmlu. L-UE se żżid ukoll l-isforzi biex tiżgura li l-ktajjen tal-provvista tal-kumpaniji tal-UE jkunu ħielsa mit-tħaddim tat-tfal, b’mod partikolari billi tippromwovi governanza korporattiva sostenibbli.

F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, l-UE se iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura parteċipazzjoni sinifikanti tat-tfal; il-prevenzjoni, il-ġlieda u r-rispons għall-forom kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; l-eliminazzjoni taż-żwieġ prekoċi, furzat u tat-tfal, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, it-traffikar tat-tfal, il-kuntrabandu, it-talb, l-isfruttament (sesswali) u n-negliġenza. Se tiġi intensifikata wkoll il-ħidma għall-prevenzjoni u t-tmiem tal-ksur serju kontra t-tfal affettwati minn konflitt armat, inkluż b’attivitajiet ta’ promozzjoni li jippromwovu l-konformità mad-Dritt Umanitarju Internazzjonali. Il-Pjan ta’ Azzjoni jappoġġa wkoll lill-pajjiżi sħab fil-bini u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ ġustizzja u protezzjoni tat-tfal adatti għat-tfal, inkluż għal tfal migranti, refuġjati u spostati bil-forza u tfal li jappartjenu għal minoranzi, b’mod partikolari r-Rom. L-UE se tkompli tappoġġa r-risistemazzjoni ta’ tfal u persuni vulnerabbli oħra li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali fl-UE. L-UE se tappoġġa azzjonijiet li jindirizzaw il-kwistjoni tat-tfal tat-triq kif ukoll tinvesti fl-iżvilupp ta’ kura alternattiva ta’ kwalità u t-tranżizzjoni minn kura bbażata fuq l-istituzzjonijiet għal kura bbażata fuq il-familja u l-komunità ta’ kwalità għal tfal mingħajr kura tal-ġenituri u tfal b’diżabilità.

L-UE se tkompli tinkludi d-drittijiet tat-tfal fid-djalogu politiku mal-pajjiżi sħab, u b’mod partikolari fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni. Se tippromwovi wkoll miżuri biex jiġu indirizzati l-vjolenza u d-diskriminazzjoni, b’mod partikolari kontra t-tfal vulnerabbli, inkluż l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-UE se tappoġġa l-monitoraġġ u l-ġbir ta’ data diżaggregata dwar is-sitwazzjoni tat-tfal fir-reġjun, u se tkompli tirrapporta dwar dan fil-pakkett annwali dwar it-tkabbir tar-rapporti tal-pajjiżi.

Biex jinkisbu dawn l-objettivi , l-UE ser tikkoordina l-użu tal-programmi ta’ nfiq kollha tagħha disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, b’mod partikolari l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI), l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III (IPA III) u l-istrument ta’ għajnuna umanitarja.

Hija ser tippromwovi wkoll azzjonijiet f’fora multilaterali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kampanji ta’ promozzjoni u sensibilizzazzjoni, kif ukoll mas-soċjetà ċivili, it-tfal u l-adolexxenti, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-akkademja, is-settur tan-negozju u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Azzjonijiet ewlenin mill-Kummissjoni Ewropea:

-jiddedikaw 10 % tal-finanzjament globali taħt l-NDICI fl-Afrika Sub-Saħarjana, l-Asja u l-Paċifiku, u l-Ameriki u l-Karibew għall-edukazzjoni;

-tkompli talloka 10 % tal-finanzjament tal-għajnuna umanitarja għall-edukazzjoni f’emerġenzi u kriżijiet fit-tul, u tippromwovi l-approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar Skejjel Sikuri;

-taħdem biex il-ktajjen tal-provvista tal-kumpaniji tal-UE jsiru ħielsa mit-tħaddim tat-tfal, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattiva leġiżlattiva dwar il-governanza korporattiva sostenibbli;

-tippromwovi u tipprovdi assistenza teknika biex jissaħħu s-sistemi ta’ spezzjoni tax-xogħol għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-liġijiet dwar it-tħaddim tat-tfal;

-tipprovdi assistenza teknika bħala Team Europe lill-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi sħab permezz tal-programmi u l-faċilitajiet tagħha, bħal SOCIEUX+, l-Istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) u l-programmi TWINING; 

-tħejji Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ sal-2022 biex tippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tat-tfal madwar id-dinja;

-jinnominaw punti fokali għaż-Żgħażagħ u jsaħħu l-kapaċitajiet għall-protezzjoni tat-tfal fi ħdan id-Delegazzjonijiet tal-UE.

7.L-integrazzjoni tal-perspettiva tat-tfal fl-azzjonijiet kollha tal-UE

Biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija, il-Kummissjoni se tiżgura li l-perspettiva tad-drittijiet tat-tfal tiġi integrata fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament rilevanti kollha 117 . Dan se jkun parti mill-isforzi biex tinħoloq kultura adattata għat-tfal fit-tfassil tal-politika tal-UE u se jkun appoġġat billi jiġu pprovduti taħriġ u bini tal-kapaċità lill-persunal tal-UE, u koordinazzjoni interna msaħħa permezz tat-tim tal-koordinatur tal-Kummissjoni għad-drittijiet tat-tfal. Se tiġi żviluppata lista ta’ kontroll tal-integrazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal.

Hemm bżonn ta’ data affidabbli u komparabbli biex jiġu żviluppati politiki bbażati fuq l-evidenza. Il-Kummissjoni se tistieden lill-FRA biex ikomplu jipprovdu assistenza teknika u appoġġ metodoloġiku lill-Istati Membri dwar, fost l-oħrajn, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ ġbir ta’ data. Se tiġi segwita wkoll id-data tal-Eurostat aktar skont l-etajiet u diżaggregazzjoni skont is-sess, u data ġġenerata minn aġenziji oħra tal-UE, kif ukoll ir-riċerka dwar oqsma tematiċi speċifiċi koperti minn din l-istrateġija. Dan se jsir permezz tal-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont Ewropa (2021-2027) 118 .

L-istrateġija se tgħin ukoll fl-integrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-inizjattivi fil-livell nazzjonali u fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin biex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-obbligi legali internazzjonali u tal-UE eżistenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll in-Netwerk tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal sa tmiem l-2021. Filwaqt li jibni fuq il-ħidma tal-grupp ta’ esperti informali eżistenti dwar id-drittijiet tat-tfal 119 , in-Netwerk se jsaħħaħ id-djalogu u t-tagħlim reċiproku bejn l-UE u l-Istati Membri dwar id-drittijiet tat-tfal, u jappoġġa l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija. Se jkun magħmul minn rappreżentanti nazzjonali, u se jinkludi f’xi wħud mill-attivitajiet tiegħu organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi, rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u t-tfal, fost oħrajn. Il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u ma’ istituzzjonijiet rilevanti oħra, organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-ombudspersons għat-tfal.

Din l-istrateġija għandha tinqara flimkien mal-Istrateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE, u l-pjan ta’ azzjoni għad-Demokrazija Ewropea. Hija tikkumplimenta sforzi mmirati biex id-drittijiet u l-valuri tal-UE jsiru aktar tanġibbli f’oqsma 120 bħall-protezzjoni tat-tfal fil-migrazzjoni, l-ugwaljanza u l-inklużjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-pluraliżmu, id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, id-drittijiet tal-vittmi, il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, id-drittijiet soċjali u l-edukazzjoni u t-taħriġ 121 . Huwa wkoll konformi mal-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 122 .

