Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0036

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat- 18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011

ĠU L 16, 19/01/2012, p. 1–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/09/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/36/oj

19.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 36/2012

tat-18 ta’ Jannar 2012

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2).

(2)

Il-Kunsill espanda l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri tiegħu kontra s-Sirja permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill tat-2 ta' Settembru, tat-23 ta' Settembru, tat-13 ta' Ottubru u tal-14 ta' Novembru 2011 (3), kif ukoll għamel emendi u żidiet mal-lista ta' persuni u entitajiet immirati permezz ta’ Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill suċċessivi (4). Miżuri ulterjuri, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huma stabbiliti fid-Deċiżjonijiet korrispondenti tal-PESK tal-Kunsill (5).

(3)

Minħabba r-repressjoni brutali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontinwi mill-Gvern tas-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tipprovdi għal miżuri addizzjonali, primarjament projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir għall-monitoraġġ tat-telekomunikazzjonijiet biex jintuża mir-reġim Sirjan, projbizzjoni fuq il-parteċipazzjoni f'ċerti proġetti infrastrutturali u fuq l-investiment f'tali proġetti, u restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferimenti ta' fondi u l-provvediment ta' servizzi finanzjarji.

(4)

Għandu jiġi ċċarat li l-fatt li jiġu ppreżentati u li jintbagħtu d-dokumenti neċessarji lil xi bank għall-fini tat-trasferiment finali tagħhom lil xi persuna, entità jew korp li mhumiex elenkati, sabiex isiru ħlasijiet li jkunu permessi skont l-Artikolu 20, ma jikkostitwixxix it-tqegħid tal-fondi għad-dispożizzjoni fis-sens tal-Artikolu 14.

(5)

Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness II u IIa ta' dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika serja fis-Serja, u sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendar u l-eżami mill-ġdid tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(6)

Il-proċedura għall-emendar tal-listi fl-Anness II u IIa ta' dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif meħtieġ.

(7)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data rilevanti oħra li tikkonċerna persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati skont dan ir-Regolament, iridu jiġu ppubblikati. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (6) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (7).

(8)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħhom.

(9)

Minħabba l-ammont ta’ emendi introdotti, flimkien mal-bosta miżuri li huma diġà adottati b'relazzjoni mas-Sirja, huwa xieraq li l-miżuri kollha jiġu kkonsolidati f'regolament ġdid li jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 442/2011.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

’fergħa’ ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tfisser post ta' negozju li jifforma parti legalment dipendenti minn istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu u li jwettaq b'mod dirett it-tranżazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, inerenti fin-negozju ta' istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu;

(b)

’servizzi ta' senserija’ tfisser:

(i)

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' merkanzija u teknoloġija minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew

(ii)

il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija u teknoloġija li jinsabu f’pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom għal pajjiż terz ieħor.

(c)

’kuntratt jew tranżazzjoni’ tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, ’kuntratt’ jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kwalunkwe provvediment relatat li joriġina mit-tranżazzjoni jew ikun marbut miegħu;

(d)

’istituzzjoni ta' kreditu’ tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif imfissra fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (8), inklużi l-fergħat fl-Unjoni u 'l barra minnha;

(e)

’żejt mhux maħdum u prodotti petrolifiċi’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IV;

(f)

’riżorsi ekonomiċi’ tfisser assi ta’ kull tip, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw għall-kisba ta’ fondi, merkanzija jew servizzi;

(g)

’istituzzjoni finanzjarja’ tfisser

(i)

intrapriża, għajr istituzzjoni ta' kreditu, li mill-anqas operazzjoni waħda minn dawk inklużi fil-punti 2 sa 12 u punti 14 u 15 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-attivitajiet ta' uffiċji ta' kambju tal-munita (bureaux de change);

(ii)

kumpanija tal-assigurazzjoni kif awtorizzata skont id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, sakemm din twettaq il-kompiti tagħha koperti b’din id-Direttiva (9);

(iii)

ditta tal-investimenti kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (10);

(iv)

intrapriża ta' investiment kollettiv li tikkumerċjalizza l-unitajiet u l-ishma tagħha; jew

(v)

intermedjarja tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (11), għajr l-intermedjarji msemmija fl-Artikolu 2(7) ta' dik id-Direttiva, meta jaġixxu fir-rigward tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi oħrajn relatati mal-investiment;

inklużi l-fergħat tagħha, kemm jekk fl-Unjoni u 'l barra minnha.

(h)

’iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi’ tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi bi kwalunkwe mod, li jinkludi, iżda li mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(i)

’iffriżar ta' fondi’ tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli;

(j)

’fondi’ tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, nota, garanziji, ċedoli ta’ obbligazzjoni u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividends jew introjtu ieħor fuq jew valur dovut minn jew iġġenerat minn assi;

(v)

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ;

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(k)

’merkanzija’ tinkludi oġġetti, materjali u tagħmir;

(l)

’assigurazzjoni’ tfisser impriża jew impenn li bih persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar ikunu obbligati, bi ħlas, biex jipprovdu lil persuna waħda oħra jew aktar, fil-każ ta’ materjalizzazzjoni ta’ riskju, b’indennità jew benefiċċju kif determinat mill-impriża jew l-impenn;

(m)

’riassigurazzjoni’ tfisser l-attività li tikkonsisti fil-fatt li jiġu aċċettati r-riskji mgħoddija minn intrapriża ta’ assigurazzjoni jew minn intrapriża ta’ riassigurazzjoni oħra, jew fil-każ tal-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s, l-attività tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji, mgħoddija minn kwalunkwe membru ta’ Lloyd’s, minn intrapriżi ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għajr mill-assoċjazzjoni ta’ assiguraturi magħrufa bħala Lloyd’s;

(n)

’istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu Sirjana’ tfisser:

(i)

kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata fis-Sirja, inkluż il-Bank Ċentrali tas-Sirja;

(ii)

kwalunkwe fergħa jew sussidjarja li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 35, ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata fis-Sirja;

(iii)

kwalunkwe fergħa jew sussidjarja, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 35, ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata fis-Sirja;

(iv)

kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu li mhijiex domiċiljata fis-Sirja, iżda hija kkontrollata minn persuna jew entità, waħda jew aktar, domiċiljata/i fis-Sirja.

(o)

’persuna, entità jew korp Sirjani’ tfisser:

(i)

l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità pubblika tiegħu;

(ii)

kwalunkwe persuna fiżika li tinsab fis-Sirja jew residenti hemmhekk;

(iii)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fis-Sirja;

(iv)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fis-Sirja jew barra minnha, li jkunu, b'mod dirett jew b'mod indirett, proprjetà ta' wieħed jew waħda jew aktar mill-persuni jew korpi msemmijin hawn fuq, jew ikunu kkontrollati minnhom.

(p)

’għajnuna teknika’ tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħalma huma t-tagħlim, il-konsulenza, it-taħriġ, it-trażmissjoni tal-għarfien tax-xogħol jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ għajnuna;

(q)

’territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 2

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kemm jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja;

(b)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sirja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja jew ħaddiema umanitarji u ħaddiema għall-iżvilupp u persunal assoċjat esklussivament għall-użu personali tagħhom.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, skont tali kondizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 3

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-merkanzija u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (12) (’Lista Militari Komuni’) jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ merkanzija inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(c)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatat(a) mal-merkanzija u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe provvediment ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(d)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).2.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta’ għajnuna teknika, l-iffinanzjar u l-għajnuna finanzjarja marbuta ma’:

għajnuna teknika intiża biss bħala appoġġ għall-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF);

tagħmir militari li ma joqtolx, jew tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal skopijiet umanitarji jew protettivi, jew għall-programmi għall-bini ta' istituzzjonijiet tan-NU u tal-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni u tan-NU ta' maniġġjar ta' kriżijiet; jew

vetturi mhux tal-ġlied mgħammra b’materjal li jipprovdi protezzjoni ballistika, maħsuba biss għal użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja;

sakemm tali dispożizzjoni tkun ġiet qabelxejn approvata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kif identifikata fil-websajts elenkati fl-Anness III.

Artikolu 4

1.   Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, tagħmir, teknoloġija jew software identifikat fl-Anness V, kemm jekk joriġina jew le mill-Unjoni, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għall-użu fis-Sirja, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fil-websajts mesmmija fl-Anness III, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikat fil-websajts msemmija fl-Anness III, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software inkwistjoni se jintużaw għall-monitoraġġ jew għall-interċettazzjoni, mir-reġim Sirjan jew f'ismu, tat-telekomunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon fis-Sirja.

3.   L-Anness V għandu jinkludi biss tagħmir, teknoloġija jew software li jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ jew għall-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizazzjoni.

