This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1043
Commission Regulation (EC) No 1043/2007 of 11 September 2007 amending Commission Regulation (EC) No 474/2006 establishing the Community list of air carriers which are subject to an operating ban within the Community (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2007 tal- 11 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2007 tal- 11 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 239, 12/09/2007, p. 50–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 239/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1043/2007
tal-11 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) li jistabbilixxi lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (traduzzjoni mhux uffiċjali) msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(2) |
Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, tliet Stati Membri adottaw miżuri eċċezzjonali li jimponu projbizzjoni immedjata fuq l-operat għat-territorju tagħhom sabiex jirreaġixxu għal problemi imprevisti ta’ sikurezza. |
(3) |
Skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistipula r-regoli implimentattivi għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (3), żewġ Stati Membri talbu li l-lista Komunitarja tiġi aġġornata. |
(4) |
Huwa evidenti li l-operat bla waqfien ta’ dawn iż-żewġ trasportaturi x’aktarx huma ta’ riskju serju għas-sikurezza, u li tali riskju ma ġiex riżolt totalment permezz ta’ miżuri urġenti meħuda mit-tliet Stati Membri kkonċernati. |
(5) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi ta’ l-ajru kkonċernati fejn indikatilhom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni operattiva fi ħdan il-Komunità. |
(6) |
Billi miżuri urġenti huma neċessarji biex jirriżolvu din is-sitwazzjoni, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, il-Kummissjoni mhix meħtieġa tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ l-istess Regolament. Madankollu l-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jistħarrġu d-dokumenti provduti mill-Istati Membri, sabiex iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjonijiet bil-fomm lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. |
(7) |
L-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll minn xi Stati Membri. |
Mahan Air
(8) |
Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji ta’ sikurezza min-naħa ta' Mahan Air iċċertifikati fir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fuq l-art imwettqa mill-Ġermanja u r-Renju Unit skond il-Programm SAFA (4). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet ta’ spezzjoni tindika nuqqasijiet sistemiċi fil-qasam tas-sikurezza. |
(9) |
Ir-Renju Unit ikkomunika lill-Kummissjoni li, fl-20 ta' Lulju 2007, addotta projbizzjoni immedjata fuq l-operat għall-flotta kollha tal-Mahan Air, waqt li kkunsidrat il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(10) |
Mahan Air jopera żewġ inġenji ta’ l-ajru tat-tip Airbus A-310 bil-marki tar-reġistrazzjoni F-OJHH u F-OJHI li mhumiex mgħammra bl-EGPWS, kif meħtieġ fil-paragrafu 6.15.3 ta’ l-Anness 6 il-parti 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Inġenji ta’ l-ajru li ma jissodisfawx l-Anness 6 ta’ l-ICAO ma jistgħux itiru lejn pajjiż barrani sakemm ma jiksbux l-approvazzjoni speċifika minn dan il-pajjiż. L-Istati Membri ħadu d-deċiżjoni biex ma jagħtux awtorizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet minn inġenji ta' l-ajru mhux mgħammra bl-EGPWS mill-1 ta’ Jannar 2007. Għal dawn ir-raġunijiet, l-inġenju ta' l-ajru msemmi hawn fuq m'għandux jopera fil-Komunità. |
(11) |
Teżisti informazzjoni dwar inċidenti serji li tindika li t-trasportatur mhux f’pożizzjoni jiżgura s-sikurezza ta’ l-operazzjonijiet tiegħu, kif irrappurtat mir-Renju Unit. |
(12) |
Mahan Air wrew nuqqas ta' ħila li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza b'rispons għal talbiet mir-Renju Unit, kif jidher minn nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza. |
(13) |
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran urew nuqqas ta’ kooperazzjoni ma’ l-awtorità ta’ l-avjazzjoni ċivili tar-Renju Unit, meta tqajmu kwistjonijiet dwar is-sikurezza ta’ l-operazzjonijiet ta’ Mahan Air. |
(14) |
Mahan Air ingħatat l-opportunità li tinstema’ mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit fid-9 ta' Awwissu. Fit-13 ta’ Awwissu, it-trasportatur ressaq quddiem il-Kummissjoni pjan ta’ azzjonijiet korrettivi li ġew ikkunsidrati insuffiċjenti biex jirrimedjaw ir-rijokkorrenzi sistematiċi tan-nuqqasijiet ta’ sikurezza. |
(15) |