7.1 Kontribuzzjoni tal-fondi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-istrateġija

Il-finanzjament tal-UE huwa essenzjali biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fl-Istati Membri. B’din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi tal-UE fl-inizjattivi tagħhom biex jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet tat-tfal. Għandha tinkoraġġixxi wkoll l-ibbaġitjar tad-drittijiet tat-tfal u tesplora modi biex jiġi traċċat l-infiq tal-baġit tal-UE f’dan il-qasam, sabiex il-fondi jiġu diretti lejn l-aktar ħtiġijiet urġenti. Il-finanzjament għad-drittijiet tat-tfal għandu jingħata prijorità mill-Istati Membri fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE, skont il-ħtiġijiet identifikati fil-livell nazzjonali u reġjonali. Taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027,

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jappoġġaw investimenti fil-kapaċità tal-bniedem u l-iżvilupp tal-infrastruttura, it-tagħmir u l-aċċess għas-servizzi fl-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kura soċjali, tas-saħħa u tat-tfal, kif ukoll il-bidla minn servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fuq il-familja u l-komunità.

L-Istati Membri li għandhom rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali ogħla mill-medja tal-UE (fl-2017-2019) se jkollhom jallokaw 5 % tal-FSE+ għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, filwaqt li Stati Membri oħra se jkunu meħtieġa jallokaw ammont xieraq. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 20212027, l-Istati Membri għandhom jissodisfaw diversi kundizzjonijiet abilitanti, li jista’ jkollhom rabta mill-qrib mal-miżuri dwar id-drittijiet tat-tfal. Dan jinkludi oqfsa ta’ politika fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar, l-inklużjoni tar-Rom u l-konformità mal-UNCRPD u l-Karta. L-AMIF il-ġdid se jsaħħaħ il-protezzjoni ta’ tfal migranti mhux akkumpanjati billi jirrikonoxxi u jipprovdi appoġġ finanzjarju u inċentivi għall-akkoljenza, l-akkomodazzjoni u bżonnijiet speċjali oħra partikolari tagħhom, b’rata ta’ kofinanzjament sa 75 %, li tista’ tiżdied għal 90 % għal proġetti implimentati taħt azzjonijiet speċifiċi.

Fondi u programmi oħra tal-UE jistgħu jintużaw għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal, inkluż il-Programm Ġustizzja, il-Programm CERV, Erasmus+, Orizzont 2020, il-Programm Diġitali, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), REACT-EU, u InvestEU. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jista’, fuq talba, jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jiżviluppaw azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità.

L-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw approċċ ikkoordinat fil-livell nazzjonali, makroreġjonali 123 , reġjonali u lokali fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, kif ukoll jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet li jaħdmu mat-tfal u għalihom, u s-sħab soċjali u ekonomiċi fit-tħejjija, ir-reviżjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi għall-fondi tal-UE 2021-2027.

L-istrateġija tindirizza wkoll l-inugwaljanzi li saru agħar bil-kriżi tal-COVID-19, li affettwat b'mod sproporzjonat tfal vulnerabbli. Bħala parti minn din il-ħidma, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet offruti minn NextGenerationEU biex jittaffa l-impatt sproporzjonat tal-kriżi, u se tgħin lill-Istati Membri jintegraw id-drittijiet tat-tfal fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

Biex isir progress reali fil-prattika, jeħtieġ li din l-istrateġija tkun akkumpanjata minn impenji u investimenti fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżviluppaw, fejn għadhom mhumiex disponibbli, strateġiji nazzjonali robusti u bbażati fuq l-evidenza dwar id-drittijiet tat-tfal, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi t-tfal; u f’sinerġija ma’ strateġiji u pjanijiet nazzjonali rilevanti oħra. Tappella wkoll lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Protokolli Fakultattivi kollha tal-UNCRC u l-protokolli fakultattivi tal-UNCRPD, u jikkunsidraw kif xieraq l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal 124 u tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 125 . Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-azzjonijiet kollha rakkomandati f’din l-istrateġija permezz ta’ riżorsi finanzjarji xierqa, inkluż il-finanzjament tal-UE.

Konklużjoni

Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ biex tappoġġa lit-tfal jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom bħala ċittadini impenjati u responsabbli. Biex dan iseħħ, il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika jeħtieġ li tibda matul it-tfulija. It-tfal kollha għandhom id-dritt li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom, u li dawn jitqiesu. Sabiex nippermettu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom, irridu wkoll nindirizzaw il-faqar, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni biex inkissru ċ-ċiklu interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ.

Din l-istrateġija hija inklużiva mid-disinn u se tkun inklużiva fl-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrateġija fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, u tirrapporta dwar il-progress fil-Forum Ewropew annwali dwar id-drittijiet tat-tfal. It-tfal se jkunu parti mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-Pjattaforma ta’ Parteċipazzjoni tat-Tfal futura. L-azzjonijiet tal-istrateġija se jiġu adattati fejn meħtieġ.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw l-istrateġija u jaħdmu flimkien fuq l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jippromwovu d-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili.

Ilkoll għandna r-responsabbiltà li nisimgħu lit-tfal u naġixxu issa. L-użu tal-kliem espress minn wieħed mill-membri tal-Kunsill tat-Tfal Eurochildren: “Ħidma tajba hija aħjar minn kliem sew”. 

(1)

Tifel/tifla hija persuna taħt it-18-il sena. Data dwar il-popolazzjoni. [ yth_demo_010 ], [ yth_demo_020 ], Eurostat, 2020

(2)

Demografija. State of the World’s Children 2019 Statistical Tables , UNICEF  

(3)

L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxi l-objettiv għall-UE li tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. L-Artikolu 3(5) TUE jistabbilixxi li fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi (...) għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-drittijiet tat-tfal.

(4)

  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE , 2012/C 326/02

(5)

  Unjoni aktar ambizzjuża. L-aġenda tiegħi għall-Ewropa . Mill-kandidata għal President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Il-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024

(6)

  Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal , In-Nazzjonijiet Uniti, 1989

(7)

  Kif it-tfal (10-18) esperjenzaw riskji online matul il-lockdown tal-COVID-19 fir-rebbiegħa tal-2020 , JRC, il-Kummissjoni Ewropea, 2020

(8)

  Exploiting Isolation: Offenders and victims of online child sexual abuse during the COVID-19 pandemic , Europol, 2020

(9)

  Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal , COM(2006)367 u Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal , COM(2011)60

(10)

Ara l-Anness 2 - Id-Drittijiet tat-Tfal - L-acquis u l-politiki tal-UE

(11)

  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’20 prinċipju:

(12)

   Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità , In-Nazzjonijiet Uniti, 2006

(13)

  L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU: Aġenda tal-2030 . Ara l-Anness 1: Tabella komparattiva li tagħti dettalji dwar id-drittijiet rilevanti minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-għanijiet u l-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, kif protetti u promossi mil-linji differenti ta’ din l-istrateġija.

(14)

  Council of Europe Strategy for the Rights of the Child (2016-2021). Il-Kunsill tal-Ewropa qed iħejji wkoll il-qafas strateġiku futur, għall-perjodu 2022-2027.

(15)

Il-Parlament Ewropew Riżoluzzjoni tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (2019/2876(RSP)) – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2021/2523(RSP))

(16)

  Rapport sommarju tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa għall-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal , 2021

(17)

  It-tlettax-il Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal , 2020

(18)

 UNICEF, Eurochild, Save the Children, Child Fund Alliance, World Vision: Our Europe, Our Rights, Our Future . - Il-konsultazzjoni ta’ SOS Children’s Villages mat-tfal f’kura residenzjali u t-tfal li jirċievu servizzi ta’ tisħiħ tal-familja u r- rapport ta’ sinteżi , Defence for Children International, Terre des Hommes u s-sħab tagħha.

(19)

  L-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal: verżjonijiet adattati għat-tfal

(20)

  Report of the 2018 Day of General Discussion on Protecting and Empowering Children as Human Rights Defenders , Il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, 2018; Implementation Guide on the Rights of Child Human Rights Defenders , Child Rights Connect, 2020

(21)

  Studju dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fil-ħajja politika u demokratika tal-UE , il-Kummissjoni Ewropea, 2021 u  l-verżjoni aċċessibbli tiegħu

(22)

  Djalogi Ewropew maż-Żgħażagħ (16-30 sena)

(23)

  Rokna tat-tagħlim  

(24)

   Europe Kids Want survey, Sharing the view of children and young people across Europe , UNICEF u Eurochild, 2019

(25)

  Our Europe. Our Rights. Our Future , op. cit.