Artikolu 5

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, mat-teknoloġija jew mas-software identifikati fl-Anness V, jew relatati mal-provvediment, mal-manifattura, maż-żamma u mal-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness V jew mal-provvediment, mal-installazzjoni, mal-operat, mal-aġġornar ta' kwalunkwe software identifikati fl-Anness V, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għall-użu fis-Sirja;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness V, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għall-użu fis-Sirja;

(c)

il-provvediment ta' kwalunkwe servizzi ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-Istat tas-Sirja, il-Gvern tiegħu, il-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tiegħu jew kwalunkwe persuna jew entità li jkunu qed jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; u

(d)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, fi kwalunkwe attività li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) (b) jew (c) ta' hawn fuq.

sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fil-websajts mesmmija fl-Anness III, ikunu taw awtorizzazzjoni minn qabel, fuq il-bażi kif stabbilit fl-Artikolu 4(2).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c) ta' hawn fuq, ’servizzi ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet’ tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew software kif identifikat fl-Anness V, aċċess għal u twassil tad-data assoċjata ma' telefonati jew tat-telekomunikazzjoni ta' suġġett, kemm jekk dieħla kif ukoll jekk ħierġa, għall-fini tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tagħha jew kwalunkwe attività relatata oħra.

Artikolu 6

Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-importazzjoni ta' żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petrolifiċi lejn l-Unjoni jekk:

(i)

joriġinaw fis-Sirja; jew

(ii)

ġew esportati mis-Sirja;

(b)

ix-xiri ta' żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti petrolifiċi li jinsabu fis-Sirja jew li joriġinaw fiha;

(c)

it-trasport taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti petrolifiċi jekk dawn ikunu joriġinaw mis-Sirja, jew ikunu qed jiġu esportati mis-Sirja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-provvedimevt, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c); u

(e)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, li b'mod dirett jew b'mod indirett, jevitaw il-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b), (c) jew (d).

Artikolu 7

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 6 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-eżekuzzjoni, nhar jew qabel il-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligu li joħroġ minn kuntratt konkluż qabel it-2 ta’ Settembru 2011, sakemm il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu jridu jwettqu l-obbligu kkonċernat jinnotifikaw, tal-anqas sebgħat ijiem tax-xogħol bil-quddiem, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, kif identifikat fil-websajts elenkati fl-Anness III; jew

(b)

ix-xiri ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti petrolifiċi li kienu ġew esportati mis-Sirja qabel it-2 ta’ Settembru 2011, jew, fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (a), fil-15 ta’ Novembru 2011 jew qabel.

Artikolu 8

1.   Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta t-tagħmir jew it-teknoloġija elenkati fl-Anness VI, b'mod dirett jew b'mod indirett, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani jew għall-użu fis-Sirja.

2.   L-Anness VI għandu jinkludi tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi li ġejjin tal-industrija taż-żejt u tal-gass fis-Sirja:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali;

(c)

raffinar;

(d)

likwefazzjoni tal-gass naturali.

3.   L-Anness VI ma għandux jinkludi oġetti fil-Lista Militari Komuni.

Artikolu 9

Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati mat-tagħmir u mat-teknoloġija elenkati fl-Anness VI, jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ merkanzija elenkata fl-Anness VI, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani, jew għall-użu fis-Sirja;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mat-tagħmir u mat-teknoloġija elenkati fl-Anness VI, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani; jew għall-użu fis-Sirja, u

(c)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, fi kwalunkwe attività li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b).

Artikolu 10

1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni ta' obbligu meħtieġ minn kuntratt li ngħata jew ġie konkluż qabel it-19 ta' Jannar 2012, sakemm il-persuna jew l-entità, li jkunu qegħdin ifitxu li jirrikorru għal dan l-Artikolu, ikunu nnotifikaw, tal-inqas 21 jum kalendarju minn qabel, l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti, kif identifikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness III.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kuntratt għandu jitqies bħala ’mogħti’ lil persuna jew entità jekk konferma espressa bil-miktub, tal-għotja tal-kuntratt li persuna jew entità, tkun intbagħtet mill-parti kontraenti l-oħra, wara l-konklużjonijiet ta' proċess formali tal-offerti.

Artikolu 11

Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, karti tal-flus u muniti ġodda b’denominazzjoni Sirjana, stampati fl-Unjoni, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja.

KAPITOLU III

RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROĠETTI TAL-INFRASTRUTTURA

Artikolu 12

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew teknoloġija li ser jiġu użati fil-bini jew l-installazzjoni fis-Sirja ta' impjanti ġodda tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku, kif elenkat fl-Anness VII;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna finanzjarja jew teknika fir-rigward ta' kwalunkwe proġett msemmi fil-punt (a).

2.   Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta' obbligu meħtieġ minn kuntratt jew ftehim li ġie konkluż qabel it-19 ta' Jannar 2012, sakemm il-persuna jew l-entità li jkunu qegħdin ifitxu li jirrikorru għal dan l-Artikolu, ikunu nnotifikaw, tal-inqas 21 jum kalendarju minn qabel, l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti, kif identifikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness III.

KAPITOLU IV

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-IFFINANZJAR TA’ ĊERTI INTRAPRIŻI

Artikolu 13

1.   Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta’ kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju lil kwlunkwe persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

ix-xiri jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni fi kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

(c)

il-ħolqien ta’ kwalunkwe impriża konġunta ma’ kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) (b) jew (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani involuti:

(a)

fit-tiftix, il-produzzjoni jew ir-raffinar taż-żejt mhux maħdum; jew;

(b)

il-bini jew l-installazzjoni ta' impjanti ġodda tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 biss, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

’esplorazzjoni ta’ żejt mhux maħdum’ tinkludi l-esplorazzjoni għar-riservi taż-żejt mhux maħdum, u t-tiftix u l-ġestjoni tagħhom, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ġeoloġiċi marbuta ma’ tali riservi;

(b)

’raffinar taż-żejt mhux maħdum’ tfisser l-ipproċċessar, il-kondizzjonament jew it-tħejjija taż-żejt għall-bejgħ finali tal-karburanti.

4.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1:

(a)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li joħroġ minn kuntratti jew ftehimiet relatati ma':

(i)

l-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew l-irfinar taż-żejt mhux maħdum, konklużi qabel it-23 ta' Settembru 2011;

(ii)

il-kostruzzjoni jew l-installazzjoni ta' impjanti ġodda tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku konklużi qabel it-19 ta' Jannar 2012.

(b)

ma għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni relatata ma':

(i)

l-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew l-irfinar taż-żejt mhux maħdum, jekk tali estensjoni tkun obbligu skont ftehim konkluż qabel it-23 ta’ Settembru 2011;

(ii)

il-kostruzzjoni jew l-installazzjoni ta' impjanti ġodda tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku jekk tali estensjoni tkun obbligu skont ftehim konkluż qabel it-19 ta' Jannar 2012.

KAPITOLU V

L-IFFRIŻAR TA’ FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 14

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta’, li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness II u IIa għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, b'mod dirett jew b'mod indirett, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u IIa.

3.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b'mod dirett jew b'mod indirett, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 15

1.   L-Annessi II u IIa għandhom jikkonsistu f'dan li ġej:

(a)

L-Anness II għandu jikkonsisti minn elenku ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenifikaw minn jew jappoġġaw ir-reġim, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet assoċjati magħhom, u li għalihom l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika;

(b)

L-Anness IIa għandu jikkonsisti minn lista ta' entitajiet li, skont l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala entitajiet assoċjati ma' persuni jew entitajiet responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, jew persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew jappoġġaw ir-reġim, u li għalihom l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament għandu japplika.

2.   L-Annessi II u IIa għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi kkonċernati fil-lista.

3.   L-Annessi II u IIa għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 16

B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont il-kondizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi II u IIa u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizzi għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;

(e)

maħsuba sabiex jitħallsu fi jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;

(f)

meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew evakwazzjonijiet mis-Sirja.

l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 17

B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont il-kondizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvediment ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu meħtieġa għall-ħtiġijiet essenzjali tal-enerġija tal-popolazzjoni ċivili tas-Sirja, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat għal kull kuntratt ta' kunsinna r-raġunijiet li għalihom hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas erba' ġimgħat qabel l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 18

B'deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 14 jkun/tkun ġie/ġiet inkluż(a) fl-Anness II u IIa, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw it-talbiet assigurati b’tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fi żmien il-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew IIa; u

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.

Artikolu 19

1.   L-Artikolu 14(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew kreati qabel id-data li fiha dak il-kont sar soġġett għal dan ir-Regolament,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 14(1).

2.   L-Artikolu 14(2) ma għandux iwaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti relevanti dwar tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

Artikolu 20

B’deroga mill-Artikolu 14, u fil-każ li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew IIa jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż sad-data li fiha dik il-persuna, entità jew korp tkun jew ikun ġiet/ġie elenkat/a, jew fil-każ ta’ xi obbligu, li jkun oriġina minn qabel dik id-data, għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Aness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm ma tkunx persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 14 li tirċievi l-pagament.

