This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2623
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2623 of 22 August 2023 supplementing Regulation (EU) 2019/472 of the European Parliament and of the Council by specifying details of the landing obligation for certain fisheries in Western Waters for the period 2024-2027
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2623 tat-22 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024-2027
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2623 tat-22 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024-2027
C/2023/5523
ĠU L, 2023/2623, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2623/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2024
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2623 |
22.11.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2623
tat-22 ta’ Awwissu 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024-2027
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/472 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fil-Baħar tat-Tramuntana li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) ta’ dak ir-Regolament abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 (3) jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023, wara żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda u n-Netherlands (l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral), u l-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall (l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ). Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 ġie emendat fl-2021 (4), fl-2022 (5) u fl-2023 (6). |
(3) |
Wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta inizjali lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2023. |
(4) |
Wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta inizjali lill-Kummissjoni fit-2 ta’ Mejju 2023. |
(5) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti inizjali matul il-Plenarja tat-8-12 ta’ Mejju 2023 (7). |
(6) |
Fis-6 ta’ Lulju 2023, l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta aġġornata. |
(7) |
Fit-13 ta’ Lulju 2023, l-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta aġġornata. |
(8) |
Il-Grupp ta’ Esperti għas-Sajd u l-Akkwakultura qies ir-rakkomandazzjonijiet konġunti aġġornati f’laqgħa fit-28 ta’ Lulju 2023 li l-Parlament Ewropew attenda għaliha bħala osservatur. |
(9) |
Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/472, il-Kummissjoni qieset ir-rakkomandazzjonijiet konġunti aġġornati fid-dawl tal-valutazzjoni tal-STECF tar-rakkomandazzjonijiet konġunti inizjali biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet konġunti aġġornati huma kompatibbli mal-miżuri ta’ konservazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-obbligu ta’ ħatt l-art. |
(10) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li: (i) l-evalwazzjoni li jmiss hija mistennija tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art; u (ii) l-STECF innota (8) li l-proċess attwali ta’ evalwazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet konġunti huwa ineffiċjenti, li hija meħtieġa riflessjoni ulterjuri dwar kif dan jista’ jittejjeb aktar u li riflessjoni bħal din tippermetti diskussjoni dwar kwistjonijiet ta’ data u dwar is-sejba ta’ modi ġodda biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art. |
(11) |
L-eżenzjonijiet marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ li japplikaw għall-Ilmijiet tal-Majjistral. |
(12) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-iskampu li jinqabad bin-nases u bil-kavetti, u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżoni 6 u 7 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”). L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF evalwa l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-istimi tas-sopravivenza u r-rati ta’ skartar huma varjabbli bejn iż-żoni, l-istudji dwar is-sopravivenza twettqu b’mod robust u juru l-benefiċċji ta’ titjib fis-selettività permezz ta’ miżuri tekniċi (9). Għalhekk, għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(13) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għal-lingwata komuni inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li tinqabad bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 80-99 mm fid-diviżjoni 7d tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta iżda barra miż-żoni ta’ tkabbir identifikati, u bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti b’malja tal-manka akbar minn 80 mm fid-diviżjoni 7e tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta iżda barra miż-żoni ta’ tkabbir identifikati. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF evalwa l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li s-sopravivenza hija raġonevoli u li l-istudji ppreżentati twettqu b’mod robust (10). Għalhekk, għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(14) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għar-rebekkini u r-raj li jinqabdu bl-irkapti kollha fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li s-sopravivenza hija varjabbli skont l-irkaptu u l-istaġun, il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huwa notevoli u l-eżenzjoni kienet il-katalista għal dan ix-xogħol (11). Barra minn hekk, fir-rakkomandazzjoni konġunta aġġornata, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jwettqu metaanaliżi dwar is-sopravivenza bil-għan li jivvalutaw l-effett ġenerali tal-eżenzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(15) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad b’pariti, xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti, xbieki tat-tkarkir bi travu, tartaruni Daniżi u tartaruni fid-diviżjoni 7 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li r-rati ta’ sopravivenza huma varjabbli u l-aktar baxxi fis-segmenti li jirrappreżentaw l-ogħla qabdiet, bl-ogħla rati u volumi ta’ skartar, għaddejja ħidma fis-sajd ikkonċernat biex jittejbu s-selettività u l-probabbiltajiet ta’ sopravivenza b’irkapti u teknoloġiji innovattivi (12). Biex tkun tista’ titkompla din il-ħidma u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(16) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-ispeċijiet li jinqabdu fin-nases fis-subżoni 5 (eskluża 5a u inklużi biss l-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 5b), 6 u 7 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-kwantitajiet globali ta’ ħut proposti huma negliġibbli, it-tipi ta’ rkaptu huma relattivament favorevoli u l-impatt tal-eżenzjoni x’aktarx li jkun minimu (13). