This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0610
Commission Regulation (EC) No 610/2009 of 10 July 2009 laying down detailed rules for the application of the tariff quota for beef and veal originating in Chile (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2009 tal- 10 ta’ lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2009 tal- 10 ta’ lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 180, 11/07/2009, p. 5–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760
11.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 610/2009
tal-10 ta’ lulju 2009
li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 tas-17 ta’ Frar 2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (4), jistipula fl-Artikolu 71(5) mill-1 ta’ Frar 2003, se tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 1 000 tunellata ta’ ċanga u vitella li se tkun miżjuda annwalment b’100 tunellata. |
(3) |
Il-kwoti kkonċernati għandhom ikunu amministrati permezz tal-użu tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u ċertifikati tal-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli li jridu jiġu applikati għal-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (7) huma applikabbli soġġetti għal ċerti derogi. |
(4) |
Iċ-Ċili obbliga ruħu li joħroġ ċertifikati ta’ awtentiċità għall-prodotti inkwistjoni li jattestaw li l-oġġetti joriġinaw fiċ-Ċili. Il-mudell u r-regoli għall-użu taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità jridu jiġu stipulati. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta’ Awissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja friska, imkessħa u ffriżata u għal laħam tal-buflu ffriżat (8) jipprovdi għal ċertifikati ta’ awtentiċità għal perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ Lulju ta’ sena waħda għal numru ta’ kwoti taċ-ċanga u kwoti tal-vitella. Sabiex jiġi żgurat illi l-importazzjonijiet kollha jiġu ġestiti b’mod uniformi, għandhom jiġu stipulati regoli ta’ implimentazzjoni simili għall-kwoti taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tal-importazzjonjiet tal-prodotti kkonċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-verifika qabel jinħarġu, b’mod partikolari l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità. |
(7) |
Ir-rifużjoni sħiħa tad-dazji ta’ importazzjoni bħala riżultat tal-eżenzjoni mid-dazju li hija applikabbli mill-1 ta’ Frar 2003 ġiet applikata skont l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarj (9) u bl-Artikoli 878 et seq tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (10). |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Taħt il-kwota tariffarja stipulata fl-Artikolu 71(5) tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, il-prodotti li joriġinaw fiċ-Ċili li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati, eżenti mid-dazju li hemm stipulat fit-tariffa doganali komuni, matul il-perjodi mill-1 ta’ Lulju ta’ sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, skont id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament.
Il-kwantità tal-prodotti msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu kif indikat fl-Anness I għal kull perjodu ta’ importazzjoni.
Artikolu 2
Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament (KE) Nru 382/2008 għandhom japplikaw ħlief fejn hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jagħtu lok għal obbligu ta’ importazzjoni mill-pajjiż speċifiku. It-Taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa li tindika l-kelma “iva” għandha tkun immarkata.
2. It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikun fihom in-numru ta’ serje 09.4181 u waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness II.
Artikolu 4
1. Għandu jiġi mħejji ċertifikat ta’ awtentiċità li jiddikjara li l-prodotti joriġinaw fiċ-Ċili mill-awtorità tal-ħruġ msemmija fl-Artikolu 8 skont l-Artikolu 7.
L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità u kopja tiegħu ċċertifikata kif xieraq għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità kompetenti”) fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni inizjali għal liċenzja tal-importazzjoni konnessa maċ-ċertifikat tal-awtentiċità.
2. Sakemm il-limitu tal-kwantità speċifikat fiċ-ċertifikat ma jiġix maqbuż, iktar minn liċenzja tal-importazzjoni waħda tista’ tinħareġ taħt ċertifikat ta’ awtentiċità wieħed. Fejn dan ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità sabiex tindika l-kwantitajiet attribwiti.
3. Ġaladarba tkun sodisfatta li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat ta’ awtentiċità tikkorrispondi għal dik li tasal kull ġimgħa mill-Kummissjoni dwar is-suġġett, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzji tal-importazzjoni. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-liċenzja ta’ importazzjoni tista’ tinħareġ.
Artikolu 5
1. Minkejja l-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ liċenzja ta’ importazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ġie ppreżentat iżda l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun għadha ma waslitx; |
(b) |
l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ma ġiex ippreżentat u l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun għadha ma waslitx; |
(c) |
l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ġie ppreżentat u l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun waslet iżda xi informazzjoni ma tkunx taqbel. |
2. Fil-każijiet msemmijin fil-paragrafu 1, l-ammont tal-garanzija li jrid jiġi ddepożitat fir-rigward tal-liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun ta’ ammont ekwivalenti għar-rata sħiħa ta’ dazju doganali għall-prodotti inkwistjoni taħt it-tariffa doganali komuni li tkun applikabbli fil-ġurnata li fiha ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.
Ġaladarba jirċievu l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità u l-informazzjoni tal-Kummissjoni fuqu, u li jivverifikaw li d-dejta tkun tajba, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw il-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità oriġinali meħtieġ mil-leġiżlazzjoni qabel il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja ta’ importazzjoni kkonċernata jiskadi tikkostitwixxi rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (11) fir-rigward tal-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Kwalunkwe ammonti tal-garanzija msemmijin fl-ewwel subparagrafu li mhumiex rilaxxati jiġu mitlufa u jinżammu bħala dazju doganali.
Artikolu 6
Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità u l-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom it-tnejn ikunu validi għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ rispettiva tagħhom.
Madanakollu, il-perjodu ta’ validità ma jistax jiskadi iktar tard mit-30 ta’ Ġunju li jmiss wara d-data tal-ħruġ tagħhom.