Artikolu 21

B'deroga mill-Artikolu 14(1), entità elenkata fl-Anness IIa tista' għal perjodu ta' xahrejn mid-data li fiha hija tkun ġiet identifikata tagħmel pagament mill-fondi ffriżati jew mir-riżorsi ekonomiċi li din l-entità tkun irċeviet wara d-data li fiha hija ġiet identifikata, sakemm:

(a)

tali pagament ikun dovut b'riżultat ta' kuntratt ta' negozju; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti tkun iddeterminat li l-pagament ma jkunux se jirċevuh, b'mod dirett jew b'mod indirett, persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew fl-Anness IIa.

Artikolu 22

L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta’ negliġenza.

KAPITOLU VI

RESTRIZZJONIJIET FUQ TRASFERIMENTI TA' FONDI U FUQ SERVIZZI FINANZJARJI

Artikolu 23

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu:

(a)

jiġi pprojbit milli jagħmel kwalunkwe żborż jew ħlas skont jew b'rabta ma' kwalunkwe ftehimiet ta' self eżistenti li jkunu saru bejn l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità pubblika tiegħu u l-BEI; u

(b)

jissuspendi l-Kuntratti dwar Servizzi ta' Għajnuna Teknika eżistenti kollha li jirrigwardaw proġetti ffinanzjati skont il-ftehimiet tas-self msemmija fil-punt (a), u li huma maħsuba għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-Istat ts-Sirja jew ta' kwalunkwe awtorita' pubblika tiegħu li għandu jitwettaq fis-Sirja.

Artikolu 24

Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-bejgħ jew ix-xiri ta' bonds pubbliċi jew bonds garantiti pubblikament maħruġa wara 19 ta' Jannar 2012, b'mod dirett jew b'mod indirett, lil jew mingħand kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

l-Istat tas-Sirja jew jew il-Gvern tiegħu, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu;

(ii)

kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tas-Sirja:

(iii)

persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija f’(i) jew (ii);

(iv)

persuna ġuridika, entità jew korp proprjetà ta' jew ikkontrollati minn persuna, entità jew korp imsemmija f’(i), (ii) jew (iii);

(b)

l-għoti ta' servizzi ta' senserija fir-rigward ta' bonds pubbliċi jew bonds garantiti pubblikament maħruġa wara 19 ta' Jannar 2012, lil persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (a);

(c)

l-għajnuna lil persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (a) sabiex joħorġu bonds pubbliċi jew garantiti pubblikament, billi jiġu provduti b'servizzi ta' senserija, reklamar jew kwalunkwe servizz ieħor fir-rigward ta' tali bonds.

Artikolu 25

1.   Għandu jiġi pprojbit għal istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 35 li:

(a)

jiftħu kont bankarju ġdid ma' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja;

(b)

li jistabbilixxu relazzjoni bankarja korrispondenti ġdida ma' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja,

(c)

li jiftħu uffiċċju rappreżentattiv ġdid fis-Sirja jew jistabbilixxu fergħa jew sussidjarja ġdida fis-Sirja;

(d)

li jistabbilixxu impriża konġunta ġdida ma' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja.

2.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta' uffiċċju rappreżentattiv jew tal-istabbiliment ta' fergħa jew sussidjarja fl-Unjoni ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja;

(b)

il-konklużjoni ta’ ftehimiet għal, jew f'isem, kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja, li jirrigwardaw il-ftuħ ta' uffiċċju rappreżentattiv jew l-istabbiliment ta' fergħa jew sussidjarja fl-Unjoni;

(c)

l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-ftuħ u għat-twettiq ta' negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja għal kwalunkwe negozju ieħor li jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel, minn uffiċċju rappreżentattiv, fergħa jew sussidjarja ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tas-Sirja, jekk l-uffiċċju rappreżentattiv, fergħa jew sussidjarja ma kinux operattivi qabel 19 ta' Jannar 2012.

(d)

l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jew l-akkwist ta’ kwalunkwe interess ieħor ta' sjieda f'istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 35 minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu tas-Sirja.

Artikolu 26

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-provvediment ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil:

(i)

l-Istat tas-Sirja, il-Gvern tiegħu, il-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

(ii)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp meta jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija f’(i).

(b)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjoni fil-punt (a).

2.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għall-provvediment ta' assigurazzjoni obbligatorja jew tal-parti terza lil persuni, entitajiet jew korpi Sirjani bbażati fl-Unjoni jew għall-provvediment ta' assigurazzjoni għal missjonijiet diplomatiċi jew konsulari Sirjani fl-Unjoni.

3.   Il-punt (ii) tal-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għall-provvediment ta' assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni fuq is-saħħa u dik fuq l-ivvjaġġar, lil individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom, u r-riassigurazzjoni relatata ma' dan.

Il-punt (ii) tal-paragrafu 1(a) ma għandux jimpedixxi l-provvediment ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lill-proprjetarju ta' bastiment, inġenju tal-ajru jew vettura chartered minn persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1(a) u li mhumiex elenkati fl-Anness II jew IIa.

Għall-fini tal-punt (ii) tal-paragrafu 1(a), persuna, entità jew korp ma għandhomx jitqiesu li qed jaġixxu fuq ordni ta' persuna, entità jew korp imsemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1(a) fejn dik l-ordni tkun għall-finijiet ta' ttrakkar, tgħabbija, ħatt jew transitu sikur ta' bastiment jew inġenju tal-ajru li jinsabu temporanjament fl-ilmijiet jew fl-ispazju tal-ajru Sirjani.

4.   Dan l-Artikolu jipprojbixxi l-estensjoni jew it-tiġdid ta' ftehimiet tal-assigurazzjoni jew ta' riassigurazzjoni milħuqa qabel 19 ta' Jannar 2012 (għajr fejn ikun hemm obbligu kuntrattwali preċedenti min-naħa tal-assiguratur jew tar-riassiguratur li jaċċettaw estensjoni jew tiġdid ta' polza), iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), ma jipprojbixxix il-konformità ma' ftehimiet konklużi qabel dik id-data.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 27

Ma għandhom jingħataw l-ebda pretensjonijiet, inklużi għal kumpens jew indemnifikazzjoni jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' din ix-xorta, bħal pretensjoni għal tpaċija, multi jew pretensjonijiet taħt garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta' bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta' kreditu jew minn strumenti simili b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li l-eżekuzzjoni tagħhom ikun intlaqat, b'mod dirett jew b'mod indirett, kollu jew parti minnu, bil-miżuri imposti permezz ta' dan ir-Regolament, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li li tikklejma permezz tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom.

Artikolu 28

Il-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx jagħtu lok għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 29

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 14, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ dinl-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe tagħrif li jingħata jew li jiġi riċevut skont dan l-Artikolu għandu jintuża biss għall-finijiet li għalihom ikun ġie pprovdut jew riċevut.

Artikolu 30

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom ifronu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti, b'rabta ma' dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 31

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness III abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 32

1.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 14, huwa għandu jemenda l-Anness II jew l-Anness IIa skont dan.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod dirett, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, biex b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħata l-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp skont il-każ.

4.   Il-listi fl-Annessi II u IIa jiġu riveduti f'intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 33

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara 19 ta' Jannar 2012 u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 34

F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta' komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness III.

Artikolu 35

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment skont il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq, b’mod sħiħ jew parzjali, fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 36

Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa mħassar.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56

(2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1

(3)  Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011 (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 1), (UE) Nru 950/2011 (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 3), (UE) Nru 1011/2011 (ĠU L 269, 14.10.2011, p. 18), (UE) Nru 1150/2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 1).

(4)  Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011 (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 45), (UE) Nru 611/2011 (ĠU L 164, 24.6.2011, p. 1), (UE) Nru 755/2011 (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 33), (UE) Nru 843/2011 (ĠU L 218, 24.8.2011, p. 1), (UE) Nru 1151/2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 3).

(5)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 91), Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK (ĠU L 164, 24.6.2011, p. 14), Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 74), Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK (ĠU L 218, 24.8.2011, p. 20), Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 16), Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 17), Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK (ĠU L 269, 14.10.2011, p. 33), Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 53), Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 55).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(12)  ĠU C 86, 18.3.2011, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ TAGĦMIR LI JISTA’ JINTUŻA GĦAL REPRESSJONI INTERNA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 2 U 3

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-LM 1 u l-LM 2 tal-Lista Militari Komuni;

1.2

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

1.3

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1

Vejikoli mgħammra b’kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2

Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3

Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta' kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4

Vejikoli ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

3.5

Vetturi mfassla speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1

Dan l-oġġett ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament imfassla għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-oġġett 3.5 t-terminu "vetturi" jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1

Tagħmir u apparat imfassla speċifikament biex iqabbad splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti mfassla speċifikament għalihom; minbarra dawk imfassla speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2

Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

(a)

amatol;

(b)

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5% nitroġenu);

(c)

nitroglikol;

(d)

tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

(e)

klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1

Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

5.2

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir imfassal speċifikament għal attivitajiet sportivi;

tagħmir imfassal speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u software imfassal speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.


ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLI 14 U 15(1)(A)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Bashar Al-Assad

Twieled fil-11 ta' Settembru 1965 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D1903

President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni vjolenti kontra d-dimostranti

23.05.2011

2.

Maher (a.k.a. Mahir) Al-Assad

Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; Nru tal-passaport diplomatiku 4138

Kmandant tar-raba’(4) Diviżjoni Armata tal-Armata, membru tal-Ba’ath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti

09.05.2011

3.

Ali Mamluk (a.k.a. Mamlouk)

Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983

Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

4.

Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar (a.k.a. Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

 

Ministru tal-Intern; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

5.

Atej (a.k.a. Atef, Atif) Najib

 

Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Dara’a; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

6.

Hafiz Makhluf (a.k.a. Hafez Makhlouf)

Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246

Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

7.

Muhammad Dib Zaytun (a.k.a. Mohammed Dib Zeitoun)

Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damas; Nru tal-passaport diplomatiku D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

8.

Amjad Al-Abbas

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

09.05.2011

9.

Rami Makhlouf

Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224

Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir Al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jiffinanzja r-reġim li jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

09.05.2011

10.

Abd Al-Fatah Qudsiyah

Twieled fl-1953 f'Hama Nru tal-passaport diplomatiku D0005788

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI); involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

09.05.2011

11.

Jamil Hassan

 

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

09.05.2011

12.

Rustum Ghazali

Twieled fit-3 ta' Mejju 1953 f'Dara’a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

09.05.2011

13.

Fawwaz Al-Assad

Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238

Involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha

09.05.2011

14.

Munzir Al-Assad

Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nri tal-passaport 86449 u 842781

Involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha

09.05.2011

15.

Asif Shawkat

Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus

Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u r-Reconnaissance; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

16.

Hisham Ikhtiyar

Twieled fl-1941

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

17.

Faruq Al Shar’

Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938

Viċi President tas-Sirja; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

18.

Muhammad Nasif Khayrbik

Twieled fl-10 ta' April 1937 (jew fl-20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250

Deputat Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtà Nazzjonali, involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

19.

Mohamed Hamcho

Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport 002954347

Ħaten Maher Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

20.

Iyad (a.k.a. Eyad) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740

Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

21.

Bassam Al Hassan

 

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

22.

Dawud Rajiha

 

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fil-vjolenza tad-dimostranti paċifiċi.

23.05.2011

23.

Ihab (a.k.a. Ehab, Iehab) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852

Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf; jiffinanzja r-reġim li jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

24.

Zoulhima Chaliche (Dhu al-Himma Shalish)

Twieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha

Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

23.6.2011

25.

Riyad Chaliche (Riyad Shalish)

 

Direttur tal-Military Housing Establishment; jiffinanzja r-reġim; prim kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

23.6.2011

26.

Kmandant Brigadier Mohammad Ali Jafari (a.k.a Ja’fari, Aziz; a.k.a. Jafari, Ali; a.k.a. Jafari, Mohammad Ali; a.k.a. Ja’fari, Mohammad Ali; a.k.a. Jafari-Najafabadi, Mohammad Ali)

Twieled fl-1 ta' Settembru 1957 f'Yazd, l-Iran.

Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani (a.k.a. Qasim Soleimany)

 

Kmandant tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan, IRGC – Qods, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

28.

Hossein Taeb (a.k.a. Taeb, Hassan; a.k.a. Taeb, Hosein; a.k.a. Taeb, Hossein; a.k.a. Taeb, Hussayn; a.k.a. Hojjatoleslam Hossein Ta'eb)

Twieled fl-1963 f'Tehran, l-Iran.

Deputat Kmandant għall-Intelligence tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

29.

Khalid Qaddur

 

Assoċjat fin-negozju ta' Maher Al-Assad; jiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

30.

Ra’if Al-Quwatli (a.k.a. Ri’af Al-Quwatli)

 

Assoċjat fin-negozju ta' Maher Al-Assad; tiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

31.

Mohammad Mufleh

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni vjolenti kontra d-dimostranti.

1.8.2011

32.

Maġġur Ġenerali Tawfiq Younes

 

Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

33.

Mohammed Makhlouf (a.k.a. Abu Rami)

Twieled fid-19 ta' Ottubru 1932 f'Latakia, is-Sirja

Assoċjat mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad. Assoċjat fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf.

1.8.2011

34.

Ayman Jabir

Twieled f'Latakia

Assoċjat ta' Mahir al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizzja ta' Shabiha.

1.8.2011

35.

Ġeneral Ali Habib Mahmoud

Twieled fl-1939, f'Tartous. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009

Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

36.

Hayel Al-Assad

 

Assistent ta’ Maher Al-Assad, Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-raba’(4) diviżjoni tal-armata, involuta fir-ripressjoni.

23.8.2011

37.

Ali Al-Salim

 

Direttur tal-uffiċċju tal-provvisti tal-Ministeru Sirjan tad-Difiża, punt ta' dħul għall-armi kollha li jaslu għall-armata Sirjana.

23.8.2011

38.

Nizar Al-Assad

(Image)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; qabel kien il-kap tal-kumpanija “Nizar Oilfield Supplies”.

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

39.

Brigadier-Ġenerali Rafiq Shahadah

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

40.

Brigadier-Ġenerali Jamea Jamea (Jami Jami)

 

Kap ta’ Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f’Dayr az-Zor. Involut b’mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f’ Dayr az-Zor u Alboukamal.

23.8.2011

41.

Hassan Bin-Ali Al-Turkmani

Twieled fl-1935 fl-Aleppo

Deputat Viċi Ministru, qabel kien Ministru tad-Difiża, Mibgħut Speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

42.

Muhammad Said Bukhaytan

 

Assistent Segretarju Reġjonali tal-Partit Soċjalista Għarbi ta' Ba’ath sa mill-2005, bejn l-2000-2005 Direttur għas-sigurtà nazzjonali tal-partit reġjonali ta' Ba’ath. Qabel kien Gvernatur ta' Hama (1998-2000). Assoċjat mill-qrib tal-President Bashar Al-Assad u Maher Al-Assad. Kien jieħu deċiżjonijiet fir-reġim dwar ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

43.

Ali Douba

 

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali għall-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

44.

Brigadier-Ġenerali Nawful Al-Husayn

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

45.

Brigadier Husam Sukkar

 

Konsulent Presidenzjali dwar Affarijiet ta' Sigurtà. Konsulent Presidenzjali għar-ripressjoni u l-vjolenza tal-aġenziji ta' sigurtà kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

46.

Brigadier-Ġenerali Muhammed Zamrini

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

47.

Logutenent Ġenerali Munir Adanov (Adnuf)

 

Deputat Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

48.

Brigadier-Ġenerali Ghassan Khalil

 

Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (GID). Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

49.

Mohammed Jabir

Twieled f'Latakia

Il-milizzja ta' Shabiha. Assoċjat ta' Maher Al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut b'mod dirett fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizzja ta' Shabiha.

23.8.2011

50.

Samir Hassan

 

Assoċjat qrib fin-negonzju ta' Maher Al-Assad; Magħruf li jgħin finanzjarjament ir-Reġim Sirjan.

23.8.2011

51.

Fares Chehabi (Fares Shihabi)

 

President tal-Kamra tal-Industrija ta' Aleppo. Jiffinanzja r-reġim Sirjan.

2.09.2011

52.

Emad Ghraiwati

Twieled f'Marzu 1959 f'Damasku, is-Sirja

President tal-Kamra tal-Industrija ta' Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jiffinanzja r-reġim Sirjan.

2.9.2011

53.

Tarif Akhras

Twieled fl-1949 f'Homs, is-Sirja

Fundatur tal-Akhras Group (prodotti bażiċi, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jiffinanzja r-reġim Sirjan.

2.9.2011

54.

Issam Anbouba

Twieled fl-1949 f'Latakia, is-Sirja

President ta' Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jiffinanzja r-reġim Sirjan.

2.9.2011

55.

Tayseer Qala Awwad

Twieled fl-1943 f'Damasku

Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż billi appoġġja l-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu.

23.09.2011

56.

Dr Adnan Hassan Mahmoud

Twieled fl-1966 f'Tartous

Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu.

23.09.2011

57.

Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad

 

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti fis-Sirja.

14.11.2011

58.

Kulunell Lu’ai al-Ali

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa, Dara’a. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara’a.

14.11.2011

59.

Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub

 

Deputat Kap tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti fis-Sirja.

14.11.2011

60.

Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj

 

Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti fis-Sirja.

14.11.2011

61.

General Aous (Aws) Aslan

Twieled fl-1958

Kap ta' Battaljun fil-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher Al-Assad u tal-President Al-Assad. Involut fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

62.

Ġeneral Ghassan Belal

 

Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba’(4) Diviżjoni. Konsulent ta’ Maher Al-Assad u koordinatur tal-operazzjonijiet ta’ sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

63.