(26)

  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew  

(27)

  Child Participation Assessment Tool , Il-Kunsill tal-Ewropa

(28)

  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’20 prinċipju:  

(29)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE)

(30)

Proposta tal-Kummissjoni għal Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2021 Proposta tal-Kummissjoni dwar Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi , 2021

(31)

  Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal: kwistjoni ta’ drittijiet fundamentali , FRA, 2018

(32)

  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali , COM(2021) 102 final

(33)

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, COM(2021)137

(34)

  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Pont għall-Impjiegi – It-Tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ , (2020/C 372/01)

(35)

Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030, COM(2021) 101 final

(36)

  Komunikazzjoni Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer , COM(2021) 44 final

(37)

  Komunikazzjoni Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa COM(2020) 761 final

(38)

  Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali , , Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali 2013-2016

(39)

  Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030 (2021/C 66/01)

(40)

  X’inhi l-evidenza dwar ir-rwol tal-arti fit-titjib tas-saħħa u l-benesseri? , WHO, 2019

(41)

  Roma u Travellers f’sitt pajjiżi , FRA, 2020

(42)

  Skema ta’ frott, ħaxix u ħalib għall-iskejjel , il-Kummissjoni Ewropea

(43)

  Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfulija (2014-2020) , il-Kummissjoni Ewropea

(44)

  Eur-Lex checked , COM(2020) 381 final

(45)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim 2018/C 466/01

(46)

  Portal tal-Aħjar Prattika, Saħħa Pubblika , il-Kummissjoni Ewropea

(47)

  Kooperazzjoni politika Ewropea (qafas ET 2020) , Edukazzjoni u Taħriġ, Kummissjoni Ewropea

(48)

  L-objettivi ta’ Barċellona dwar l-iżvilupp ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal għat-tfal żgħar bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri li jaħdmu u jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklużiv fl-Ewropa (l-“objettivi ta’ Barċellona”) , il-Kummissjoni Ewropea, 2018

(49)

  Data ewlenija dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fl-Ewropa - Edizzjoni tal-2019 , Eurydice, 2019

(50)

  Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija ta’ Ugwaljanza bejn is-Sessi 2020-2025 (COM/2020/152 final)

(51)

  Dokument analitiku li jakkumpanja l-qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom SWD (2020) 530 final, Anness 2 – Linji bażi għall-indikaturi ewlenin tal-UE , il-Kummissjoni Ewropea

(52)

Riżultati PISA 2018 What School Life Means for Students’ Lives , OECD. Medja madwar il-pajjiżi tal-OECD.

(53)

  Sett ta’ għodod għall-inklużjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal , il-Kummissjoni Ewropea, 2020

(54)

  Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 COM(2020)758 final

(55)

  Global status report on preventing violence against children , UNICEF/WHO, 2020

(56)

  One in Five campaign , il-Kunsill tal-Ewropa

(57)

  It-tielet rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (2020) kif meħtieġ skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu , COM(2020) 661 final SWD(2020) 226 final 

(58)

  Female Genital mutilation/cutting: a global concern , UNICEF, 2016

(59)

  FGM in Europe . End FGM

(60)

 persuni intersesswali: li jitwieldu b’karatteristiċi sesswali li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tipika ta’ rġiel jew nisa, Strateġija għall-Ugwaljanza tal-LGBTIQ

(61)

  A long way to way for LGBTI equality , FRA, 2020

(62)

  Komunikazzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal Migranti , COM(2017) 211 final

(63)

  Protect the rights of children of foreign fighters stranded in Syria and Iraq , UNICEF, 2019

(64)

  Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti , op. cit.

(65)

Programm ta’ Ċittadinanza, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri (2021-2027), Unjoni Ewropea

(66)

  Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal , COM(2020)607

(67)

  Barnahus  

(68)

  Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riżerva tal-firxa ta’ numri nazzjonali li jibdew bil-116 għal numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali, (2007/116/KE), sussegwentement emendata, u d-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi , 2018/1972(UE), l-Artikolu 96 - Hotlines għal tfal neqsin u helpline għat-tfal

(69)

  Rapporti dwar it-tfal u l-ġustizzja , FRA

(70)

  Linji Gwida tal-ġustizzja favur it-tfal , Kunsill tal-Ewropa

(71)

  It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE , ġustizzja adattata għat-tfal

(72)

 Dan jinkludi r-rispett tad-dritt tat-tfal li jżommu kuntatt, fejn xieraq, mal-ġenituri jew ma’ qraba oħra, f’konformità mal-Artikolu 9 tal-UNCRC.

(73)

L-Ażil u l-applikant għal asil għall-ewwel darba skont iċ-ċittadinanza, [ migr_asyappctza ], Eurostat, 2020

(74)

  L-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020–2025) , (COM (2020) 258 final)

(75)

  UN Global Study on Children Deprived of Liberty , Manfred Nowak, 2019

(76)

  Direttiva dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali ; 2016/800/UE

(77)

  Strateġija Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju għall-2021-2024 COM (2020) 713 final

(78)

  In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju  

(79)

 Il- portal tal-Ġustizzja elettronika , il-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju 

(80)

Għandha tiġi adottata lejn l-aħħar ta’ Ġunju/il-bidu ta’ Lulju 2021

(81)

  Rakkomandazzjoni dwar tfal b’ġenituri fil-ħabs , Kunsill tal-Ewropa, CM/Rec(2018)5

(82)

  Netwerk Ewropew tal-Kustodja  

(83)

L-Ewropa tagħna. Id-drittijiet Tagħna. Il-Futur Tagħna.” , op. cit. 

(84)

  A long way to go for LGBTI equality, FRA, 2020.

(85)

  It-Tielet Rapport dwar il-progress li sar kontra t-traffikar tal-bnedmin COM (2020) 661 final u SWD (2020) 226 final; L-isfidi tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-era diġitali , Europol, 2020

(86)

  Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal , op. cit.

(87)

  Kif il-familji ttrattaw skejjel remoti ta’ emerġenza matul il-lockdown tal-COVID-19 fir-rebbiegħa tal 2020 , 2020, JRC

(88)

Eurostat. Stħarriġ dwar l-użu tal-ICT fl-unitajiet domestiċi u minn individwi [ isoc_i, ci_in_h ], 2019

(89)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-Approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” , COM(2021) 118 final

(90)

  Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija , 2011/93/UE; Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija , 2008/913/ĠAI ; Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midia Awdjoviżiva , 2018/1808/UE ; Ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data , 2016/679/UE ; Id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali , 2005/29/EC ; Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew , COM(2018)236; Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal , COM(2012)196.

(91)

  Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (Att dwar is-Servizzi Diġitali) , COM/2020/825 final)

(92)

Il-kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni jinkludi sett ta’ impenji li l-pjattaformi online ewlenin u l-organizzazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw l-industrija tar-reklami u dawk li jirreklamaw iffirmaw biex jillimitaw l-impatt tad-diżinformazzjoni online. Il-firmatarji tal-Kodiċi se jintalbu jsaħħu l-Kodiċi wara Gwida li l-Kummissjoni se toħroġ fir-Rebbiegħa tal-2021.