Artikolu 7
1. Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità msemmi fl-Artikolu 4 għandu jiġi magħmul f’oriġinali wieħed u mhux inqas minn kopja waħda skont il-mudell fl-Anness III.
Il-formoli għandhom ikunu ta’ qies approssimattiv ta’ 210 × 297 mm u l-karta għandha tiżen mhux inqas minn 40 g/m2.
2. Il-formoli għandhom ikunu stampati u mimlija f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; jistgħu jiġu wkoll stampati u mimlija fil-lingwa uffiċjali taċ-Ċili.
3. Iċ-certifikati ta’ awtentiċità għandu jkollhom numru ta’ serje individwali li jkun allokat mill-awtoritajiet tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 8. Il-kopji għandhom ikollhom l-istess numru ta’ serje bħall-oriġinali.
4. L-oriġinali u l-kopji taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktubin bl-idejn. Fl-aħħar każ, għandhom jiġu mimlijin b’inka sewda u b’ittri majuskoli.
5. Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità jkunu biss validi jekk ikunu debitament mimlijin u kkonfermati mill-awtorità tal-ħruġ msemmija fl-Artikolu 8.
Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jitqiesu li ġew debitament ikkonfermati jekk jispeċifikaw id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawhom.
It-timbru jista’ jiġi sostitwit minn siġill stampat fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità oriġinali u fuq kull kopja tiegħu.
Artikolu 8
1. L-entità awtorizzata miċ-Ċili sabiex toħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità tal-ħruġ”), li hija stabbilita fl-Anness IV, għandha:
(a) |
tobbliga ruħha li tivverifika l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità; |
(b) |
tobbliga ruħha li tagħti lill-Kummissjoni, għallinqas darba fil-ġimgħa, kull informazzjoni li jista’ jkollha bżonn sabiex tivverifika l-annotazzjonjiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità. |
2. L-Anness IV jista’ jiġi revedut mill-Kummissjoni jekk l-awtorità tal-ħruġ ma tibqax tiġi rikonoxxuta, jekk ma twettaqx wieħed mill-obbligi tagħha jew jekk awtorità tal-ħruġ ġdida tiġi maħtura.
Artikolu 9
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kampjun tal-impronti tat-timbru użati mill-awtorità tal-ħruġ u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità li jkunu kkomunikati lilha mill-awtorità fiċ-Ċili.
Artikolu 10
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottobru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.
3. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi V, VI u VII ta’ dan ir-Regolament u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 jitħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26.
(3) Ara l-Anness VIII.
(4) ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.
(5) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(7) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
(8) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.
(9) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(10) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(11) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
ANNESS I
Prodotti li jibbenefikaw mill-konċessjoni tariffarja msemmija fl-Artikolu 1:
Numru ta’ serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata skontata fuq dazju doganali % |
Kwantità annwali mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (Piż nett tal-prodott, tunnellati) |
Żieda annwali mill-1 ta’ Lulju 2010 (Piż nett tal-prodott, tunnellati) |
09.4181 |
0201 20 0201 30 00 0202 20 0202 30 |
Ċanga jew vitella friski, mkesħħa jew iffriżati (1) |
100 |
1 650 |
100 |
(1) “Laħam iffriżat” tfisser laħam li, meta jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità, ikollu temperatura interna ta’ –12 °C jew inqas.
ANNESS II
Annotazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(2)
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕО) № 610/2009 |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (CE) no 610/2009 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Nařízení (ES) č. 610/2009 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Forordning (EF) nr. 610/2009 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EG) Nr. 610/2009 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Määrus (EÜ) nr 610/2009 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 610/2009 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Regulation (EC) No 610/2009 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Règlement (CE) no 610/2009 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Regolamento (CE) n. 610/2009 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Regula (EK) Nr. 610/2009 |
— |
: |
bil-Litwen |
: |
Reglamentas (EB) Nr. 610/2009 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
610/2009/EK rendelet |
— |
: |
bil-Malti |
: |
Regolament (KE) Nru 610/2009 |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Verordening (EG) nr. 610/2009 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (WE) nr 610/2009 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Regulamento (CE) n.o 610/2009 |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
Regulamentul (CE) nr. 610/2009 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Nariadenie (ES) č. 610/2009 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Uredba (ES) št. 610/2009 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EY) N:o 610/2009 |
— |
: |
biż-Żvediz |
: |
Förordning (EG) nr 610/2009 |
ANNESS IV
Il-korp awtorizzat miċ-Ċili għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ awtentiċità:
Asociación Gremial de Plantas Faenadoras Frigoríficas de Carnes de Chile |
Teatinos 20 – Oficina 55 |
Santiago |
Chile |
ANNESS V
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru tal-Ordni |
Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
ANNESS VI
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru tal-Ordni |
Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità li ma ntużatx (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
ANNESS VII
In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa — Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009
Il-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:
Minn: … lil: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).
In-Nru tal-Ordni |
Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
(1) Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
ANNESS VIII
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2004 |
Artikolu 9 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006 |
Artikolu 5 u Anness V biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2008 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2008 |
Artikolu 1 u Anness I biss |
ANNESS IX
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 297/2003 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
Artikoli 2 sa 9 |
Artikoli 2 sa 9 |
Artikolu 9a |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 12 |
Artikolu 10, it-tieni paragrafu |
— |
Anness I |
Anness I |
Anness IA |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness III |
Anness IV |
Anness IV |
Anness V |
Anness V |
Anness VI |
Anness VI |
Anness VII |
— |
Anness VIII |
— |
Anness IX |