Abdullah Berri

 

Kap tal-milizzji tal-familja Berri. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Aleppo.

14.11.2011

64.

George Chaoui

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Involut fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

65.

Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad

 

Deputat Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza fis-Sirja u għall-intimidazzjoni u għat-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

66.

Amar Ismael

 

Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Involut fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

67.

Mujahed Ismail

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Involut fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

68.

Saqr Khayr Bek

 

Deputat Ministru tal-Intern. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

69.

Maġġur Ġenerali Nazih

 

Deputat Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza fis-Sirja u għall-intimidazzjoni u għat-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

70.

Kifah Moulhem

 

Kmandant ta’ battaljun fir-raba’(4) Diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f’Deïr el-Zor.

14.11.2011

71.

Maġġur Ġenerali Wajih Mahmud

 

Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs.

14.11.2011

72.

Bassam Sabbagh

Twieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damasku. Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, Midani Building, Damasku. Passaport Sirjan Nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014

Membru tal-Paris Bar.

Kap tal-uffiċju legali Sabbagh & Associates (Damasku). Konsulent legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf u Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini reali f'Latakia. Jiffinanżja ir-reġim.

14.11.2011

73.

Logutenent Ġenerali Mustafa Tlass

 

Deputat Kap tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti fis-Sirja.

14.11.2011

74.

Maġġur Ġenerali Fu’ad Tawil

 

Deputat Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza fis-Sirja u għall-intimidazzjoni u għat-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

75.

Mohammad Al-Jleilati

Twieled fl-1945 f'Damasku

Ministru tal-Finanzi; Responsabbli għall-ekonomija Sirjana.

1.12.2011

76.

Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar

Twieled fl-1956 f'Aleppo

Ministru tal-Ekonomija u tal-Kummerċ. Responsabbli għall-ekonomija Sirjana.

1.12.2011

77.

Logutenent Ġenerali Fahid Al-Jassim

 

Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

78.

Maġġur Ġenerali Ibrahim Al-Hassan

 

Deputat Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

79.

Brigadier Khalil Zghraybih

 

L-14-il Diviżjoni. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

80.

Brigadier Ali Barakat

 

Il-103 Brigada tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

81.

Brigadier Talal Makhluf

 

Il-103 Brigada tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

82.

Brigadier Nazih Hassun

 

Intelligence tal-Forza tal-Arju Sirjana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

83.

Kaptan Maan Jdiid

 

Gwardja Presidenzjali. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

84.

Muahmamd Al-Shaar

 

Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

85.

Khald Al-Taweel

 

Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

86.

Ghiath Fayad

 

Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Bena Properties

 

Ikkontrollata minn Rami Makhlouf; tiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (a.k.a. Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

P.O. Box 108, Damasku

Tel: 963 112110059 / 963 112110043

Faks: 963 933333149

Ikkontrollata minn Rami Makhlouf; tiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

3.

Hamcho International (Hamsho International Group)

Baghdad, Street, P.O. Box 8254, Damasku

Tel: 963 112316675

Faks: 963 112318875

Websajt: www.hamshointl.com

Email: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com

Ikkontrollata minn Mohammad Hamcho jew Hamsho; tiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

4.

Military Housing Establishment (a.k.a. MILIHOUSE)

 

Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi kkontrollata minn Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża; tiffinanzja r-reġim.

23.6.2011

5.

Direttorat tas-Sigurtà Politika.

 

Aġenzija tal-Gvern Sirjan involuta b'mod dirett fir-ripressjoni.

23.8.2011

6.

Direttorat tal-Intelligence Ġenerali

 

Aġenzija tal-Gvern Sirjan involuta b'mod dirett fir-ripressjoni.

23.8.2011

7.

Direttorat tal-Intelligence Militari

 

Aġenzija tal-Gvern Sirjan involuta b'mod dirett fir-ripressjoni.

23.8.2011

8.

Aġenzija tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru

 

Aġenzija tal-Gvern Sirjan involuta b'mod dirett fir-ripressjoni.

23.8.2011

9.

IRGC Qods Force (Quds Force)

Teheran, l-Iran

Il-Forza Qods (jew Quds) hija taqsima esperta tal-Korp tal-Gwardja tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Il-Forza Qods hija involuta fil-forniment ta' tagħmir u appoġġ biex tgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan protesti fis-Sirja. Il-Forza Qods tal-IRGC ipprovdiet għajnuna teknika, tagħmir u appoġġ lis-servizzi tas-sigurtà Sirjani biex irażżnu movimenti ta' protesti ċivili

23.8.2011

10.

Mada Transport

Sussidjarja ta' Cham Holding (Sehanya Dara’a Highway, P.O. Box 9525

Tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

11.

Cham Investment Group

Sussidjarja ta' Cham Holding (Sehanya Dara’a Highway, P.O. Box 9525

Tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

12.

Real Estate Bank

Insurance Bldg- Yousef Al-Azmeh Square, Damasku P.O. Box: 2337 Damasku, ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Tel: (+963) 11 2456777 u 2218602

Faks: (+963) 11 2237938 u 2211186

Email tal-Bank: Publicrelations@reb.sy,

Websajt: www.reb.sy

Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

2.09.2011

13.

Addounia TV (a.k.a. Dounia TV)

Tel: +963-11-5667274, +963-11-5667271,

Faks: +963-11-5667272

Websajt: http://www.addounia.tv

Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.09.2011

14.

Cham Holding

Cham Holding Building Daraa Highway - Ashrafiyat Sahnaya Rif Dimashq – Is-Sirja P.O. Box 9525

Tel +963 (11) 9962 +963 (11) 668 14000 +963 (11) 673 1044

Faks +963 (11) 673 1274

Email: info@chamholding.sy

Website:www.chamholding.sy

Ikkontrollata minn Rami Makhlouf; l-akbar kumpannija holding fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim.

23.09.2011

15.

El-Tel Co. (El-Tel Middle East Company)

Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O. Box 13052, Damasku – is-Sirja

Tel: +963-11-2212345

Faks: +963-11-44694450

Email: sales@eltelme.com

Websajt: www.eltelme.com

Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Armata.

23.09.2011

16.

Ramak Constructions Co.

Indirizz: Dara’a Highway, Damasku, is-Sirja

Tel: +963-11-6858111

Mobile: +963-933-240231

Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati.

23.09.2011

17.

Souruh Company (a.k.a. SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone Area Damasku, is-Sirja

Tel: +963-11-5327266

Mobile: +963-933-526812 +963-932-878282

Faks: +963-11-5316396

Email: sorohco@gmail.com

Websajt: http://sites.google.com/site/sorohco

Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100 % tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf.

23.09.2011

18.

Syriatel

Thawra Street, Ste Building 6th Floor, BP 2900

Tel: +963 11 61 26 270

Faks: +963 11 23 73 97 19

Email: info@syriatel.com.sy;

Websajt: http://syriatel.sy/

Ikkontrollata minn Rami Makhlouf; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.09.2011

19.

Cham Press TV

Al Qudsi building, 2nd Floor - Baramkeh - Damasku

Tel: +963 - 11- 2260805

Faks: +963 - 11 - 2260806

Email: mail@champress.com

Websajt: www.champress.net

Stazzjonijiet tat-televiżjoni li jipparteċipaw fil-kampanji biex ixandru informazzjoni ħażinau jinċitaw il-vjolenza kontra d-dimostranti.

1.12.2011

20.

Al Watan

Al Watan Newspaper - Damasku – Iż-Żona Mingħajr Dazju

Tel: 00963 11 2137400

Faks: 00963 11 2139928

Stazzjonijiet tat-televiżjoni li jipparteċipaw fil-kampanji biex ixandru informazzjoni ħażina u jinċitaw il-vjolenza kontra d-dimostranti.

1.12.2011

21.

Centre d’études et de recherches syrien (CERS) (CERS, Centre d’Etude et de Recherche Scientifique; SSRC, Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi; Centre de Recherche de Kaboun

Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damasku

Tipprovdi appoġġ lill-armata Sirjana għall-akkwist tat-tagħmir użat b'mod dirett għas-sorveljanza u għar-ripressjoni tad-dimostranti.

1.12.2011

22.

Business Lab

Maysat Square, Al Rasafi Street Bldg. 9, P.O. Box 7155, Damasku

Tel: 963112725499

Faks: 963112725399

Kumpanija fittizja għall-akkwist ta' tagħmir sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

23.

Industrial Solutions

Baghdad Street 5, P.O. Box 6394, Damasku

Tel/Faks: 963114471080

Kumpanija fittizja għall-akkwist ta' tagħmir sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

24.

Mechanical Construction Factory (MCF)

P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damasku

Kumpanija fittizja għall-akkwist ta' tagħmir sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

25.

Syronics – Syrian Arab Co. għall-Industrji tal-Elettriku

Kaboon Street, P.O. Box 5966, Damasku

Tel.-Nru.: +963-11-5111352

Faks: +963-11-5110117

Kumpanija fittizja għall-akkwist ta' tagħmir sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

26.