(93)

  Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali , COM(2020)624

(94)

  Kumment Ġenerali Nru 25 (2021) dwar id-Drittijiet tat-Tfal b’rabta mal-ambjent diġitali , Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal

(95)

  Il-Wegħda taż-Żagħżagħ għal Internet Aħjar

(96)

Sejħa għal Azzjoni għaż-Żgħażagħ

(97)

  Internet Aħjar għat-Tfal

(98)

Imħabbra fil- Komunikazzjoni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, COM(2020) 625 final

(99)

  Il-Programm Erasmus+

(100)

  Abbozz ta’ Gwida Politika dwar l-IA għat-Tfal , UNICEF, 2020

(101)

Nibnu fuq il-proposta li jmiss ta’ sett ta’ prinċipji diġitali kif imħabbar fil-Komunikazzjoni “Deċennju Diġitali”

(102)

Standards Ewropej Armonizzati, Accessibility requirement for ICT products and services , ETSI, 2018

(103)

  Id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi , 2019/882/UE

(104)

  Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali 2.0 , iċ-Ċentru tax-Xjenza tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea

(105)

  Tfal milquta minn kunflitt armat, 1990-2019 , Peace Research Institute Oslo, Conflict trends, 2020

(106)

  Netwerk Interaġenziji għall-Edukazzjoni f’Emerġenzi , 2020

(107)

  Tfal: titjib fis-sopravvivenza u l-benessri , l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2019

(108)

  Taqsira tal-Politika: Edukazzjoni matul il-COVID-19 u lil hinn , in-Nazzjonijiet Uniti, Awwissu 2020

(109)

 Il-Komunikazzjoni konġunta dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (JOIN/2020/5 final)

(110)

  Linji gwida dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal , 2017

(111)

  Linji Gwida tal-UE dwar it-tfal f’konflitti armati , 2008

(112)

  Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-azzjoni esterna (2021-2025)

(113)

  Sett ta’ għodod għad-Drittijiet tat-Tfal. L-integrazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

(114)

  Stimi globali tat-tħaddim tat-tfal , Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, 2017

(115)

Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol  

(116)

  Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 , op.cit.

(117)

Ara l-Anness 2

(118)

  Orizzont Ewropa

(119)

  Grupp informali ta’ esperti dwar id-drittijiet tat-tfal , Kummissjoni Ewropea

(120)

  Komunikazzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal Migranti , COM(2017) 211 final; Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 20202025 , COM/2020/152 final; Komunikazzjoni dwar qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni , COM/2020/620 final u r- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjonion tar-Rom (2021/C 93/01); Komunikazzjoni dwar Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 , COM/2020/698 final , Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 , COM(2020)758 final, u Strateġija dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità; Komunikazzjoni dwar Pjan tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025 COM/2020/565 finali,   u l-istrateġija li jmiss dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu, ippjanata għall-2021; Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 Responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom , COM/2020/730 final, Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (2020-2025) , COM(2020)258, Strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal , COM(2020)607

(121)

Ir- Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar L-Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE); Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ; Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali , COM(2021) 102 final; Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal, COM(2021)137; Il-Komunikazzjoni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni COM(2020)625 final; kif ukoll Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali , COM(2020)624

(122)

  l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 ,  JOIN(2020) 5 final.

(123)

  Strateġija makroreġjonali , Kummissjoni Ewropea

(124)

  Il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal , osservazzjonijiet konklużivi

(125)

  Il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità , osservazzjonijiet konklużivi


Brussell, 24.3.2021

COM(2021) 142 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal































Id-Drittijiet tat-Tfal - oqfsa tal-UE u internazzjonali

Dan l-Anness jippreżenta fid-dettall id-drittijiet rilevanti stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni tal-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-għanijiet u l-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU protetti u promossi minn partijiet differenti tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1

Konvenzjoni tal-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal 2

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (Sustainable Development Goals, SDGs) tan-NU għall-2030 

Introduzzjoni

L-Artikolu 24: Id-drittijiet tat-tfal

L-Artikolu 24.2: L-aħjar interessi tat-tfal

L-Artikolu 24.1.1: Dritt tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura

L-Artikolu 20: Ugwaljanza f’għajnejn il-liġi

L-Artikolu 21: Nondiskriminazzjoni

L-Artikolu 23: Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

L-Artikolu 26: Integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà

L-Artikolu 2: Dritt għall-ħajja

L-Artikolu 1: Definizzjoni tat-tfal

Prinċipji ġenerali:

·L-Artikolu 2: Nondiskriminazzjoni

·L-Artikolu 3: L-aħjar interessi tat-tfal

·L-Artikolu 6: Dritt għall-ħajja, is-sopravivenza u l-iżvilupp

L-Artikolu 23: Tfal b’diżabbiltà u miżuri meħuda biex jiġu żgurati d-dinjità, l-awtodipendenza u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-komunità permezz ta’ aċċess għal kull tip ta’ servizz, trasport u istituzzjoni, u b’mod partikolari għall-edukazzjoni u l-attivitajiet kulturali

L-Artikolu 7 UNCRPD: Tfal b’diżabilità

L-Artikolu 30: Tfal li jappartjenu għal grupp indiġenu jew ta’ minoranza;

Miżuri ġenerali ta’ implimentazzjoni

·L-Artikolu 4: Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

·L-Artikolu 4: Kooperazzjoni internazzjonali

·L-Artikolu 44.6: Ir-Rapporti tal-UNCRC issiru disponibbli għall-pubbliku

SDG 10: Titnaqqas l-inugwaljanza

Mira 10.3: Jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u jitnaqqsu l-inugwaljanzi tal-eżiti, inkluż billi jiġu eliminati liġijiet, politiki u prattiki diskriminatorji u jiġu promossi l-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-miżuri xierqa f’dan ir-rigward

Mira 10.2: Tingħata s-setgħa u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika għal kulħadd, irrispettivament mill-età, is-sess, id-diżabilità, ir-razza, l-etniċità, l-oriġini, ir-reliġjon jew l-istat ekonomiku jew stat ieħor

SDG 5: Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Mira 5.1: Tintemm kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet kollha kullimkien

Mira 5.c: Jiġi adottati u jissaħħu politiki sodi u leġiżlazzjoni infurzabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha fil-livelli kollha

SDG 17: Sħubijiet biex jintlaħqu l-Għanijiet

Mira 17.2. Jiġu implimentati l-impenji kollha tal-għajnuna għall-iżvilupp

Mira 17.3. Jiġu mmobilizzati r-riżorsi finanzjarji għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Parteċipazzjoni tat-tfal fil-ħajja politika u demokratika

L-Artikolu 24.1: Dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom

L-Artikolu 10: Libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon

L-Artikolu 12: Libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni

L-Artikolu 22: Diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika

L-Artikolu 12: Rispett għall-fehmiet tat-tfal

L-Artikolu 7.3 UNCRPD: Dritt tat-tfal b’diżabilità li jesprimi l-fehmiet tagħhom

L-Artikolu 13: Libertà tal-espressjoni u d-dritt li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni

L-Artikolu 14: Libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon

L-Artikolu 15: Libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika

L-Artikolu 42: Għarfien tad-drittijiet

SDG 16: Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom

Mira 16.7: Jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet responsiv, inklużiv, parteċipattiv u rappreżentattiv fil-livelli kollha

Mira 16.10: Jiġi żġurat aċċess għal informazzjoni (...), f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali

SDG 4: Edukazzjoni ta’ Kwalità

Mira 4.7: Jiġi żgurat li l-istudenti kollha jiksbu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, inkluż, fost l-oħrajn, permezz tal-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u l-istili ta’ ħajja sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-promozzjoni ta’ kultura ta’ paċi u mingħajr vjolenza, iċ-ċittadinanza globali u l-apprezzament tad-diversità kulturali u tal-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli

Inklużjoni soċjoekonomika

L-Artikolu 7: Rispett għall-ħajja privata u tal-familja

L-Artikolu 9: Dritt għaż-żwieġ u dritt għat-twaqqif ta’ familja (b’rabta mal-ġenituri tagħhom)

L-Artikolu 24.3: Dritt tat-tfal li jżommu relazzjoni personali fuq bażi regolari u kuntatt dirett mal-ġenituri

L-Artikolu 33: Protezzjoni tal-ħajja familjari u professjonali

L-Artikolu 34: Sigurtà soċjali u assistenza soċjali

L-Artikolu 32: Protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol

L-Artikolu 36: Aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

L-Artikolu 38: Protezzjoni tal-konsumaturi

L-Artikolu 5: Ambjent tal-familja u gwida tal-ġenituri b’mod konsistenti mal-kapaċitajiet li jevolvu tat-tfal