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(17) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni tas-sopravivenza għolja għall-kavalli u l-aringi fis-sajd tat-tartarun tal-borża fis-subżona 6 tal-ICES; u għall-kavalli u l-aringi li jinqabdu fis-sajd bit-tartarun tal-lampara li jimmira għall-ispeċijiet pelaġiċi mhux soġġetti għal kwoti fid-diviżjonijiet 7e u 7f tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li għalkemm ma setax jivverifika jekk il-kundizzjonijiet issodisfati matul l-esperimenti ppreżentati humiex rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet esperjenzati f’operazzjonijiet tas-sajd kummerċjali, l-istimi tas-sopravivenza ta’ 70 % għall-kavalli u għall-aringi huma l-aħjar disponibbli għas-sajd bit-tartarun tal-borża (14). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(18) |
L-eżenzjonijiet marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ li japplikaw għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
(19) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-iskampu li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li r-rati ta’ sopravivenza jvarjaw bejn il-flotot u li d-delijiet għall-iskartar tal-ħut urew li kienu effiċjenti fit-tnaqqis tal-mortalità mill-iskartar (15). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għal dawk il-bastimenti li jkollhom installati delijiet għall-iskartar tal-ħut. |
(20) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għar-rebekkini u r-raj, minbarra r-raj kukù, li jinqabdu bl-irkapti kollha fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li hemm indikazzjonijiet li l-impatti jvarjaw skont it-tipi ta’ rkaptu u l-ispeċijiet, għaddejjin għadd ta’ studji xjentifiċi biex tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ sopravivenza ta’ speċijiet differenti ta’ rebekkini u raj (16). Biex ikunu jistgħu jitlestew dawn l-istudji, biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Ilmijiet tal-Majjistral u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(21) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-paġella ħamra li tinqabad bl-irkaptu artiġjanali voracera fid-diviżjoni 9a tal-ICES, u bis-snanar u x-xlief fis-subżoni 8 u 10 u d-diviżjoni 9a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata u hemm inċertezza dwar l-istimi tas-sopravivenza tal-qbid skartat u l-ammonti mhux magħrufa ta’ qbid skartat flimkien ma’ tnaqqis fil-ħatt l-art. Ir-rapport tal-STECF jindika li huma meħtieġa studji ġodda biex jiġu stmati r-rati ta’ sopravivenza abbażi ta’ osservazzjonijiet fil-magħluq li kienu nqabdu minn operazzjonijiet kummerċjali rappreżentattivi (17). Biex ikunu jistgħu jitlestew dawn l-istudji u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(22) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għolja għall-inċova, is-sawrell u l-kavalli fis-sajd bit-tartarun tal-borża. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li xi impatti ma setgħux jiġu vvalutati, l-istimi tas-sopravivenza fi studji preċedenti wrew li kienu għoljin għal dawn l-ispeċijiet. Barra minn hekk, għaddejjin studji xjentifiċi (18). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(23) |
Jenħtieġ li japplikaw l-eżenzjonijiet de minimis li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art għall-Ilmijiet tal-Majjistral. |
(24) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merlangu li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar, xbieki tat-tkarkir pelaġiku u xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80-119-il mm fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li ma ġiet ippreżentata l-ebda informazzjoni ġdida biex tappoġġa l-eżenzjoni, studji preċedenti kienu wrew li l-użu ta’ ċerti apparati ta’ selettività wassal għal telf sinifikanti ta’ qabdiet kummerċjali (19). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(25) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad minn bastimenti li jużaw pariti u għeżula fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-irkapti tas-sajd taħt din l-eżenzjoni huma mgħammra biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni u ogħla minnu. Barra minn hekk, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika li huwa probabbli li t-titjib fis-selettività jirriżulta f’telf kummerċjali. Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(26) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm mgħammra b’pannell Fjamming, biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet 7d sa 7h, 7j u 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni hija limitata fir-rigward tal-livell ta’ użu jew id-data ta’ monitoraġġ dwar l-apparat ta’ selettività. Madankollu, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika wkoll li huwa pożittiv li l-eżenzjoni hija relatata mal-użu ta’ modifika tal-irkaptu li ntwera li tnaqqas il-livell ta’ qabdiet mhux mixtieqa. Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(27) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merluzz tal-linja sewda li jinqabad minn bastimenti li joperaw b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar għax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha; minn bastimenti li joperaw b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar b’ċerti speċifikazzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-qabda; u minn bastimenti li joperaw bi xbieki tat-tkarkir bi travu li jużaw daqsijiet tal-malji ta’ 80 mm jew akbar flimkien mal-użu ta’ pannell Fjamming fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7e sa 7k tal-ICES. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-istokk tal-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar Ċeltiku bħalissa qed jinqabad b’mod sostenibbli, hemm rata għolja ta’ skartar f’xi sajd. L-STECF ikkonkluda wkoll li t-titjib tas-selettività jenħtieġ li jibqa’ prijorità f’dan is-sajd u li diġà sar titjib f’diversi tipi ta’ sajd (20). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027, dment li l-miżuri tekniċi fil-punt 1.3.2 tal-parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jibqgħu fis-seħħ wara l-31 ta’ Diċembru 2023. |
(28) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-pixxi trumbetta li jinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7f sa 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni hija limitata fir-rigward tat-telf potenzjali derivat mit-tneħħija tal-eżenzjoni, ġiet ipprovduta informazzjoni dwar il-provi tas-selettività u huwa possibbli titjib fis-selettività f’xi sajd. Barra minn hekk, fil-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu, l-STECF ikkonkluda li t-titjib tas-selettività għall-pixxi trumbetta biss ikun ta’ sfida (22). Barra minn hekk, hemm ukoll ir-riskju li l-pixxi trumbetta jsir speċi bi kwota limitanti f’diversi tipi ta’ sajd demersali. Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(29) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-megrim inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm fis-subżona 7 tal-ICES u bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ f’kundizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata u huwa possibbli titjib dwar is-selettività. Madankollu, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika wkoll li xi studji wrew li l-apparat ta’ selettività wassal għal tnaqqis sinifikanti fil-qabda kummerċjabbli f’xi sajd (23). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(30) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm b’żieda fis-selettività (pannell Fjamming) fid-diviżjonijiet 7a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni ppreżentata b’appoġġ għal din l-eżenzjoni kienet l-istess bħal fis-snin preċedenti. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni preċedenti tiegħu (24), l-STECF irrikonoxxa li ġew stabbiliti miżuri biex titnaqqas il-qabda mhux mixtieqa tal-lingwata. Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(31) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-arġentina kbira li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar (TR1) fid-diviżjoni 5b (ilmijiet tal-Unjoni) u fis-subżona 6 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-eżenzjoni x’aktarx ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq l-istokk minħabba l-livell baxx ta’ qbid skartat (25). Barra minn hekk, fil-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu, l-STECF indika li huwa diffiċli li jinkiseb titjib dwar is-selettività għal xi sajd mingħajr ma l-flotot ikkonċernati jġarrbu kostijiet sproporzjonati (26). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(32) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi żewġ eżenzjonijiet de minimis għas-sawrell u għall-kavalli li jinqabdu f’sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni u xbieki tat-tkarkir bi travu fis-subżona 6 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li ż-żieda fis-selettività mingħajr ma jitnaqqas ir-rendiment hija diffiċli ħafna (27). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(33) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-istokkafixx fis-sajd industrijali b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku fis-subżoni 6 u 7 u d-diviżjoni 5b tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni li tappoġġa l-eżenzjoni hija fil-biċċa l-kbira l-istess bħal fis-snin preċedenti, jiġifieri d-diffikultà biex jittejbu s-selettività u l-kostijiet addizzjonali tal-immaniġġar (28). L-STECF ikkonkluda wkoll li d-deskrizzjoni tal-operazzjoni abbord il-bastiment u l-informazzjoni pprovduta biex tappoġġa l-affermazzjoni li l-kostijiet tal-immaniġġar tal-qabdiet mhux mixtieqa abbord huma sproporzjonati jipprovdu ġustifikazzjoni raġonevoli għal din l-eżenzjoni (29). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(34) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għas-sawrell, il-kavalli u l-merlangu li jinqabdu b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku b’tul totali sa 25 metru bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku fid-diviżjoni 7d tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata. Madankollu, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika wkoll li huwa diffiċli li jinkiseb titjib fis-selettività (30). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(35) |
Jenħtieġ li japplikaw l-eżenzjonijiet de minimis li ġejjin mill-obbligu ta’ ħatt l-art għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. |