Handasieh – Organizzazzjoni għall-Industrji tal-Inġenerija

P.O. Box 5966, Abou Bakr Al-Seddeq St., Damasku

u P.O. Box 2849 Al-Moutanabi Street, Damasku

u P.O. Box 21120 Baramkeh, Damasku

Tel: 963112121816 – 963112121834 – 963112214650 – 963112212743 - 963115110117

Kumpanija fittizja għall-akkwist ta' tagħmir sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

27.

Syria Trading Oil Company (Sytrol)

Il-Bini tal-Prim Ministru, 17 Street Nissan, Damasku, is-Sirja.

Kumpanija kkontrollata lill-Istat responsabbli għall-esportazzjoni taż-żejt mis-Sirja. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

1.12.2011

28.

General Petroleum Corporation (GPC)

New Sham - Building of Syrian Oil Company, P.O. Box 60694, Damasku, is-Sirja

Tel: 963113141635

Faks: 963113141634

Email: info@gpc-sy.com

Kumpanija kkontrollata mill-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

1.12.2011

29.

Al Furat Petroleum Company

Dummar - New Sham - Western Dummer 1st. Island -Property 2299- AFPC Building

P.O. Box 7660, Damasku – is-Sirja.

Tel: 00963-11- (6183333), 00963-11- (31913333)

Faks: 00963-11- (6184444), 00963-11- (31914444)

afpc@afpc.net.sy

Impriża konġunta b'50 % proprjetà ta' GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

1.12.2011

ANNESS IIa

LISTA TA’ PERSUNI, ENTITATJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 14 U 15(1)(B)

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Bank Kummerċjali tas-Sirja

Fergħa ta' Damasku, P.O. Box 2231, Moawiya St., Damasku, is-Sirja;- P.O. Box 933, Yousef Azmeh Square, Damasku, is-Sirja;

Fergħa ta' Aleppo, P.O. Box 2, Kastel Hajjarin St., Aleppo, is-Sirja; SWIFT/BIC CMSY SY DAl-uffiċji globali kollha [NPWMD]

Websajt: http://cbs-bank.sy/En-index.php

Tel: +963 11 2218890

Faks: +963 11 2216975

amministrazzjoni ġenerali: dir.cbs@mail.sy

Bank proprjetà tal-Istat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

13.10.2011


ANNESS III

LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FL-ISTATI MEMBRI U INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

A.

Awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru:

 

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

 

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

 

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

 

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.

Indirizz għall-komunikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles / Brussel

Il-Belġju

Email: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel: +(32 2) 295 55 85


ANNESS IV

LISTA TA' “ŻEJT MHUX MAĦDUM U PRODOTTI PETROLIFIĊI” MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

2709 00

Żjut tal-petroleum u żjut miksuba minn minerali bituminużi, mhux maħduma

2710

Żjut tal-petroleum u żjut miksuba minn minerali bituminużi, għajr dawk mhux maħduma; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li skont il-piż ikunu 70 % jew aktar żjut tal-petroleum u żjut miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut (ħlief għax-xiri, fis-Sirja, ta' pitrolju, karburant tal-avjazzjoni kodiċi NM 2710 19 21 li mhuwiex projbit, sakemm ikun hemm l-intenzjoni, u jkun se jiġi użat biss, għall-finijiet li l-ajruplan mgħobbi biha jkompli f'titjirtu).

2712

Vażelina; xema' tal-paraffina, xema' mikrokristallina taż-żejt, xema' nofsha raffinata b'kontenut għoli ta' żejt (slack wax), ożokerit, ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta' sinteżi jew permezz ta' proċessi oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex.

2713

Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta’ żjut minerali (petroleum) jew ta’ żjut miksuba minn minerali bituminużi.

2714

Bitum u asfalt, naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel taż-żift; asphaltites u blat asfalitiku.

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta’ żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (pereżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”).


ANNESS V

TAGĦMIR, TEKNOLOĠIJA U SOFTWARE IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nota Ġenerali

Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa mhux ser japplika għal:

(a)

tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness 1 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 (1) jew il-Lista Militari Komuni; jew

(b)

software li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubblika billi jinbiegħu mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

(i)

transazzjonijiet mhux regolati (over the counter);

(ii)

transazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bil-posta;

(iii)

transazzjonijiet elettroniċi; jew

(iv)

transazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefon; jew

(c)

software li huwa fid-dominju pubbliku.

Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.

It-tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikolu 4 huwa:

A.

Lista ta' tagħmir

Tagħmir ta' Spezzjoni Deep Packet

Tagħmir ta' Interċettar ta' Netwerk li jinkludu Tagħmir ta' Ġestjoni tal-Interċettar (IMS) u tagħmir ta' Data Retention Link Intelligence

Tagħmir ta' monitoraġġ tal-Frekwenzi tar-Radju

Tagħmir ta' ġġammjar ta' Netwerks u Satelliti

Tagħmir ta' Infettar Telekomandat

Tagħmir ta' għarfien/ipproċessar tal-kelliem

Tagħmir ta' interċettar u monitoraġġ IMSI (2)/ MSISDN (3)/ IMEI (4)/ TMSI (5)

Tagħmir tattiċi ta' interċettar u monitoraġġ SMS (6)/GSM (7)/GPS (8)/GPRS (9)/UMTS (10)/CDMA (11)/PSTN (12)

Tagħmir ta' interċettar u monitoraġġ tal-informazzjoni DHCP (13)/SMTP (14)/GTP (15)

Tagħmir ta' għarfien ta' xejriet u klassifikazzjoni ta' xejriet

Tagħmir forensiku minn distanza

Tagħmir ta' inġenji għall-ipproċessar semantiku

Tagħmir ta' tiftix u ta' dekodifikazzjoni WEP u WPA

Tagħmir ta' interċettar għall-protokolli proprjetarji u standard tal-VoIP

B.

Mhux użat

C.

Mhux użat

D.

"Software" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

E.

"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.

Għall-fini ta' dan l-Anness, il-“monitoraġġ” ifisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, l-irrekordjar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tas-sejħa jew id-data tan-netwerk.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal- 5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

(2)  IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Hija kodiċi unika ta' identifikazzjoni għal kull tagħmir ta' telefonija mobbli, integrata fis-SIM card u li tippermetti l-identifikar ta' tali SIM permezz ta' netwerks ta' GSM u UMTS.

(3)  MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru li jidentifika b'mod uniku abbonament f'netwerk ta' telefonija mobbli GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trasmessi minn għandu.

(4)  IMEI tirreferi għal International Mobile Equipment Identity (identità internazzjonali tat-tagħmir mobbli. Huwa numru, ġeneralment uniku, biex jidentifika telefoni mobbli GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefoni satellitari. Normalment jinsab stampat fil-kompartiment tal-batterija tat-telefon. L-interċettar (interċettar tal-linji telefoniċi) jista' jiġi speċifikat min-numru IMEI tiegħu kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.

(5)  TMSI tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.

(6)  SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).

(7)  GSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).

(8)  GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).

(9)  GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).

(10)  UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).

(11)  CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).

(12)  PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).

(13)  DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).

(14)  SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).

(15)  GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.


ANNESS VI

LISTA TA' TAGĦMIR U TEKNOLOĠIJA EWLENIN MESMMIJA FL-ARTIKOLU 8

Noti Ġenerali

1.

L-iskop tal-projbizzjonjiet imsemmija f’dan l-Anness m’għandux jiġi nnewtralizzat mill-esportazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija mhux ipprojbita (inkluż impjant) li fihom komponent wieħed jew aktar li huma pprojbiti meta l-komponent jew il-komponenti pprojbiti jkunu l-element prinċipali tal-merkanzija u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal finijiet oħrajn.

N.B.:

Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien teknoloġiku u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew il-komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-merkanzija li qed jiġu akkwistati.

2.

Il-merkanzija speċifikata f’dan l-Anness tinkludi kemm merkanzija ġdida kif ukoll dik użata.

3.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ jinsabu f’nota teknika għall-oġġett relevanti.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)

1.

It-"Teknoloġija"“meħtieġa” għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' prodotti pprojbiti tibqa' pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

2.

Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata skont dan ir-Regolament.

3.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni "ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi.

Esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali

1.A   Tagħmir

1.

Tagħmir, vetturi, bastimenti u inġenji tal-ajru għall-analiżi ġeofiżiku li ġew imfassla jew adattati b'mod speċjali sabiex jiksbu dejta għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass flimkien mal-komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

2.

Sensuri mfassla b'mod speċjali għal operazzjonijiet fi ħdan il-bjar taż-żejt u tal-gass, inklużi sensuri użati għall-kejl matul it-tħaffir u t-tagħmir assoċjat imfassal b'mod speċjali sabiex tinkiseb u tinħażen dejta minn tali sensuri.

3.