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran, u għat-tieni darba, Mahan Air, instemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit fit-23 ta’ Awwissu. Dawn il-konsultazzjonijiet ma ħallewx li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti biex in-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati jitranġaw f'qasir żmien. Il-Kummissjoni tinnota l-impenn tal-linja ta' l-ajru li tissottometti pjan rivedut ta' azzjoni korrettiva. Il-livell ta l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, kif ukoll kwalunkwe żvilupp li jseħħ f'din il-linja ta' l-ajru, għandhom jiġu eżaminati fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza fl-Ajru. |
(16) |
Abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Mahan Air ma tilħaqx l-istandards relevanti ta' sikurezza; It-trasportatur bl-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet kollha tiegħu, u għandu jiġi inkluż fl-Anness A. |
Ukrainian Mediterranean Airlines
(17) |
Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji ta’ sikurezza min-naħa ta' l-Ukrainian Mediterranean Airlines iċċertifikata fl-Ukraina. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fuq l-art imwettqa minn Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija, Spanja u t-Turkija skond il-Programm SAFA (5). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet ta’ spezzjoni tindika nuqqasijiet sistemiċi fil-qasam tas-sikurezza. |
(18) |
Il-Ġermanja u l-Italja kkomunikaw lill-Kummissjoni li fit-23 u t-13 ta' Lulju rispettivament adottaw projbizzjoni immedjata fuq l-operat għall-flotta kollha ta' l-Ukrainian Mediterranean Airlines, waqt li kkunsidraw il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(19) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja u l-Italja ressqu talba lill-Kummissjoni biex tiġi aġġornata l-lista Komunitarja skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, bl-għan li tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat lejn il-Komunità Ewropea fuq il-flotta kollha ta' l-Ukrainian-Mediterranean Airlines. |
(20) |
L-Ukrainian Mediterranean Airlines uriet nuqqas ta' ħila biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza b'rispons għal talbiet mill-Ġermanja, l-Italja u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina, kif jidher minn nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza. Il-linja ta' l-ajru ressqet pjan korrettiv inizjali fis-6 ta' Awissu, u wieħed rivedut fit-22 ta' Awissu, iżda ma ngħatat l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-pjan. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina stqarrew li dan il-pjan ma jqisx nuqqasijiet maġġuri marbuta mas-sikurezza li nkixfu matul spezzjoni nazzjonali f'Lulju 2007. |
(21) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, wara valutazzjoni komprensiva u fil-fond tal-linja ta' l-ajru, stqarrew li kienu kkonkludew li la kienet sikura u lanqas konformi ma' standards nazzjonali tas-sikurezza fl-avjazzjoni (tekniċi u operattivi), u lill-Kummissjoni kkomunikawlha l-intenzjoni tagħhom li jiospendu l-AOC ta' din il-linja ta' l-ajru. Madankollu, din il-miżura ma ġietx implimentata effettivament. |
(22) |
Abbażi ta' kriterji komuni, ġie valutat li l-Ukrainian Mediterranean Airlines ma tikkonformax ma’ l-istandards rilevanti ta' sikurezza. It-trasportatur bl-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet kollha tiegħu, u għandu jiġi inkluż fl-Anness A. Il-Kummissjoni tinnota l-azzjonijiet korrettivi proposti mill-Ukrainian Mediterranean Airlines. Il-livell ta l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, kif ukoll kwalunkwe żvilupp li jseħħ f'din il-linja ta' l-ajru, għandhom jiġu eżaminati fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza fl-Ajru. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness A huwa sostitwit bl-Anness A ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness B huwa sostitwit bl-Anness B ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 787/2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10).
(4) LBA/D-2004-124, LBA/D-2004-270, LBA/D-2004-291, LBA/D-2005-554, LBA/D-2006-56, LBA/D-2006-512, LBA/D-2006-760, LBA/D-2007-43, LBA/D-2007-154, LBA/D-2007-177, LBA/D-2007-376, LBA/D-2007-393, LBA/D-2007-405, LBA/D-2007-431, CAA-UK-2006-241, CAA-UK-2007-3, CAA-UK-2007-7, CAA-UK-2007-71, CAA-UK-2007-89.
(5) ACG-2007-2, BCAA-2007-49, CAA-NL-2004-174, CAO-2005-19, CAO-2007-14, DGCATR-2006-69, DGCATR-2007-142, DGCATR-2007-157, DGCATR-2007-191, DGAC-E-2006-1417, DGAC-E-2007-776, DGAC/F-2007-280, ENAC-IT-2004-68, ENAC-IT-2005-229, ENAC-IT-2005-541, ENAC-IT-2005-745, ENAC-IT-2005-872, ENAC-IT-2006-32, ENAC-IT-2007-231, ENAC-IT-2007-258, FOCA-2004-83, LBA/D-2005-334, LBA/D-2006-375, LBA/D-2006-507, LBA/D-2007-302, LBA/D-2007-365, LBA/D-2007-385, LBA/D-2007-389, RCAARO-2007-56, RCAARO-2007-59, RCAARO-2007-73.