L-Artikolu 18: Responsabbiltajiet komuni tal-ġenituri, assistenza lill-ġenituri u għoti ta’ servizzi għall-indukrar tat-tfal

L-Artikolu 23 UNCRPD - Rispett għad-dar u l-familja

L-Artikolu 26 u l-Artikolu 18.3: Sigurtà soċjali u faċilitajiet u servizzi għall-indukrar tat-tfal

L-Artikolu 27.1-3: Livell ta’ għajxien u miżuri meħuda, inklużi assistenza materjali u programmi ta’ appoġġ fir-rigward tan-nutrizzjoni, l-ilbies u l-akkomodazzjoni, biex jiġi żgurat l-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal u biex jitnaqqsu l-faqar u l-inugwaljanza

u t-tfal f’sitwazzjonijiet tat-triq;

SDG 1: Jintemm il-faqar

Mira 1.1: Jinqered il-faqar estrem għal kulħadd kullimkien, bħalissa mkejjel bħala persuni li jgħixu fuq anqas minn $1.25 kull jum

Mira 1.2: Jitnaqqas mill-anqas bin-nofs il-proporzjon ta’ rġiel, nisa u tfal ta’ kull età li qed jgħixu fil-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu skont definizzjonijiet nazzjonali

Mira 1.3: Jiġu implimentati sistemi u miżuri ta’ protezzjoni soċjali, adegwati skont il-pajjiż għal kulħadd, inklużi bażijiet, u sal-2030 tinkiseb kopertura sostanzjali tal-fqar u l-persuni vulnerabbli

Mira 1.5: Tinbena r-reżiljenza tal-fqar u dawk li jinsabu f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u jitnaqqsu l-espożizzjoni u l-vulnerabbiltà tagħhom għal avvenimenti estremi relatati mal-klima u xokkijiet u diżastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali oħra.

SDG 7: Enerġija

Mira 7.1: Jiġi żgurat aċċess universali għal servizzi tal-enerġija affordabbli, affidabbli u moderni

SDG 11: Bliet sostenibbli

Mira 11.1: Jiġi żgurat aċċess għal kulħadd għal akkomodazzjoni u servizzi bażiċi adegwati, sikuri u affordabbli u jiġu mtejba l-kwartieri foqra

Mira 11.2: Jiġi provdut aċċess għal sistemi tat-trasport sikuri, affordabbli, aċċessibbli u sostenibbli għal kulħadd, filwaqt li tiġi mtejba s-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari billi jespandu t-trasport pubbliku b’attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta’ dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, (...) tfal (...)

Mira 11.7: Sal-2030, jiġi provdut aċċess universali għal spazji sikuri, inklużivi u aċċessibbli, ekoloġiċi u pubbliċi, b’mod partikolari għan-nisa u t-tfal (...).

Mira 8.b: Sal-2020, tiġi żviluppata u titħaddem strateġija globali għall-impjieg taż-żgħażagħ

Saħħa

L-Artikolu 3: Dritt għall-integrità tal-persuna

L-Artikolu 35: Kura tas-saħħa

L-Artikolu 37: Ħarsien tal-ambjent

L-Artikolu 6.2: Sopravivenza u żvilupp

L-Artikolu 24: Saħħa u servizz tas-saħħa, b’mod partikolari l-kura tas-saħħa primarja

L-Artikolu 33: Sforzi biex jiġu indirizzati l-aktar sfidi tas-saħħa prevalenti, biex jiġu promossi s-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tat-tfal u biex jiġi evitat u indirizzat il-mard li jittieħed u li ma jitteħidx;

L-Artikolu 33: Drittijiet tas-saħħa riproduttiva tal-adolexxenti u miżuri għall-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa;

L-Artikolu 33: Miżuri għall-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż ta’ sustanzi

 

SDG 2: Jintemm il-ġuħ

Mira 2.1: Jintemm il-ġuħ u jiġi żgurat aċċess għall-ikel sikur, nutrittiv u suffiċjenti matul is-sena kollha għal kulħadd, b’mod partikolari l-foqra u l-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi t-trabi

Mira 2.2: Jintemmu l-forom kollha ta’ malnutrizzjoni, inkluż li sal-2025 jinkisbu l-miri miftehma fuq livell internazzjonali dwar in-nuqqas ta’ żvilupp u l-irquqija żejda tat-tfal taħt il-5 snin, u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet nutrizzjonali tat-tfajliet adolexxenti u tan-nisa tqal u li jreddgħu.

SDG 3: Ħajja b’saħħitha

Mira 3.1: Jitnaqqas il-proporzjon tal-mortalità materna għal anqas minn 70 għal kull 100,000 twelid ħaj

Mira 3.2: Jintemmu l-imwiet li jistgħu jiġu evitati ta’ trabi u tfal taħt il-5 snin, bil-pajjiżi kollha jimmiraw li jnaqqsu l-mortalità tat-trabi tat-twelid għal mill-anqas 12 għal kull 1,000 twelid ħaj u mortalità ta’ tfal taħt il-5 snin għal mill-inqas 25 għal kull 1,000 twelid ħaj

Mira 3.7: Jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż għall-ippjanar tal-familja, l-informazzjoni u l-edukazzjoni u l-integrazzjoni tas-saħħa riproduttiva fl-istrateġiji u l-programmi nazzjonali

Mira 3.8: Jinkisbu kopertura tas-saħħa universali (...), aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa essenzjali ta’ kwalità u aċċess għal mediċini u tilqim essenzjali sikuri, effettivi, ta’ kwalità u affordabbli għal kulħadd

SDG 5: Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Mira 5.6: Jiġi żgurat aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet riproduttivi kif maqbul f’konformità mal-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing u d-dokument ta’ eżitu tal-konferenzi ta’ rieżami tagħhom.

SDG 6: Ilma u faċilitajiet sanitarji

Mira 6.1: Jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd

Mira 6.2: Jinkiseb aċċess għal faċilitajiet sanitarji u ta’ iġjene adegwati u ugwali għal kulħadd u jintemm l-ipporgar fil-beraħ, b’attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tan-nisa u l-bniet u dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli

Mira 6.b: Tiġi appoġġata u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali fit-titjib tal-ġestjoni tal-ilma u s-sanità

SDG 13: Tibdil fil-klima

Mira 13.3: Jittejbu l-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċitajiet umani u istituzzjonali rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għalih, it-tnaqqis tal-impatt tiegħu u t-twissija bikrija

Mira 13.b: Jiġu promossi mekkaniżmi biex tiżdied il-kapaċità għall-ippjanar u l-ġestjoni effettivi ta’ kwistjonijiet marbuta mat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, inkluż b’enfasi fuq in-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet lokali u emarġinati

Edukazzjoni

L-Artikolu 14: Dritt għall-edukazzjoni

L-Artikolu 28: Id-dritt għall-edukazzjoni, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u l-gwida

L-Artikolu 29: L-għanijiet tal-edukazzjoni b’referenza wkoll għall-kwalità tal-edukazzjoni;

L-Artikolu 30: Drittijiet kulturali tat-tfal li jappartjenu għal gruppi indiġeni u ta’ minoranza

Edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-edukazzjoni ċivika;

L-Artikolu 24 UNCRPD: Edukazzjoni

L-Artikolu 31: Mistrieħ, logħob, divertiment, rikreazzjoni u attivitajiet kulturali u artistiċi

SDG 4: Edukazzjoni ta’ kwalità

Mira 4.1: Jiġi żgurat li l-bniet u s-subien kollha jlestu l-edukazzjoni primarja u sekondarja bla ħlas, ġusti u ta’ kwalità li jwasslu għal eżiti tat-tagħlim rilevanti u effettivi

Mira 4.2: Jiġi żgurat li l-bniet u s-subien kollha jkollhom aċċess għal żvilupp, kura u edukazzjoni preprimarja ta’ kwalità fil-bidu tat-tfulija sabiex ikunu lesti għall-edukazzjoni primarja

Mira 4.4: Jiżdied b’mod sostanzjali l-għadd ta' żgħażagħ u adulti li jkollhom ħiliet rilevanti, inklużi ħiliet tekniċi u vokazzjonali, għall-impjieg, impjiegi deċenti u l-intraprenditorija

Mira 4.5: Tiġi eliminata l-inugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u jiġi żgurat aċċess ugwali għal-livelli kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal dawk vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, il-popli indiġeni u t-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli

Mira 4.6: Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha (...) jiksbu livell ta’ litteriżmu u numeriżmu

 

Mira 4.a: Jinbnew u jittejbu l-faċilitajiet edukattivi li jqisu s-sitwazzjoni tat-tfal, tal-persuni b’diżabbiltà kif ukoll kwistjonijiet ta’ ġeneru u li jipprovdu ambjent ta’ tagħlim sikur, mhux vjolenti, inklużiv u effettiv għal kulħadd.