Tagħmir ta' tħaffir imfassal għat-tħaffir ta' formazzjonijiet tal-blat, b'mod speċifiku għall-finijiet ta' esplorazzjoni għal, jew il-produzzjoni taż-żejt, gass u materjali idrokarburi oħrajn ta' oriġini naturali.

4.

Golji, pajpijiet għat-tħaffir, kullar tal-golja għat-tħaffir, ċentralizzaturi u tagħmir ieħor imfassal b'mod speċjali għall-użu fit-tagħmir u mat-tagħmir għat-tħaffir tal-bjar taż-żejt u tal-gass u miegħu.

5.

Drilling wellheads (l-istruttura fil-wiċċ tal-bir), ‧blowout preventers‧ (tagħmir li jipprevjeni l-iżbroffi), u l-hekk imsejħa ‧Christmas jew production trees‧ (muntaġġ ta' tagħmir għall-kontroll tal-fluss tal-fluwidi) u l-komponenti tagħhom imfassla b'mod speċjali, li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO għall-użu mal-bjar taż-żejt u tal-gass.

Noti tekniċi:

a.

‧Blowout preventer‧ huwa apparat li normalment jintuża mal-livell tal-art (jew jekk isir tħaffir taħt l-ilma, mal-livell ta' qiegħ il-baħar) matul it-tħaffir sabiex jiġi pprevenut il-ħruġ mhux ikkontrollat taż-żejt u/jew tal-gass mill-bir.

b.

‧Christmas tree jew production tree‧ huwa apparat li normalment jintuża sabiex jikkontrolla l-fluss ta' fluwidi mill-bir meta dan jitlesta u tkun bdiet il-produzzjoni taż-żejt u/jew tal-gass.

c.

Għall-finijiet ta' dan l-oġġett l-‧ispeċifikazzjoni tal-API u tal-ISO‧ tirreferi għall-ispeċifikazzjoni 6A, 16A, 17D u 11IW tal-American Petroleum Institute u/jew l-ispeċifikazzjoni 10423 u 13533 tal-International Standards Organisation blowout preventers, wellhead u Christmas trees għall-użu fuq il-bjar taż-żejt u/jew tal-gass.

6.

Pjattaformi għat-tħaffir u għall-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali.

7.

Bastimenti u braken li jinkorporaw tagħmir għat-tħaffir u/jew għall-ipproċessar taż-żejt, tali tagħmir jintuża għall-produzzjoni taż-żejt, gass u materjal ieħor li jieħu n-nar b'mod naturali.

8.

Separaturi ta' likwidu/gass li jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni 12J tal-API, imfassla b'mod speċjali sabiex jipproċessaw il-produzzjoni minn bir taż-żejt jew tal-gass, sabiex jisseparaw il-likwidi taż-żejt minn kwalunkwe ilma jew kwalunkwe gass mil-likwidi.

9.

Kumpressuri tal-gass bi pressjoni mfassla ta' 40 bar (PN 40 u/jew ANSI 300) jew aktar u b'kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' 300,000 Nm3/siegħa jew aktar, għall-ipproċessar inizjali u għat-trasmissjoni ta' gass naturali, esklużi kumpressuri tal-gass għall-pompi tal-mili ta' CNG (Gass Naturali Kkompressat), u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

10.

Tagħmir għall-kontroll tal-produzzjoni ta' taħt il-baħar u l-komponenti għalih li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO għall-użu fi bjar taż-żejt u tal-gass.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta' din l-iskrizzjoni, ‧l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO‧ tirreferi għall-ispeċifikazzjon 17F tal-American Petroleum Institute u/jew għall-ispeċifikazzjoni 13268 tal-Korp Internazzjonali ta' Standardizzazzjoni għas-sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni ta' taħt il-baħar.

11.

Pompi, kapaċità tipikament għolja u/jew pressjoni għolja (iżjed minn 0,3 m3 kull minuta u/jew 40bar), imfassla b'mod speċjali għall-ippumpjar ta' tajn u/jew siment fi bjar taż-żejt jew tal-gass.

1.B   Tagħmir għall-ittestjar u l-i spezzjoni tat-tagħmir

1.

Tagħmir imfassal b'mod speċjali sabiex jittieħdu kampjuni u jsiru testijiet u analiżi tal-proprjetajiet tal-tajn tat-tħaffir, tas-siment għall-bir taż-żejt u materjali oħrajn imfassla b'mod speċjali u/jew ifformulati għall-użu fil-bjar taż-żejt u tal-gass.

2.

Tagħmir imfassal b'mod speċjali sabiex jittieħdu kampjuni u jsiru testijiet u analiżi tal-proprjetajiet tal-kampjuni tal-blat, kampjuni f'forma likwida u f'forma ta' gass u materjali oħrajn meħuda minn bir taż-żejt u/jew tal-gass jew matul u wara t-tħaffir, jew mill-faċilitajiet għall-ipproċessar inizjali marbuta magħhom.

3.

Tagħmir imfassal b'mod speċjali għall-ġbir u l-interpretazzjoni ta' informazzjoni dwar il-kondizzjoni fiżika u mekkanika ta' bir taż-żejt u/jew tal-gass, u sabiex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet in situ tal-formazzjoni tal-blat u tal-ġibjun.

1.C   Materjali

1.

Tajn għat-tħaffir, addittivi tat-tajn tat-tħaffir u l-komponenti tagħhom li ġew ifformulati sabiex jiġu stabbilizzati l-bjar taż-żejt u tal-gass matul it-tħaffir, sabiex jittella' t-terrapien imħaffer (drill cuttings) għal fuq l-art u sabiex jiġi llubrifikat u jitkessaħ it-tagħmir ta' tħaffir fil-bir.

2.

Simenti u materjali oħrajn li jissodisfaw l-‧ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO‧ għall-użu fil-bjar taż-żejt u tal-gass.

Nota Teknika:

‧L-ispeċifikazzjoni tal-API u tal-ISO‧ tirreferi għall-ispeċifikazzjoni 10A tal-American Petroleum Institute jew għall-ispeċifikazzjoni 10426 tal-International Standards Organisation għas-siment għall-bir taż-żejt u materjali oħrajn li huma fformulati b'mod speċjali għall-użu fl-issimentar tal-bjar taż-żejt u tal-gass.

3.

Aġenti għat-twaqqif tal-korrużjoni, għat-trattament ta' emulsjoni, għat-twaqqif tar-ragħwa, u kimiki oħrajn li huma fformulati b'mod speċjali għall-użu fit-tħaffir għal u l-ipproċessar inizjali taż-żejt prodott minn bir taż-żejt u/jew tal-gass.

1.D.   Software

1.

‧Software‧ imfassal b'mod speċjali għall-ġbir u l-interpretazzjoni tad-dejta miksuba minn analiżi sismika, elettromanjetika, manjetika jew tal-gravità għall-fini li tiġi stabbilita l-prospettività taż-żejt jew tal-gass.

2.

‧Software‧ imfassal b'mod speċjali għaż-żamma, l-analiżi u l-interpretazzjoni tal-informazzjoni miksuba matul it-tħaffir u l-produzzjoni sabiex jiġu vvalutati l-karattarestiċi fiżiċi u l-imġiba tal-ġibjuni taż-żejt jew tal-gass.

3.

‧Software‧ imfassal b'mod speċjali għall-‧użu‧ tal-faċilitajiet għall-produzzjoni u l-ipproċessar taż-żejt jew subunitajiet speċifiċi ta' tali faċilitajiet.

1.E.   Teknoloġija

1.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” u l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'1.A.01 - 1.A.11.

Ir-raffinar taż-żejt mhux maħdum u l-likwefazzjoni tal-gass naturali;

2.A   Tagħmir

1.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana kif ġej u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għalih:

a.

Tagħmir b'aletti għat-trasferiment tas-sħana b'superfiċe/proporzjon tal-volum akbar minn 500 m2/m3, imfassal b'mod speċjali sabiex il-gass naturali jitkessaħ minn qabel;

b.

Tagħmir b'koljaturi għat-trasferiment tas-sħana mfassal b'mod speċjali għal-likwefazzjoni jew sabiex il-gass naturali jitkessaħ minn qabel;

2.

Krijopompi għat-trasport tal-materja f'temperatura ta' inqas minn – 120 °C li jkollhom kapaċità ta' trasport għal aktar minn 500 m3/h u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom

3.

‧Coldbox‧ u tagħmir għall-‧coldbox‧ mhux speċifikat mit-2.A.1.

Nota Teknika:

It-tagħmir għall-‧coldbox‧ jirreferi għal kostruzzjoni mfassla b'mod speċjali, li hija speċifika għall-impjanti tal-LNG u li tinkorpora l-istadju tal-proċess tal-likwefazzjoni. Il-‧coldbox‧ jinkorpora tagħmir għat-trasferiment tas-sħana, sistemi ta' pajpijiet, strumentazzjoni oħra u iżolaturi termiċi. It-temperatura ġewwa l-‧coldbox‧ hija ta' madwar – 120 °C (kondizzjonijiet għall-kondensazzjoni tal-gass naturali). Il-funzjoni tal-‧coldbox‧ hija l-iżolazzjoni termika tat-tagħmir imsemmi hawn fuq.

