This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0432
2005/432/EC: Commission Decision of 3 June 2005 laying down the animal and public health conditions and model certificates for imports of meat products for human consumption from third countries and repealing Decisions 97/41/EC, 97/221/EC and 97/222/EC (notified under document number C(2005) 1616) (Text with EEA relevance)
2005/432/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati li jintużaw għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1616) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2005/432/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati li jintużaw għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1616) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 151, 14/06/2005, p. 3–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 349M, 12/12/2006, p. 112–127
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2007; Imħassar b' 32007D0777
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
112 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Ġunju 2005
li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati li jintużaw għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1616)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/432/KE)
IL-KUMMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992, li tistabbilixxi l-kriterji ta’ saħħet l-annimali u tas-saħħa pubblika li jiggvernaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex suġġetti għal dawn il-kriterji li huma stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità u msemmija fl-Anness A għad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn għandhom x’jaqsmu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (1), l-aktar l-Artikolu 10(2) (c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli dwar saħħet l-annimali li jiggvernaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali għall-konsum mill-bniedem (2), u l-aktar il-frażi tal-bidu ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(2)(b), l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha.
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/41/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa kif ukoll ċertifikat tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mit-tjur, laħam ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, laħam ta’ annimali tal-kaċċa salvaġġi, u laħam tal-fniek (3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-laħam. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE tat-28 ta’ Frar 1997, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar saħħet l-annimali u mudelli ta' ċertifikati veterinarji dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 91/449/KEE (4), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u r-regoli tal-ħruġ ta’ ċertifikati għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam fil-Komunità. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE tat-28 ta’ Frar 1997, li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam (5), tagħmel provvediment għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-laħam sakemm dawn il-prodotti jkunu ngħataw trattament xieraq u jkunu konformi mal-kriterji Komunitarji għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972, dwar il-problemi ta’ l-ispezzjonijiet sanitarji u veterinarji meta jiġu importati annimali bovini, ovini, kaprini u porċini, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (6), tistabbilixxi l-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-laħam. Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE (7) tipprovdi għat-tħassir tad-Direttiva 72/462/KEE mill-1 ta’ Jannar 2006. |
(5) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali għall-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali biex jintużaw mill-bniedem. Dik id-Direttiva għandha tkun implimentata mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 2005. |
(6) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976, dwar il-problemi tas-saħħa li jolqtu l-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tal-laħam u ta’ ċerti prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali (8), se tibqa' fis-seħħ sa l-1 ta’ Jannar 2006, meta din titħassar u kwalunkwe definizzjoni ta’ prodotti bbażati fuq il-laħam f'atti li jkunu ġew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2006 għandha tkun tirreferi għad-Direttiva 77/99/KEE. |
(7) |
Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2002/99/KE, huwa meħtieġ li jiġu emendati u aġġornati l-kundizzjonijiet Komunitarji tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali kif ukoll il-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni biex jiġu importati fil-Komunità prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin minn annimali domestiċi bovini, porċini, ovini, kaprini, ekwini, tjur, annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, fniek domestiċi, kif ukoll annimali tal-kaċċa salvaġġi. |
(8) |
Barra minn hekk, għall-ħarsien taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-liġi tal-Komunità, jkun xieraq li l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali jitniżżlu f’mudell waħdieni ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità. |
(9) |
Minħabba d-differenzi fil-qagħda tas-saħħa ta’ l-annimali f’pajjiżi terzi, jkun xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-trattament ta' prodotti tal-laħam li jiġu minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi qabel ma jiġu importati fil-Komunità. |
(10) |