SDG 8: Tkabbir ekonomiku u xogħol deċenti

Mira 8.5: Jinkisbu impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għan-nisa u l-irġiel kollha, inkluż għaż-żgħażagħ u għall-persuni b’diżabilità, u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali

Mira 8.6: Sal-2020, jitnaqqas b’mod sostanzjali l-proporzjon ta’ żgħażagħ barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ

Ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal u l-protezzjoni tat-tfal

L-Artikolu 1: Dinjità tal-bniedem

L-Artikolu 3: Dritt għall-integrità tal-persuna

L-Artikolu 24.1: Dritt tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura

L-Artikolu 4: Projbizzjoni tat-tortura jew il-pieni jew t-trattament inuman jew degradanti

L-Artikolu 5: Projbizzjoni tal-iskjavitù u x-xogħol sfurzat

L-Artikolu 32.1: Projbizzjoni tal-impjieg tat-tfal

L-Artikolu 19: Abbuż u negliġenza

L-Artikolu 9: Separazzjoni mill-ġenituri

L-Artikolu 20: Tfal imċaħħda minn ambjent familjari

L-Artikolu 25: Rieżami perjodiku ta’ tqegħid ta’ minuri

L-Artikolu 24.3: Miżuri li jipprojbixxu u jeliminaw kull

forma ta’ prattiki dannużi, inklużi, iżda mhux limitati għal, mutilazzjoni ġenitali femminili u żwieġ prekoċi u sfurzat

L-Artikolu 34: Sfruttament sesswali u abbuż sesswali

L-Artikolu 37.a u l-Artikolu 28.2: Id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal tortura, jew trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, inkluż kastig korporali

L-Artikolu 39: Miżuri għall-promozzjoni tal-irkupru fiżiku u psikoloġiku u riintegrazzjoni soċjali tal-vittmi tfal

Id-disponibbiltà tal-helplines għat-tfal

L-Artikolu 22: Tfal barra mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom li qed ifittxu protezzjoni tar-refuġjati, tfal mhux akkumpanjati li qed ifittxu l-ażil, tfal spostati f’pajjiżhom, tfal migranti u tfal affettwati mill-migrazzjoni;

Tfal f’sitwazzjonijiet ta’ sfruttament, inklużi miżuri għall-irkupru fiżiku u psikoloġiku u r-riintegrazzjoni soċjali tagħhom:

·L-Artikolu 32: Sfruttament ekonomiku, inkluż l-impjieg tat-tfal b’referenza speċifika għall-etajiet minimi applikabbli;

·L-Artikolu 33: Użu tat-tfal fil-produzzjoni illeċita u t-traffikar ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

·L-Artikolu 34: Sfruttament sesswali u abbuż sesswali

·L-Artikolu 35: Bejgħ, traffikar u ħtif

·L-Artikolu 36: Forom oħra ta’ sfruttament

·Vittmi tfal u xhieda tfal ta’ reati:

L-Artikolu 39: Irkupru fiżiku u psikoloġiku u riintegrazzjoni soċjali

- L-attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati għall-professjonisti kollha involuti (...) fil-qasam tal-ġustizzja tal-minorenni, inklużi l-Linji Gwida dwar il-Ġustizzja fi Materji li jinvolvu l-Vittmi Tfal u x-Xhieda Tfal ta’ Reati

·L-Artikolu 38: Tfal f’kunflitti armati

Segwitu għall-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRC I u II dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal u l-involviment tat-tfal f’kunflitti armati

L-Artikolu 16 UNCRPD: Libertà mill-isfruttament, l-vjolenza u l-abbuż

SDG 16: Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom

Mira 16.2: Jintemm l-abbuż, l-isfruttament, it-traffikar u kull forma ta’ vjolenza kontra t-tfal u t-tortura tagħhom

SDG 5: Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Mira 5.2: Tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata, inkluż it-traffikar u l-isfruttament sesswali u tipi oħra ta’ sfruttament

Mira 5.3: Jiġu eliminati l-prattiki dannużi kollha, bħaż-żwieġ tat-tfal, dak prekoċi u sfurzat u l-mutilazzjoni ġenitali femminili

Mira 8.7: Jittieħdu miżuri immedjati u effettivi biex jinqered ix-xogħol sfurzat, jintemmu l-iskjavitù moderna u t-traffikar tal-bnedmin u jiġu żgurati l-projbizzjoni u l-eliminazzjoni tal-agħar forom ta’ impjieg tat-tfal, inkluż ir-reklutaġġ u l-użu ta’ suldati tfal, u sal-2025 jintemm l-impjieg tat-tfal fil-forom kollha tiegħu

Ġustizzja adattata għat-tfal

L-Artikolu 24.1.2: Dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom

L-Artikolu 24.3:  Dritt tat-tfal li jżommu relazzjoni personali fuq bażi regolari u kuntatt dirett mal-ġenituri

L-Artikolu 6: Dritt għal-libertà u għas-sigurtà

L-Artikolu 18: Dritt għall-ażil

L-Artikolu 19: Protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni

L-Artikolu 43: Ombudsman Ewropew

L-Artikolu 45: Libertà ta’ moviment u ta’ residenza

L-Artikolu 46: Protezzjoni diplomatika u konsulari

L-Artikolu 47: Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali

L-Artikolu 48: Preżunzjoni ta’ innoċenza u dritt għad-difiża

L-Artikolu 49: Prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati u ta’ pieni

L-Artikolu 7: Reġistrazzjoni tat-twelid, isem u nazzjonalità

L-Artikolu 8: Preservazzjoni tal-identità

L-Artikolu 9: Separazzjoni mill-ġenituri

L-Artikolu 10: Riunifikazzjoni tal-familja

L-Artikolu 11: Trasferiment u nuqqas ta’ ritorn illeċitu;

Miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal b’ġenituri fil-ħabs u t-tfal li jgħixu fil-ħabs ma’ ommhom.