4.

Tagħmir għat-terminals tat-trasport bil-baħar ta' gassijiet likwefatti li jkollhom. temperatura inqas minn – 120 °C u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

5.

Linja flessibbli u mhux flessibbli ta' trasferiment li għandha dijametru akbar minn 50 mm għat-trasport tal-materja li jkollha temperatura inqas minn – 120 °C

6.

Bastimenti marittimi mfassla b'mod speċjali għat-trasport tal-LNG.

7.

Tagħmir li jneħħi l-melħ bi proċess elettrostatiku mfassal b'mod speċjali sabiex ineħħi kontaminanti bħal imluħ, solidi u ilma miż-żejt mhux maħdum u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

8.

Il-crackers kollha, (tagħmir għall-qsim tal-molekoli) inklużi l-hydrocrackers (tagħmir għall-qsim tal-molekoli tal-idrokarburi), u l-cokers, imfassla b'mod speċjali għall-bidla ta' żjut tal-gass ta' vakum jew ta' residwu ta' vakum, u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom

9.

Hydrotreaters mfassla b'mod speċjali għat-tneħħija tal-kubrit mill-gażolina, minn terrapien imħaffer ta' diżil u mill-pitrolju u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

10.

Riformaturi katalitiċi mfassla b'mod speċjali sabiex il-gażolina li jkun tneħħielha l-kubrit tinbidel f'gażolina b'livell għoli ta' ottanu, u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom

11.

Unitajiet ta' raffinerija għall-iżomerizzazzjoni ta' terrapien imħaffer ta' tip C5-C6, u unitajiet ta' raffinerija għall-alkilazzjoni ta' olefini ħfief, biex jittejjeb l-indiċi tal-ottan tat-terrapien imħaffer tal-idrokarburi

12.

Pompi mfassla b'mod speċjali għat-trasport ta' żejt mhux maħdum u karburanti, li għandhom kapaċità ta' 50 m3/h jew aktar u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

13.

Tubi b'dijametru ta' barra ta' 0,2 m jew aktar u magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Azzar li ma jissaddadx (stainless steels) bi 23% ta' kromju jew aktar f'piż;

b.

Azzar li ma jissaddadx u ligi fuq bażi ta' nikil b'numru ta' ‧fattur ekwivalenti tar-reżistenza għat-tħaffir (Pitting resistance equivalent)‧ ogħla minn 33.

Nota Teknika:

In-numru tal-‧fattur ekwivalenti tar-reżistenza għat-tħaffir‧ (Pitting resistance equivalent-PRE) jikkaratterizza r-reżistenza tal-korrużjoni tal-azzar li ma jissaddadx u tal-ligi tan-nikil meta mqabbla mal-korrużjoni li tħaffer jew dik interstizzjali. Ir-reżistenza għat-tħaffir tal-azzar li ma jissaddadx u tal-ligi tan-nikil hija ddeterminata primarjament bil-kompożizzjonijiet tagħhom, primarjament: kromju, molibdenum, u nitroġenu. Il- formula sabiex jiġi kkalkulat in-numru tal-PRE hija:

PRE = Cr + 3,3 % Mo + 30 % N

14.

‧Pigs‧ (Pipeline inspection gauge(s)) u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

Nota Teknika:

Il-‧Pig‧ huwa apparat li normalment jintuża fuq in-naħa ta' ġewwa tal-pipeline għat-tindif jew l-ispezzjoni (l-istat tal-korrużjoni jew il-formazzjoni ta' xi qasma) u jiġi mbuttat bil-pressa tal-prodott ta' ġol-pipeline.

15.

Pig launchers sabiex il-pig jiddaħħal ġol-pipeline u pig catchers sabiex jitneħħa mill-pipeline.

16.

Tankijiet għall-ħażna ta' żejt mhux maħdum u karburanti b'volum akbar minn 1 000 m3 (1 000 000 litru) kif ġejjin, u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom:

a.

tankijiet b'saqaf fiss;

b.

tankijiet b'saqaf li jżomm fil-wiċċ

17.

Pajpijiet flessibbli għal taħt il-baħar imfassla b'mod speċjali għat-trasport ta' idrokarburi u fluwidi ta' injezzjoni, ilma jew gass, b'dijametru ta' aktar minn 50 mm.

18.

Pajpijiet flessibbli sabiex jintużaw għal pressjoni għolja għal applikazzjoni ta' fuq u taħt il-baħar.

19.

Tagħmir ta' iżomerizzazzjoni mfassal b'mod speċjali għall-prodizzjoni ta' gażolina b'livell għoli ta' ottan abbażi ta' idrokarburi ħfief u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

2.B   Tagħmir għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir

1.

Tagħmir imfassal b'mod speċjali għall-ittestjar u l-analiżi tal-kwalità (proprjetajiet) taż-żejt mhux maħdum u karburanti.

2.

Sistemi ta' kontroll interfaċċja mfassla b'mod speċjali sabiex jiġi kkontrollat u sabiex isir l-aħjar użu mill-proċess għat-tneħħija tal-melħ.

2.C   Materjali

1.

Dietileneglikol (CAS 111-46-6), Trietilene glikol (CAS 112-27-6)

2.

N-Metilpirrolidon (CAS 872-50-4), Sulfolan (CAS 126-33-0)

3.

Żeoliti, ta' oriġini naturali jew sintetiku, mfassla b'mod speċjali għall-cracking (qsim ta' molekoli) katalitiku fluwidu jew għall-purifikazzjoni u/jew id-deidratazzjoni ta' gassijiet, inklużi gassijiet naturali.

4.

Katalisti għall-cracking u għall-bidla ta' idrokarburi kif ġejjin:

a.

Metall singolu (grupp tal-platinu) fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti, mfassal b'mod speċjali għall-proċess ta' riforma katalitika;

b.

Speċijiet ta' metall imħallat (platinu flimkien a metalli nobbli) fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti mfassal b'mod speċjali għall-proċess ta' riforma katalitika;

c.

Katalisti tal-kobalt u tan-nikil trattati bil-molibdenum fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti mfassla b'mod speċjali għall-proċess tat-tneħħija tal-kubrit;

d.

Katalisti tal-palladju, nikil, kromju u tangstin fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti mfassla b'mod speċjali għall-proċess ta' hydrocracking katalitiku;

5.

Addittivi tal-gażolina formulati b'mod speċjali sabiex iżidu n-numru ta' ottanu tal-gażolina.

Nota:

Din l-annotazzjoni tinkludi Etil terzjarju butil eteru (ETBE) (CAS 637-92-3) u Metil butil terzjarju eteru (MTBE) CAS 1634-04-4).

2.D.   Software

1.

‧Software‧ imfassal b'mod speċjali għall-‧użu‧ mill-impjanti tal-LNG jew subunitajiet speċifiċi ta' tali impjanti.

2.

“Software” imfassal b'mod speċjali għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” mill-impjanti (inklużi is-subunitajiet tagħhom) għar-raffinar taż-żejt.

2.E.   Teknoloġija

1.

‧Teknoloġija‧ għall-kondizzjonament u l-purifikazzjoni tal-gass naturali mhux raffinat (deidratazzjoni, taħlil, tneħħija ta' impuritajiet).

2.

“Teknoloġija” għal-likwefazzjoni tal-gass naturali, inkluża “teknoloġija” meħtieġa għall-“iżvilupp”, għall-“produzzjoni” jew għall-“użu” f'impjanti tal-LNG.

3.

“Teknoloġija” għat-trasport bil-baħar tal-gass naturali likwefatt.

4.

‧Teknoloġija‧‧meħtieġa‧ għall-‧iżvilupp‧, il-‧produzzjoni‧ jew għall-‧użu‧ minn bastimenti tal-baħar imfassla b'mod speċjali għat-trasport ta' gass naturali likwefatt

5.

‧Teknoloġija‧ għall-ħażna ta' żejt mhux maħdum u karburanti.

6.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' impjant ta' raffinerija bħal:

6.1.

‧Teknoloġija‧ sabiex l-olefin ħafif jinbidel f'gażolina;

6.2.

Teknoloġija ta' riformar katalittiku u ta' isomerizzazzjoni;

6.3.

Teknoloġija ta' cracking termali u katalittiku.


ANNESS VII

Tagħmir u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 12

8406 81

Turbini tal-fwar bi produzzjoni ta' enerġija ta' aktar minn 40 MW

8411 82

Turbini tal-gass bi produzzjoni ta' enerġija ta' aktar minn 5 000  kW

ex 8501

Il-muturi u magni li jiġġeneraw l-elettriku bi produzzjoni ta' enerġija kollha ta' aktar minn 3 MW jew 5 000 kVA.


Top