ANNESS A
LISTA TA' TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)
Isem l-entità legali tal-linja ta' l-ajru kif muri fuq l-AOC (u l-isem kummerċjali, jekk dan ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru (AOC) jew tal-Liċenzja ta' l-Operat |
Numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru |
L-Istat ta' l-Operatur |
AIR KORYO |
mhux magħruf |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (DPRK) |
AIR WEST CO. LTD |
004/A |
AWZ |
Is-Sudan |
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
009 |
AFG |
L-Afganistan |
BLUE WING AIRLINES |
SRSH-01/2002 |
BWI |
Is-Surinam |
MAHAN AIR |
FS 105 |
IRM |
Ir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran |
SILVERBACK CARGO FREIGHTERS |
mhux magħruf |
VRB |
Ir-Rwanda |
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
L-Angola |
UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES |
164 |
UKM |
L-Ukrajna |
VOLARE AVIATION ENTREPRISE |
143 |
VRE |
L-Ukrajna |
Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza regolatorja tar-Repubbika Demokratika tal-Kongo (RDC), ħlief Hewa Bora Airways (2), inklużi |
|
— |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AFRICA ONE |
409/CAB/MIN/TC/0114/2006 |
CFR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER SPRL |
409/CAB/MIN/TC/0005/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIGLE AVIATION |
409/CAB/MIN/TC/0042/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR BENI |
409/CAB/MIN/TC/0019/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR BOYOMA |
409/CAB/MIN/TC/0049/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR INFINI |
409/CAB/MIN/TC/006/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TC/0118/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR NAVETTE |
409/CAB/MIN/TC/015/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
AIR TROPIQUES SPRL |
409/CAB/MIN/TC/0107/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
BEL GLOB AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0073/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
BLUE AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0109/2006 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
BRAVO AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TC/0090/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
BUSINESS AVIATION SPRL |
409/CAB/MIN/TC/0117/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
BUTEMBO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0056/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
CARGO BULL AVIATION |
409/CAB/MIN/TC/0106/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
CETRACA AVIATION SERVICE |
409/CAB/MIN/TC/037/2005 |
CER |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
CHC STELLAVIA |
409/CAB/MIN/TC/0050/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
COMAIR |
409/CAB/MIN/TC/0057/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TC/0111/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
DOREN AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TC/0054/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
EL SAM AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TC/0002/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
ESPACE AVIATION SERVICE |
409/CAB/MIN/TC/0003/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
FILAIR |
409/CAB/MIN/TC/0008/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
FREE AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0047/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
GALAXY INCORPORATION |
409/CAB/MIN/TC/0078/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
GOMA EXPRESS |
409/CAB/MIN/TC/0051/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TC/0023/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
GREAT LAKE BUSINESS COMPANY |
409/CAB/MIN/TC/0048/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
I.T.A.B. — INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS |
409/CAB/MIN/TC/0022/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
KATANGA AIRWAYS |
409/CAB/MIN/TC/0088/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
KIVU AIR |
409/CAB/MIN/TC/0044/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES |
Firma ministerjali (ordinanza 78/205) |
LCG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
MALU AVIATION |
409/CAB/MIN/TC/0113/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
MALILA AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TC/0112/2006 |
MLC |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0007/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
PIVA AIRLINES |
409/CAB/MIN/TC/0001/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
RWAKABIKA BUSHI EXPRESS |
409/CAB/MIN/TC/0052/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
SAFARI LOGISTICS SPRL |
409/CAB/MIN/TC/0076/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
SAFE AIR COMPANY |
409/CAB/MIN/TC/0004/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
SERVICES AIR |
409/CAB/MIN/TC/0115/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