L-Artikolu 27.4: Irkupru tal-manteniment għat-tfal

L-Artikolu 21: Adozzjoni (nazzjonali u bejn pajjiż u ieħor)

L-Artikolu 23 UNCRPD - Rispett għad-dar u l-familja

Tfal f’kunflitt mal-liġi, vittmi tfal u xhieda ta’ reati u ġustizzja għall-minorenni:

·L-Artikolu 40: L-amministrazzjoni tal-ġustizzja għall-minorenni, l-eżistenza ta’ qrati speċjalizzati u separati u l-età minima applikabbli għar-responsabbiltà kriminali

·L-Artikolu 37.b-d: Tfal imċaħħda mil-libertà tagħhom u miżuri biex jiġi żgurat li kwalunkwe arrest, detenzjoni jew priġunerija ta’ tfal għandu jintuża bħala miżura tal-aħħar istanza u għall-iqsar ammont ta’ żmien u li l-assistenza legali u kull assistenza oħra jiġu pprovduti fil-pront

·L-Artikolu 37.a: L-ikkundannar tat-tfal, b’mod partikolari l-projbizzjoni tal-piena kapitali u l-għomor il-ħabs u l-eżistenza ta’ sanzjonijiet alternattivi bbażati fuq approċċ restorattiv

·L-Artikolu 39: Irkupru fiżiku u psikoloġiku u riintegrazzjoni soċjali

SDG 16: Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom

Mira 16.3: Jiġi promoss l-istat tad-dritt fil-livelli nazzjonali u internazzjonali u jiġi żgurat aċċess ugwali għall-ġustizzja għal kulħadd

Mira 16.9: Tingħata identità legali lil kulħadd, inkluż ir-reġistrazzjoni tat-twelid

Mira 16.10: (...) Jiġu protetti l-libertajiet fundamentali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali

SDG 10: Titnaqqas l-inugwaljanza

10.7 Jiġu ffaċilitati l-migrazzjoni u l-mobbiltà tan-nies b’mod sikur, bl-ordni, regolari u responsabbli, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki dwar il-migrazzjoni ppjanati u ġestiti tajjeb.

Soċjetà Diġitali u tal-Informazzjoni

L-Artikolu 8: Protezzjoni tad-data personali

L-Artikolu 11: Libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni

L-Artikolu 16: Protezzjoni tal-privatezza u protezzjoni tal-immaġni

L-Artikolu 17: Aċċess għal informazzjoni minn varjetà ta’ sorsi u protezzjoni minn materjal ta’ ħsara għall-benesseri tat-tfal

SDG 9: Infrastruttura reżiljenti/innovazzjoni

Mira 9.c: Jiżdied b’mod sinifikanti l-aċċess għall-ICT u jsir kull sforz biex jingħata aċċess universali u affordabbli għall-Internet fil-pajjiżi l-anqas żviluppati sal-2020

Dimensjoni globali

Id-drittijiet imsemmija hawn stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Konvenzjoni tal-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-għanijiet u l-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU huma rilevanti wkoll għall-azzjonijiet kollha inklużi fit-taqsima dwar id-dimensjoni globali tal-istrateġija.

(1)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tapplika għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni Ewropea.

(2)

 L-UE hija parti mill-Konvenzjoni tal-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD). L-Artikoli rilevanti ta’ din il-Konvenzjoni huma wkoll imsemmija f’din il-kolonna


Brussell, 24.3.2021

COM(2021) 142 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal


Acquis u dokumenti ta’ politika tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal

Dan id-dokument jelenka l-istrumenti legali u ta’ politika tal-UE l-aktar rilevanti 1 għad-drittijiet tat-tfal.

Huma organizzati skont it-taqsimiet tematiċi tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal.

L-istrumenti legali u ta’ politika kollha huma hyperlinked

Liġi primarja

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (2012/C326/01) – b’mod partikolari l-Artikoli 3.3 u 3.5

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea   (2012/C 326/01)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (2012/C 326/02) – b’mod partikolari l-Artikolu 24 dwar id-drittijiet tat-tfal kif ukoll l-Artikolu 7 dwar id-dritt għall-ħajja tal-familja; l-Artikolu 14 dwar id-dritt għall-edukazzjoni, l-Artikolu 32 dwar il-projbizzjoni tal-impjieg ta’ tfal u l-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol u l-Artikolu 33 dwar il-ħajja tal-familja u professjonali

Dokumenti ta’ politika dwar id-drittijiet tat-tfal

Il-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019–2024: “Unjoni li tirsisti għal aktar. L-aġenda tiegħi għall-Ewropa” mill-President Ursula von der Leyen, Lulju 2019

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, (2019/2876(RSP))

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal  (2021/2523(RSP))

Strateġiji preċedenti dwar id-drittijiet tat-tfal

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM/2006/367 Final)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal (KUMM/2011/60 finali)      

Strumenti orizzontali, inklużi dawk li għandhom impatt fuq gruppi differenti ta’ tfal

·Inklużjoni soċjali

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/761/UE)

·Oriġini razzjali jew etnika, inklużi r-Rom

Id-Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità  (2000/43/KE) 

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (2008/913/ĠAI)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza:  Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025 COM(2020)565 final  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Unjoni ta’ Ugwaljanza:  Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni  (COM(2020)620 final)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom  (2021/C 93/01)

Diżabbiltajiet

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà  (2010/48/KE)

Id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (2019/882/UE)

Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030 (COM(2021) 101 final)

·LGBTIQ

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza:  Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 (COM/2020/698 final)  

·Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza:   Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025 (COM/2020/152 final)  

·Protezzjoni u integrazzjoni tal-migranti

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (COM/2017/211 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (COM/2020/758 final)

·Żgħażagħ

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ:  L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C456/01)  



1.Parteċipazzjoni fil-ħajja politika u demokratika: UE li tagħti s-setgħa lit-tfal biex ikunu ċittadini attivi u membri ta’ soċjetajiet demokratiċi

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt. Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (COM/2020/580 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-Demokrazija (COM/2020/790 final)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE (COM/2020/711 final)  



2.Inklużjoni soċjoekonomika, saħħa u edukazzjoni: UE li tiġġieled il-faqar fost it-tfal, tippromwovi soċjetajiet u sistemi tas-saħħa u tal-edukazzjoni inklużivi u adattati għat-tfal.

2.1. Inklużjoni soċjali

2.1.1.Strumenti orizzontali

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM/2017/250 final)  

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/761/UE)  

Il-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021) 102 final)

2.1.2. Ħajja tal-familja

Id-Direttiva tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (92/85/KE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kura tat-tfal (92/241/KEE)

Id-Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE   (2010/18/UE)

Id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (2019/1158/UE)

2.1.3.Żgħażagħ fuq ix-xogħol

Id-Direttiva dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (94/33/KE)

Id-Direttiva li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali  (2009/52/KE)

Id-Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż fil-21 ta’ Mejju 2012 bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (2017/159/UE)

2.2.Edukazzjoni

2.2.1.Edukazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (2011/C191/01)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja (2018/C 189/01)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (2018/C 195/01)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (2019/C 189/03)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, (COM/2020/625 final)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (2021/C 66/01)

2.2.2.Edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Kura u l-Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal:  Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada (COM/2011/66 final)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal (2019/C189/02)

2.2.3.Divertiment

Id-Direttiva dwar is-sikurezza tal-ġugarelli  (2009/48/KE)

2.3.Akkomodazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku (2020/1563/UE)

2.4.Saħħa

2.4.1.Mard u prevenzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim   (2018/C 466/01)

Il-Komunikazzjoni dwar Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, (COM(2021) 44 final)

Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa  (COM(2020) 761 final)

2.4.2.Nutrizzjoni  

Id-Direttiva tal-Kummissjoni dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (2006/125/KE)

Ir-Regolament dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel  (1924/2006/KE)

Ir-Regolament dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1169/2011/UE)

Ir-Regolament dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż (609/2013/KE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli   (1308/2013/UE)

Ir-Regolament li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1370/2013/UE)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfal 2014-2020  

Ir-Regolament tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livelli massimi ta’ alkalojdi tropaniċi f’ċertu ikel b’bażi ta’ ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar (2016/239/UE)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (2017/39/UE)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi  (2017/40/UE)

Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 381 final)

2.4.3.Alkoħol, Tabakk u Drogi

Id-Direttiva dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk  (2003/33/KE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u l-inizjattivi għat-titjib tal-kontroll tat-tabakk  (2003/54/KE)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol (KUMM/2006/625 finali)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip  (2009/C 296/02)

Id-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati   (2014/40/UE)

Id-Deċiżjoni  ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters  (2016/575/UE)

2.4.4.Konsumaturi / sikurezza

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (2001/95/KE)

Id-Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (2005/29/KE)

Ir-Regolament dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku (1901/2006/KE)

Ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (78/2009/KE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament Nru 78/2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq  (631/2009/KE)