(36) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merluzz li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li minkejja bosta studji dwar is-selettività, ma nstabet l-ebda soluzzjoni. Barra minn hekk, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika li l-istudji ġeneralment urew li l-modifiki fl-irkaptu ttestjati huma ineffettivi jew iwasslu għal telf inaċċettabbli ta’ qabdiet kummerċjabbli (31). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(37) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad bi xbieki tat-tkarkir pelaġiku, xbieki tat-tkarkir bi travu u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata. Madankollu, fir-rapport tiegħu, l-STECF indika li l-informazzjoni pprovduta turi żieda fil-ħinijiet tal-għażla abbord assoċjata mal-obbligu ta’ ħatt l-art (32). Barra minn hekk, ir-rata ta’ skartar u l-volum tal-qabdiet mhux mixtieqa huma baxxi. Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(38) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni li tinqabad bil-pariti u l-għeżula fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li s-selettività għax-xbieki statiċi għal-lingwata hija għolja (33). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(39) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-fonsa ħamra li tinqabad bis-snanar u x-xlief fis-subżona 10 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata (34), il-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu rigward id-diffikultajiet minħabba s-selettività u l-kostijiet sproporzjonati baqgħu rilevanti (35). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(40) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għas-sawrell li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li ż-żieda fis-selettività mingħajr ma jitnaqqas ir-rendiment hija diffiċli ħafna (36). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(41) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għas-sawrell li jinqabad bl-għeżula fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (“CECAF”). L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata, il-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu baqgħu rilevanti. Barra minn hekk, f’dawk il-valutazzjonijiet preċedenti (37), l-STECF indika li jkun raġonevoli li wieħed jassumi li s-selettività għas-sawrell f’dan is-sajd hija diffiċli biex tinkiseb. Għal dik ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(42) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi żewġ eżenzjonijiet de minimis għall-kavalli li jinqabdu bix-xbieki tat-tkarkir bi travu, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; u għall-kavalli li jinqabdu bl-għeżula fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u fiż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF. L-Istati Membri talbu li dawn l-eżenzjonijiet jitkomplew. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li ż-żieda fis-selettività mingħajr ma jitnaqqas ir-rendiment hija diffiċli ħafna f’dan is-sajd (38). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjonijiet mitluba jenħtieġ li jingħataw mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(43) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-megrim li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li minkejja bosta esperimenti dwar is-selettività, ma nstabet l-ebda soluzzjoni. Barra minn hekk, fil-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu, l-STECF indika li t-tnaqqis tar-rati ta’ skartar permezz ta’ titjib fis-selettività huwa diffiċli f’dan is-sajd (39). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(44) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-megrim li jinqabad bl-għeżula fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li wieħed jista’ jassumi li s-selettività tax-xbieki statiċi għall-megrim hija għolja u li l-kostijiet għall-immaniġġar tal-volumi żgħar ħafna ta’ megrim huma sinifikanti (40). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(45) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-petriċa kbira li tinqabad bi xbieki tat-tkarkir pelaġiku, xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla, iżda jiġu esklużi x-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, peress li ma hemm l-ebda qabdiet irrappurtati ta’ petriċa kbira bl-użu ta’ dan l-irkaptu. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li l-istudji dwar it-titjib tas-selettività wrew telf relattivament għoli ta’ qbid kummerċjali (41). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(46) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-petriċa kbira li tinqabad bl-għeżula fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li hemm indikazzjonijiet li s-selettività tax-xbieki statiċi għall-petriċa kbira ma tistax tittejjeb minħabba l-morfoloġija tal-ispeċi u li l-kostijiet għall-immaniġġar tal-volumi żgħar ħafna ta’ petriċa kbira huma sinifikanti (42). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(47) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-merlangu li jinqabad bl-għeżula fis-subżona 8 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata, il-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu baqgħu rilevanti. Barra minn hekk, fil-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu (43), l-STECF ikkonkluda li t-titjib fis-selettività huwa diffiċli biex jinkiseb fis-sajd bl-għeżula. Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(48) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-inċova li tinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li d-data dwar il-qbid tissuġġerixxi li l-livell ta’ qabdiet mhux mixtieqa fis-sajd rilevanti huwa baxx u li l-impatt tal-eżenzjoni x’aktarx li jkun baxx (44). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(49) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi żewġ eżenzjonijiet de minimis għall-paġella ħamra li tinqabad bix-xbieki tat-tkarkir bi travu, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni fil-parti tal-Golf ta’ Cádiz tad-diviżjoni 9a tal-ICES; u l-lingwata maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir bi travu, bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni fil-parti tal-Golf ta’ Cádiz tad-diviżjoni 9a tal-ICES. L-Istati Membri talbu li dawn l-eżenzjonijiet jitkomplew. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata, il-valutazzjonijiet preċedenti tiegħu baqgħu rilevanti. Barra minn hekk, f’dawk il-valutazzjonijiet preċedenti (45), l-STECF indika li l-analiżi pprovduta dwar il-kostijiet sproporzjonati wriet li jkun hemm żieda fil-ħin tal-immaniġġar u tal-għażla abbord skont id-daqs tal-bastimenti, jekk l-eżenzjonijiet ma jingħatawx. Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjonijiet mitluba jenħtieġ li jingħataw mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(50) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi eżenzjoni de minimis għall-istokkafixx li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir pelaġiku u xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi fis-subżona 8 tal-ICES. L-Istati Membri talbu li l-eżenzjoni titkompla. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li filwaqt li l-informazzjoni l-ġdida pprovduta biex tappoġġa l-eżenzjoni hija limitata, l-impatt ta’ din l-eżenzjoni jidher baxx. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta biex tappoġġa l-affermazzjoni li l-kostijiet tal-immaniġġar tal-qabdiet mhux mixtieqa abbord huma sproporzjonati tipprovdi ġustifikazzjoni raġonevoli għal din l-eżenzjoni (46). Għal dawn ir-raġunijiet u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(51) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 jinkludi żewġ eżenzjonijiet de minimis għall-inċova u għas-sawrell li jinqabdu bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku fis-subżona 8 tal-ICES; u għas-sawrell li jinqabad bl-użu ta’ tartaruni tal-borża fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF. L-Istati Membri talbu li dawn l-eżenzjonijiet jitkomplew. L-STECF ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata bħala parti mir-rakkomandazzjoni konġunta inizjali u kkonkluda li, għalkemm limitata, l-informazzjoni ppreżentata tindika li ż-żieda fis-selettività mingħajr ma jitnaqqas ir-rendiment hija diffiċli ħafna (47). Għal din ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-eżenzjonijiet mitluba jenħtieġ li jingħataw mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(52) |
Il-miżuri fir-rakkomandazzjonijiet konġunti aġġornati huma konformi mal-Artikolu 15(4), l-Artikolu 15(5)(c) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u mar-Regolament (UE) 2019/472, b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, u għalhekk jistgħu jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. |
(53) |
Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(54) |
Jenħtieġ li huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2024, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“Pannell Fjamming” tfisser l-aħħar parti tal-malja tax-xibka tat-tkarkir bi travu, li tidjieq għal xejn u li:
|
2. |
“Pannell Seltra” tfisser apparat ta’ selettività li:
|
3. |
“Apparat ta’ selettività tan-Netgrid” tfisser apparat ta’ selettività li jikkonsisti f’sezzjoni magħmula minn erba’ pannelli mdaħħla f’xibka tat-tkarkir b’żewġ pannelli b’xibka inklinata ta’ malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħrab il-ħut fil-parti ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir; |
4. |
“Netgrid tas-CEFAS” tfisser apparat ta’ selettività tan-Netgrid żviluppat minn The Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science għall-qabdiet tal-awwisti fil-Baħar Irlandiż; |
5. |
“Xibka tat-tkarkir flip-flap” tfisser xibka tat-tkarkir mgħammra bi grilja ta’ xbieki żviluppata biex tnaqqas il-qabdiet ta’ bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda u merlangu fis-sajd għall-iskampu; |
6. |
“Ħabel flip-up” tfisser irkaptu tax-xbieki tat-tkarkir bi travu demersali modifikat biex jgħin sabiex ġebel u blat kbir lixx ma jitħallewx jidħlu fix-xibka u jikkawżaw ħsara kemm lill-irkaptu u kif ukoll lill-qabdiet; |
7. |
“Pannell tar-rilaxx tal-bentos” tfisser pannell tax-xbieki b’malja akbar jew b’malja kwadra mwaħħla fil-pannell ta’ isfel ta’ xibka tat-tkarkir, ġeneralment xibka tat-tkarkir bi travu biex jinħareġ kwalunkwe materjal bentiku u fdal ta’ qiegħ il-baħar qabel ma dan jgħaddi fil-manka; |
8. |
“Żona ta’ Protezzjoni tal-Baħar Ċeltiku” tfisser l-ilmijiet fid-diviżjonijiet 7f, 7 g tal-ICES u fil-parti ta’ 7j li tinsab fit-Tramuntana tal-latitudni 50° N u fil-Lvant ta’ 11° W. |
9. |
“Voracera” tfisser xlief bis-sunnara mekkanizzat iddisinjat u mibni lokalment, li jintuża mill-flotta tas-sajd artiġjanali li tistad għall-paġella ħamra fin-Nofsinhar ta’ Spanja fid-diviżjoni 9a tal-ICES. |
Artikolu 2
Implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art
Fl-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżona 5 tal-ICES (minbarra d-diviżjoni 5a u l-ilmijiet tal-Unjoni biss tad-diviżjonijiet 5b), 6 u 7) u fl-Ilmijiet tal-Lbiċ (is-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES (l-ilmijiet madwar l-Azores), u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (l-ilmijiet madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji)), l-obbligu ta’ ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fis-sajd demersali u pelaġiku f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2024-2027.
KAPITOLU II
EŻENZJONIJIET MARBUTA MAL-KAPAĊITÀ TA’ SOPRAVIVENZA FL-ILMIJIET TAL-MAJJISTRAL
Artikolu 3
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għal:
(a) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad fin-nases u l-kavetti (kodiċijiet tal-irkaptu (48): FPO, FIX u FYK), fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES; |
(b) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar fis-subżona 7 tal-ICES; |
(c) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad fis-subżona 7 tal-ICES, bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 70 sa 99 mm flimkien ma’ għażliet ta’ rkaptu selettiv ħafna, kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3; |
(d) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 110 mm fid-diviżjoni 6a tal-ICES sa 12-il mil nawtiku mill-kosta. |
2. Din l-eżenzjoni għandha tapplika f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241.
3. Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles sħiħ, minnufih u fiż-żona fejn ikun inqabad.