SUN AIR SERVICES |
409/CAB/MIN/TC/0077/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
TEMBO AIR SERVICES |
409/CAB/MIN/TC/0089/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
THOM'S AIRWAYS |
409/CAB/MIN/TC/0009/2007 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
TMK AIR COMMUTER |
409/CAB/MIN/TC/020/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
TRACEP CONGO |
409/CAB/MIN/TC/0055/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
TRANS AIR CARGO SERVICE |
409/CAB/MIN/TC/0110/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS (TRACO) |
409/CAB/MIN/TC/0105/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
VIRUNGA AIR CHARTER |
409/CAB/MIN/TC/018/2005 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
WIMBI DIRA AIRWAYS |
409/CAB/MIN/TC/0116/2006 |
WDA |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
ZAABU INTERNATIONAL |
409/CAB/MIN/TC/0046/2006 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Ginea Ekwatorjali, inklużi, |
|
|
Il-Ginea Ekwatorjali |
EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES |
2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS |
EUG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GENERAL WORK AVIACION |
002/ANAC |
mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS |
739 |
GET |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GUINEA AIRWAYS |
738 |
mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL |
737 |
UTG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
It-trasportaturi kollha ta’ l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni regolatorja ta’ l-Indonesja, inklużi, |
|
|
L-Indoneżja |
ADAMSKY CONNECTION AIRLINES |
mhux magħruf |
DHI |
L-Indoneżja |
AIR TRANSPORT SERVICES |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
BALAI KALIBRASI PENERBANGAN |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
EKSPRES TRANSPORTASI ANTARBENUA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
GARUDA |
mhux magħruf |
GIA |
L-Indoneżja |
INDONESIA AIRASIA |
mhux magħruf |
AWQ |
L-Indoneżja |
KARTIKA AIRLINES |
mhux magħruf |
KAE |
L-Indoneżja |
LION MENTARI ARILINES |
mhux magħruf |
LNI |
L-Indoneżja |
MANDALA AIRLINES |
mhux magħruf |
MDL |
L-Indoneżja |
MANUNGGAL AIR SERVICE |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
MEGANTARA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
MERPATI NUSANTARA AIRLINES |
mhux magħruf |
MNA |
L-Indoneżja |
METRO BATAVIA |
mhux magħruf |
BTV |
L-Indoneżja |
PELITA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
PAS |
L-Indoneżja |
PT. AIR PACIFIC UTAMA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. AIRFAST INDONESIA |
mhux magħruf |
AFE |
L-Indoneżja |
PT. ASCO NUSA AIR |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. ASI PUDJIASTUTI |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. AVIASTAR MANDIRI |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. ATLAS DELTASATYA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. DABI AIR NUSANTARA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. DERAYA AIR TAXI |
mhux magħruf |
DRY |
L-Indoneżja |
PT. DERAZONA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. DIRGANTARA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
DIR |
L-Indoneżja |
PT. EASTINDO |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. EKSPRES TRANSPORTASI ANTARBENUA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. GATARI AIR SERVICE |
mhux magħruf |
GHS |
L-Indoneżja |
PT. GERMANIA TRISILA AIR |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. HELIZONA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. KURA-KURA AVIATION |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. INDONESIA AIR TRANSPORT |
mhux magħruf |
IDA |
L-Indoneżja |
PT. INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. PELITA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. PENERBENGAN ANGKASA SEMESTA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. PURA WISATA BARUNA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. SAMPOERNA AIR NUSANTARA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. SAYAP GARUDA INDAH |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. SMAC |
mhux magħruf |
SMC |
L-Indoneżja |
PT. TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. TRAVIRA UTAMA |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
PT. TRIGANA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
REPUBLIC EXPRESS AIRLINES |
mhux magħruf |
RPH |
L-Indoneżja |
RIAU AIRLINES |
mhux magħruf |
RIU |
L-Indoneżja |
SRIWIJAYA AIR |
mhux magħruf |
SJY |
L-Indoneżja |
SURVEI UDARA PENAS |
mhux magħruf |
PNS |
L-Indoneżja |
TRANS WISATA PRIMA AVIATION |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
L-Indoneżja |
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
mhux magħruf |
XAR |
L-Indoneżja |
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
mhux magħruf |
TMG |
L-Indoneżja |
TRIGANA AIR SERVICE |
mhux magħruf |
TGN |
L-Indoneżja |
WING ABADI AIRLINES |
mhux magħruf |
WON |
L-Indoneżja |
Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tar-Repubblika Kirgiża, inklużi, |
|
— |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR CENTRAL ASIA |
34 |
AAT |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
ASIA ALPHA AIRWAYS |
32 |
SAL |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
BISTAIR-FEZ BISHKEK |
08 |
BSC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
BOTIR AVIA |
10 |
BTR |
Ir-Repubblika Kirgiża |
CLICK AIRWAYS |
11 |
CGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
DAMES |
20 |
DAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
EASTOK AVIA |
15 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Kirgiża |
ESEN AIR |
2 |
ESD |
Ir-Repubblika Kirgiża |
GALAXY AIR |
12 |
GAL |
Ir-Repubblika Kirgiża |
GOLDEN RULE AIRLINES |
22 |
GRS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
INTAL AVIA |
27 |
INL |
Ir-Repubblika Kirgiża |
ITEK AIR |
04 |
IKA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
KYRGYZ TRANS AVIA |
31 |
KTC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
KYRGYZSTAN AIRLINES |
01 |
KGA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
MAX AVIA |
33 |
MAI |
Ir-Repubblika Kirgiża |
OHS AVIA |
09 |
OSH |
Ir-Repubblika Kirgiża |
S GROUP AVIATION |
6 |
mhux magħruf |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION |
14 |
SGD |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY WAY AIR |
21 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
TENIR AIRLINES |
26 |
TEB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
TRAST AERO |
05 |
TSJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
WORLD WING AVIATION |
35 |
WWM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Liberja |
|
— |
Il-Liberja |
Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tas-Sierra Leone, inklużi, |
— |
— |
Is-Sierra Leone |
AIR RUM, LTD |
mhux magħruf |
RUM |
Is-Sierra Leone |
BELLVIEW AIRLINES (S/L) LTD |
mhux magħruf |
BVU |
Is-Sierra Leone |
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
mhux magħruf |
DTY |
Is-Sierra Leone |
HEAVYLIFT CARGO |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
Is-Sierra Leone |
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
mhux magħruf |
ORJ |
Is-Sierra Leone |
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
mhux magħruf |
PRR |
Is-Sierra Leone |
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
mhux magħruf |
SVT |
Is-Sierra Leone |
TEEBAH AIRWAYS |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
Is-Sierra Leone |
It-trasportaturi kollha ta’ l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni regolatorja tas-Sważiland, inklużi, |
— |
— |
Is-Sważiland |
AERO AFRICA (PTY) LTD |
mhux magħruf |
RFC |
Is-Sważiland |
JET AFRICA SWAZILAND |
mhux magħruf |
OSW |
Is-Sważiland |
ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION |
mhux magħruf |
RSN |
Is-Sważiland |
SCAN AIR CHARTER, LTD |
mhux magħruf |
mhux magħruf |
Is-Sważiland |
SWAZI EXPRESS AIRWAYS |
mhux magħruf |
SWX |
Is-Sważiland |
SWAZILAND AIRLINK |
mhux magħruf |
SZL |
Is-Sważiland |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrija flimkien ma' l-ekwipaġġ (wet-leased), mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti ta' sikurezza jkunu sodisfatti.
(2) Hewa Bora Airways hija permessa tuża inġenju ta' l-ajru speċifiku msemmi fl-Anness B għall-operat attwali tagħha fi ħdan il-Komunità Ewropea.
ANNESS B
LISTA TA' TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)
Isem l-entità legali tal-linja ta' l-ajru kif muri fuq l-AOC (u l-isem kummerċjali, jekk dan ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru (AOC) |
Numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru |
L-Istat ta' l-Operatur |
It-Tip ta' l-inġenji ta' l-ajru |
Il-marka/i ta’ reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i serjali tal-kostruzzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
AIR BANGLADESH |
17 |
BGD |
Il-Bangladexx |
B747-269B |
S2-ADT |
Il-Bangladexx |
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Komoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336) |
Il-Komoros |
HEWA BORA AIRWAYS (HBA) (2) |
409/CAB/MIN/TC/0108/2006 |
ALX |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
Il-flotta kollha ħlief: B767-266 ER |
Il-flotta kollha ħlief: 9Q-CJD (cons. No 23178) |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) |
PAKISTAN INTERNATIONAL AIRLINES |
003/96 AL |
PIA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan |
Il-flotta kollha ħlief: B-777 kollha; 3 B-747-300; 2 B-747-200. 6 A-310 |
Il-flotta kollha ħlief: AP-BHV, AP-BHW, AP-BGJ, AP-BGK, AP-BGL, AP-BGY, AP-BGZ; AP-BFU, AP-BGG, AP-BFX, AP-BAK, AP-BAT, AP-BEU, AP-BGP, AP-BGR, AP-BGN, AP-BEC, AP-BEG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ (wet-leased), mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti ta' sikurezza jkunu sodisfatti.
(2) Hewa Bora Airways għandu l-permess biss li juża l-inġenju ta' l-ajru speċifiku msemmi għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fi ħdan il-Komunità Ewropea.