Ir-Regolament dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom  (661/2009/KE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED)  (2012/143/UE)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi  (2014/37/UE)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta’ sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal (2014/358/UE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn (2014/478/UE)  

2.4.5.Ambjent

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew  (COM(2019) 640 final)


3.Niġġieldu l-vjolenza kontra t-tfal u niżguraw il-protezzjoni tat-tfal: UE li tgħin lit-tfal jikbru mingħajr vjolenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’116 għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali (2007/116/KE),  sussegwentement emendata u d- Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi  (2018/1972/UE)

Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija  (2011/93/UE)

Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (2011/36/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016 (COM/2012/0286 final)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (COM/2013/833 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Rappurtar dwar is-segwitu tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Eradikazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u identifikazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti oħra (COM/2017/728 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM/2020/605 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (COM/2020/607 final)



4.Ġustizzja adattata għat-tfal: UE fejn is-sistema ġudizzjarja tirrispetta d-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal

4.1. Sistemi ġudizzjarji

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Niżguraw il-ġustizzja fl-UE - strateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024 (COM/2020/713 final)

4.2.Dritt Ċivili

4.2.1.Responsabilità tal-ġenituri

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri, f’isem il-Komunità Ewropea, jiffirmaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal  (2003/93/KE)

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri (2201/2003/KE)  

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, fl-interess tal-Komunità Ewropea, Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi Komunitarja (2008/431/KE)

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri (2019/1111/UE)

4.2.2.Obbligi ta’ manteniment

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (4/2009/KE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja  (2011/432/UE)

4.2.3.Strumenti oħra tad-dritt ċivili

Ir-Regolament dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni u r-rettifika tad-dati ta’ traspożizzjoni  (650/2012/UE)

Id-Direttiva dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali  (2008/52/KE)

Ir-Regolament dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012  (2016/1191/UE)

4.3. Ġustizzja kriminali

4.3.1.Ġustizzja għall-minorenni

Id-Direttiva dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali  (2016/800/UE)

4.3.2.Drittijiet tal-vittmi

Id-Direttiva li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (2012/29/UE)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025) (COM/2020/258 final)

4.3.3.Leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea  (2008/909/ĠAI)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali  (2009/315/ĠAI)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI  (2009/316/ĠAI)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja  (2009/829/ĠAI)

Id-Direttiva dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (2011/99/UE)

Id-Direttiva dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali  (2012/13/UE)

Id-Direttiva dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (2013/48/UE)

Id-Direttiva dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali  (2016/343/UE)

Id-Direttiva dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew  (2016/1919/UE)

4.4. Moviment liberu

Id-Direttiva dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (2004/38/KE)  

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (COM/2009/313 final)

Ir-Regolament dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni  (2011/492/UE)

Id-Direttiva dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema  (2014/54/UE)

4.5.Migrazzjoni

4.5.1.Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza

Id-Direttiva li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)  (2013/33/UE)

4.5.2.Riunifikazzjoni tal-familja

Id-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (2003/86/KE)

4.5.3.Regolament ta’ Dublin u Regolament EURODAC

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (343/2003/KE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (1560/2003/KE)

Id-Direttiva dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (2013/32/UE)

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (603/2013/UE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (604/2013/UE)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (118/2014/UE)

Kwalifika

Id-Direttiva dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (2011/95/UE)

4.5.4.Migrazzjoni u ażil

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti (2015 - 2020)  (COM/2015/285 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM/2016/85 Final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-hotspots fil-Greċja (COM/2016/141 Final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-tisħiħ ta’ rotot legali lejn l-Ewropa (COM/2016/197 final)

4.5.5.Rilokazzjoni u Risistemazzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rapport ta’ progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM/2019/126 final) 

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar mezzi legali għall-protezzjoni fl-UE:  il-promozzjoni tar-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja u mezzi komplementari oħra (C/2020/6467)

4.5.6.Ritorn

Id-Direttiva dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment  (2008/115/KE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika tar-Ritorn tal-UE (COM/2014/199 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn (COM/2015/453 final)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi “Manwal dwar ir-Ritorn” li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mar-ritorn  (C/2015/6250 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar politika aktar effettiva ta’ ritorn fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ azzjoni mġedded (COM/2017/200)  

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2017/432/UE)  

4.5.7.Viżi

Ir-Regolament li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (810/2009/KE)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-emendi sussegwenti tagħha li tistabbilixxi l-Manwal għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet tal-viża u l-modifiki fuq viżi maħruġa (C/2010/1620 final)

4.5.8.Ġestjoni tal-fruntieri

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi “Manwal Prattiku għall-Gwardjani tal-Fruntieri (il-Manwal ta’ Schengen)” għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri waqt l-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri (C/2006/5186 finali)

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2008/2976 final )

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2009/7376 final)

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2010/5559 final)

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2011/3918 final)

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2012/9330 final)  

Emendat bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (C/2015/3894 final)

Ir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur)  (1052/2013/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Evalwazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Greċja biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet serji identifikati fl-evalwazzjoni tal-2015 dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntiera esterna (COM/2016/220 Final)

Ir-Regolament dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)  (2016/399/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà (COM/2016/205 final)

Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta  (2019/1896/UE)

4.5.9.Migrazzjoni legali

Id-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (2016/801/UE)


5.Soċjetà Diġitali u tal-Informazzjoni: UE fejn it-tfal ikunu jistgħu jinnavigaw l-ambjent diġitali b’mod sikur u jisfruttaw l-opportunitajiet tiegħu

Id-Direttiva li temenda d-Direttiva dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (2002/22/KE), id-Direttiva dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (2002/58/KE) u r-Regolament dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (2006/2004/KE) (2009/136/KE)  

Id-Direttiva dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (2010/13/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal  (COM/2012/196 final)

Ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2016/679/UE)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online:  Approċċ Ewropew  (COM/2018/236 final)

Id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (2018/1808/UE)  

Id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (2018/1972/UE)

Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM/2020/825 final)  

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġa l-Irkupru u t-Trasformazzjoni (Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Midja Ewropea) (COM/2020/784)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027. Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali (COM/2020/624 final)



6.Dimensjoni globali: UE li tappoġġa u tipproteġi lit-tfal madwar id-dinja u tagħtihom is-setgħa, inkluż matul il-kriżi u l-konflitt.

6.1.Strumenti orizzontali

Il-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (2017) - Ma neskludu lill-ebda tifel jew tifla 

Il-Kunsens Ewropew għall-iżvilupp (2017), bħala parti mit-tweġiba tal-UE għall-aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli

Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (COM/2020/5 final)  

Sett ta’ Għodod għad-Drittijiet tat-Tfal

6.2.Strumenti tematiċi

Il-Linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati (aġġornati fl-2008)

Il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom (2008)

Il-Linji gwida għall-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra  (aġġornati fl-2019)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Intejbu n-Nutrizzjoni Materna u dik tat-Tfal fl-Assistenza Esterna (COM/2013/141 final)

Id-DĠ ECHO, sett ta’ għodod li jikkunsidraw l-integrazzjoni tal-ġeneru u l-età (2014)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Lejn Ħajja b’Dinjità: minn dipendenza fuq l-għajnuna għal ħajja indipendenti. L-Ispustar bil-forza u l-Iżvilupp (COM/2016/234 final)

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni  (2016/369/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni f’Emerġenzi u Kriżijiet fit-Tul (COM/2018/304 final)

Il-Komunikazzjoni konġunta, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III - Aġenda Ambizzjuża għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE (JOIN(2020) 17 final)

Konvenzjonijiet Internazzjonali rilevanti fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal

Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol, Nru 138 (1973)  

Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

Il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri  

Il-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta’ Manteniment tal-Familja  

(1)

Din il-lista mhijiex eżawrjenti u, b’mod partikolari, l-istrumenti finanzjarji mhumiex inklużi.