Artikolu 4
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għal-lingwata komuni
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet ta’ lingwata komuni (Solea solea) inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni sa sitt mili nawtiċi mill-kosta iżda barra ż-żoni ta’ tkabbir identifikati:
(a) |
fid-diviżjoni 7d tal-ICES, li tinqabad bi rkapti ta’ xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja tal-manka ta’ 80 sa 99 mm, u
|
(b) |
fid-diviżjoni 7e tal-ICES, li tinqabad bi rkapti ta’ xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTB) b’daqs tal-malja tal-manka ta’ 80 sa 99 mm, minn bastimenti ta’ anqas minn 12-il metru. |
2. Meta tiġi skartata l-lingwata komuni li tinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-lingwata komuni għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 5
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għar-rebekkini u r-raj
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) li jinqabdu bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżoni 6 u 7 tal-ICES).
2. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw metaanaliżi tas-sopravivenza biex jivvalutaw l-impatt tal-eżenzjoni sal-1 ta’ Mejju 2027. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik l-informazzjoni xjentifika sal-31 ta’ Lulju 2027.
3. Meta jiġu skartati r-rebekkini u r-raj li jinqabdu fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinħelsu minnufih.
Artikolu 6
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad fi:
(a) |
id-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES bil-pariti (GTR, GTN, GEN, GN); |
(b) |
id-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX); |
(c) |
id-diviżjonijiet 7a sa 7 g tal-ICES minn bastimenti li jkollhom potenza massima tal-magna ta’ aktar minn 221 kW, u li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) mgħammra b’ħabel flip-up jew pannell tar-rilaxx tal-bentos; |
(d) |
id-diviżjonijiet 7a sa 7 g tal-ICES minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB), li jkollhom potenza massima tal-magna ta’ 221 kW jew tul massimu ta’ 24 metru, li jkunu mibnija biex jistadu sa 12-il mil nawtiku mill-kosta u b’medja ta’ ħin ta’ rmunkar ta’ mhux aktar minn 90 minuta; |
(e) |
id-diviżjoni 7d tal-ICES bit-tartaruni Daniżi (kodiċi tal-irkaptu: SDN); |
(f) |
id-diviżjoni 7d sa 7k tal-ICES bit-tartaruni (SSC). |
2. Meta jiġi skartat il-barbun tat-tbajja’ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 7
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għal speċijiet li jinqabdu fin-nases u fil-kavetti
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għal speċijiet li jinqabdu bin-nases u bil-kavetti (FPO, FIX, FYK) fis-subżoni 5 (minbarra s-subżona 5a u inklużi biss l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 5b), 6 u 7 tal-ICES.
2. Meta jiġi skartat il-ħut li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħut għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 8
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-ispeċijiet pelaġiċi
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-kavalli (Scomber scombrus) u tal-aringi (Clupea harengus) fis-sajd bit-tartarun tal-borża fis-subżona 6 tal-ICES, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-qabda tinħeles qabel ma jingħalaq ċertu persentaġġ tat-tartarun tal-borża stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 (“il-punt tal-irkupru”); |
(b) |
l-irkaptu tas-sajd bit-tartarun tal-borża jkun mgħammar b’bagi li jidhru li jimmarkaw b’mod ċar il-limitu għall-punt tal-irkupru; |
(c) |
il-bastiment u l-irkaptu tas-sajd bit-tartarun tal-borża jkunu mgħammra b’sistema elettronika li tirreġistra u tiddokumenta meta, fejn u sa liema punt it-tartarun tal-borża jkun inġibed għall-operazzjonijiet kollha tas-sajd. |
2. Il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq fis-sajd għall-kavalli u meta jkun 90 % magħluq fis-sajd għall-aringi.
3. Jekk il-ġliba ħut imdawra tkun tikkonsisti f’taħlita ta’ dawn iż-żewġ speċijiet, il-punt tal-irkupru għandu jkun meta l-bastiment bit-tartarun tal-borża jkun 80 % magħluq.
4. Għandu jkun ipprojbit li l-qabdiet ta’ kavalli u aringi jinħelsu wara l-punt tal-irkupru.
5. Għandu jittieħed kampjun tal-ġliba ħut imdawra qabel tinħeles, sabiex jiġu stmati l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-ħut u l-kwantità tal-ħut.
6. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet ta’ kavalli u aringi fis-sajd bit-tartarun tal-lampara li jimmira għal speċijiet pelaġiċi li ma humiex soġġetti għal kwoti fid-diviżjonijiet 7e u 7f tal-ICES, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.
KAPITOLU III
EŻENZJONIJIET MARBUTA MAL-KAPAĊITÀ TA’ SOPRAVIVENZA FL-ILMIJIET TAL-LBIĊ
Artikolu 9
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’sistema ta’ delu installat abbord (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, TBB, OT, PT u TX).
2. Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih fiż-żona fejn ikun inqabad.
Artikolu 10
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għar-rebekkini u r-raj
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes), ħlief ir-raj kukù, li jinqabdu bit-tipi kollha ta’ rkaptu fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES.
2. Meta jiġu skartati r-rebekkini u r-raj li jinqabdu fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinħelsu minnufih.
Artikolu 11
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-paġella ħamra
1. L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) li tinqabad bl-irkaptu artiġjanali voracera fid-diviżjoni 9a tal-ICES u għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) li tinqabad bis-snanar u x-xlief (LHP, LHM, LLS, LLD) fis-subżoni 8 u 10 u fid-diviżjoni 9a tal-ICES.
2. Meta tiġi skartata l-paġella ħamra li tinqabad fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, din għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 12
Eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-inċova, għas-sawrell u għall-kavalli
L-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet ta’ inċova (Engraulis encrasicolus), sawrell (Trachurus spp) u kavalli (Scomber scombrus) fis-sajd bit-tartarun tal-borża (PS), dment li x-xibka ma tkunx kompletament abbord.
KAPITOLU IV
EŻENZJONIJIET DE MINIMIS FL-ILMIJIET TAL-MAJJISTRAL
Artikolu 13
Eżenzjonijiet de minimis fl-Ilmijiet tal-Majjistral
B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin fl-Ilmijiet tal-Majjistral skont l-Artikolu 15(5)(c) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-paragrafi 2 sa 7 ta’ dak ir-Regolament:
(1) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni b’daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBN, TBS, TB, TX), xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) u xbieki tat-tkarkir bi travu (BT2) b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES; |
(2) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li jinqabdu minn bastimenti li jużaw pariti u għeżula (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF) biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet 7d sa 7 g tal-ICES; |
(3) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm u mgħammra b’pannell Fjamming, biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet 7d sa 7h, 7j sa 7k tal-ICES; |
(4) |
għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi maqbuda fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7e sa 7k tal-ICES:
Din l-eżenzjoni għandha tapplika bil-kundizzjoni li japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-punt 1.3.2 tal-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241; |
(5) |
għall-pixxi trumbetta (Caproidae), sa massimu ta’ 0,5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi għall-irkapti kollha f’dawk iż-żoni, li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB,) fid-diviżjonijiet 7b, 7c u 7f sa 7k tal-ICES; |
(6) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.) inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) b’daqs tal-malja ta’ 80-119 mm (BT2) fis-subżona 7 tal-ICES; u bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(7) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ 80 sa 119-il mm (BT2) b’żieda fis-selettività (pannell Fjamming) fid-diviżjoni 7a tal-ICES; |
(8) |
għall-arġentina kbira (Argentina silus), sa 0,6 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi mill-irkapti kollha f’dawk iż-żoni, li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) b’daqs tal-malja ta’ 100 mm jew akbar (TR1) fid-diviżjoni 5b (ilmijiet tal-Unjoni) u fis-subżona 6 tal-ICES; |
(9) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet, li jinqabdu f’sajd demersali mħallat, minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni u xbieki tat-tkarkir bi travu (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBB, TBN, TBS, TB, TX) fis-subżona 6 u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES; |
(10) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dik l-ispeċi, li jinqabdu f’sajd demersali mħallat, minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni u xbieki tat-tkarkir bi travu (OTB, OTT, OT, PTB, PT, SSC, SDN, SPR, SX, SV, TBB, TBN, TBS, TB, TX) fis-subżona 6 u fid-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES; |
(11) |
għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi fis-sajd industrijali b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jimmira għal dik l-ispeċi fis-subżoni 6 u 7 u d-diviżjoni 5b tal-ICES, u jipproċessa dik l-ispeċi abbord biex tinkiseb bażi tas-surimi; |
(12) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), għas-sawrell (Trachurus spp.) u għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali fis-sajd pelaġiku b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku b’tul totali sa 25 metru, bl-użu ta’ xibka tat-tkarkir pelaġiku (OTM u PTM), u li jimmira għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjoni 7d tal-ICES. |
KAPITOLU V
EŻENZJONIJIET DE MINIMIS FL-ILMIJIET TAL-LBIĊ
Artikolu 14
Eżenzjonijiet de minimis fl-Ilmijiet tal-Lbiċ
B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin fl-Ilmijiet tal-Lbiċ skont l-Artikolu 15(5)(c) ta’ dak ir-Regolament:
(1) |
għall-merluzz (Merluccius merluccius), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni (OTM, PTM, OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(2) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir pelaġiku, xbieki tat-tkarkir bi travu u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTM, PTM, OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX) fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES; |
(3) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw pariti u għeżula (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES; |
(4) |
għall-fonsa ħamra (Beryx spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw is-snanar u x-xlief (LHP, LHM, LLS, LLD) fis-subżona 10 tal-ICES; |
(5) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ sawrell minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(6) |
għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw l-għeżula (GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u fiż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF; |
(7) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(8) |
għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES u fiż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF; |
(9) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ megrim minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(10) |
għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw l-għeżula (GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(11) |
għall-petriċa kbira (Lophiidae), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(12) |
għall-petriċa kbira (Lophiidae), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(13) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-subżona 8 tal-ICES; |
(14) |
għall-inċova (Engraulis encrasicolus), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES; |
(15) |
għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fil-parti tal-Golf ta’ Cádiz tas-subżona 9a tal-ICES; |
(16) |
għal-lingwata (Solea spp.), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni (OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, TBB, SDN, SX, SV) fil-parti tal-Golf ta’ Cádiz tas-subżona 9a tal-ICES; |
(17) |
għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi fis-sajd industrijali b’bastimenti tat-tkarkir pelaġiku, li jimmira għall-istokkafixx fis-subżona 8 tal-ICES bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-paranzi (PTM) u jipproċessa dik l-ispeċi abbord sabiex tinkiseb bażi tas-surimi; |
(18) |
għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għall-kavalli (Scomber scombrus) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet fis-sajd bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku, li jimmira għal dawk l-ispeċijiet fis-subżona 8 tal-ICES bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku; |
(19) |
għas-sawrell (Trachurus spp.) u għall-kavalli (Scomber scombrus), sa massimu ta’ 4 % tal-qabdiet annwali totali u għall-inċova (Engraulis encrasicolus), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi bl-użu ta’ tartaruni tal-borża (PS) fis-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF. |
KAPITOLU VI
DOKUMENTAZZJONI TAL-QABDIET
Artikolu 15
Dokumentazzjoni tal-qabdiet għall-flotot pelaġiċi
Il-kwantitajiet ta’ ħut meħlus skont l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 8 u r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni meħtieġ skont l-Artikolu 8(5) għandhom jiġu rrapportati fil-ġurnal ta’ abbord kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (49).
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 415, 10.12.2020, p. 22).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2063 tal-25 ta’ Awwissu 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 u li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 6).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2290 tad-19 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 fir-rigward ta’ ċerti eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ ħatt l-art fl-Ilmijiet tal-Punent għall-2023 (ĠU L 303, 23.11.2022, p. 12).
(6) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/828 tat-2 ta’ Frar 2023 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 fir-rigward tal-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-qabdiet ta’ lingwata komuni minn bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti, fl-Ilmijiet tal-Punent, fid-diviżjoni 7e tal-ICES, għall-2023 (ĠU L 104, 19.4.2023, p. 23).
(7) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(8) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(9) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(10) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(11) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(12) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(13) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(14) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(15) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(16) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(17) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(18) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(19) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(20) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(21) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(22) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/26710926/STECF+22-05+-+Eval+JRs+Lo+and+TM.pdf/fedda422-cdab-4d25-a259-ea2d9dde3af9
(23) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(24) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/26710926/STECF+22-05+-+Eval+JRs+Lo+and+TM.pdf/fedda422-cdab-4d25-a259-ea2d9dde3af9
(25) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(26) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/26710926/STECF+22-05+-+Eval+JRs+Lo+and+TM.pdf/fedda422-cdab-4d25-a259-ea2d9dde3af9
(27) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(28) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/812327/STECF+PLEN+14-02.pdf
(29) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(30) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(31) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(32) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(33) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(34) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(35) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2124128/STECF+18-06+-+Evaluation+of+LO+joint+recommendations.pdf/7abb0ef7-934a-4f9d-992a-3e4b13bb35a7
(36) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(37) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/6176f9ad-0855-4985-b7de-64685862b6cb
(38) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(39) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(40) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(41) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(42) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(43) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/6176f9ad-0855-4985-b7de-64685862b6cb
(44) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(45) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2694823/STECF+20-04+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf/6176f9ad-0855-4985-b7de-64685862b6cb
(46) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(47) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/61703874/STECF+23-0406+-+Ev+JRs+LO.pdf/5cf75911-6a7f-4aa5-be7d-3f371440b2bd
(48) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f’dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tal-4 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom ikun anqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f’din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.
(49) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2623/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)