Għall-ħarsien taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-liġi tal-Komunità, huwa xieraq li jitħassru d-Deċiżjonijiet 97/41/KE 97/221/KE u 97/222/KE, u li posthom jittieħed minn din id-Deċiżjoni. Għalhekk, f'din id-Deċiżjoni għandu jkun hemm il-kundizzjonijiet dwar saħħet l-annimali u dik pubblika kif ukoll il-kriterji taċ-ċertifikazzjoni, flimkien mal-lista ta’ pajjiżi terzi u t-trattamenti meħtieġa għall-importazzjoni ta' kategoriji varji ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità. |
(11) |
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għall-kriterju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 fuq l-approvazzjoni ta' pjani għall-monitoraġġ tar-residwu (9), ippreżentati mill-pajjiżi terzi skond id-Direttiva 96/23/KE. |
(12) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997, li tistabbilixxi l-prinċipji li jikkontrollaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq dawk il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (10), tistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki veterinarji fuq il-prodotti ta’ l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni fil-Komunità, kif ukoll għat-transitu minnha, inklużi ċerti kriterji ta’ ċertifikazzjoni. |
(13) |
Fl-interessi tas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika u biex jiġi evitat it-tifrix tal-mard ta’ l-annimali fil-Komunità, f’din id-Deċiżjoni għandu jiġi stabbilit mudell speċifiku ġdid ta' ċertifikat tas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali. Aktar minn hekk, għandu jiġi pprovdut li t-transitu fil-Komunità ta’ kunsinji ta’ prodotti tal-laħam għandu jkun awtorizzat biss fejn dawn il-prodotti jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi li l-prodotti tagħhom ma jkunux ipprojbiti milli jidħlu fil-Komunità. |
(14) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-transitu ta’ kunsinji ta’ prodotti tal-laħam mill-Komunità lejn u mir-Russja, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad u meta wieħed iqis ukoll il-problemi klimatiċi li ma jippermettux l-użu ta’ xi portijiet f’ċertu żmien tas-sena. |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001, li telenka lista ta’ postijiet maqbula ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għal spezzjonijiet veterinarji fuq annimali u prodotti ta’ l-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni (11), tispeċifika l-Postijiet ta' l-Ispezzjoni tal-Fruntiera awtorizzati biex jikkontrollaw it-transitu mill-Komunità ta’ kunsinji ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja. |
(16) |
It-trattamenti ta' prodotti tal-laħam tat-tjur li jkunu ġejjin mill-Bulgarija u l-Iżrael u tal-prodotti tal-laħam tal-ħanżir salvaġġ li jkunu ġejjin mill-Isvizzera għandhom jiġu riveduti biex isiru konformi mal-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni li fil-preżent jgħoddu għal-laħam frisk ta’ l-ispeċi kkonċernati li jkun ġej minn dawk il-pajjiżi. |
(17) |
Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-qasam ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinji ta’ ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minn pajjiżi terzi, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali, kif ukoll ir-regoli fuq it-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti.
2. Din id-Deċiżjoni tgħodd mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 2004/432/KE.
Artikolu 2
Id-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam
Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tgħodd id-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam hekk kif stabbilita fl-Artikolu 2 (a) tad-Direttiva 77/99/KEE.
Artikolu 3
Il-kundizzjonijiet dwar l-ispeċi u l-annimali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsinji tal-prodotti tal-laħam li huma jimpurtaw fil-Komunità jkunu ġejjin tabilħaqq minn laħam jew prodotti tal-laħam mill-ispeċi jew l-annimali li ġejjin:
a) |
tjur domestiċi ta’ l-ispeċi li ġejjin: tjur domestiċi, dundjani, fargħun, wiżż u papri; |
b) |
annimali domestiċi ta’ l-ispeċi li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis, il-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi; |
c) |
annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u fniek domestiċi kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE (12); |
d) |
annimali tal-kaċċa salvaġġi kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE (13). |
Artikolu 4
Il-kundizzjonijiet dwar saħħet l-annimali b’rabta ma’ l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam
Suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam, kif stabbilit fl-Anness I, l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin jew mill-pajjiżi terzi jew inkella mill-partijiet tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
a) |
il-pajjiżi terzi li jidhru fil-Parti 2 ta’ l-Anness II, jew il-partijiet tal-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness; |
b) |
il-pajjiżi terzi li jidhru fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II, jew il-partijiet tal-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 5
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika marbuta mal-laħam frisk li jintuża fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam li jkunu se jiġu impurtati fil-Komunità
L-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jkunu ġew minn laħam frisk li jkun konformi mal-kriterji Komunitarji tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni ta’ dan il-laħam fil-Komunità.
Artikolu 6
Iċ-ċertifikati dwar saħħet l-annimali u dik pubblika
Il-kunsinji tal-prodotti tal-laħam għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali muri fl-Anness III.
Iċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinja tal-prodotti tal-laħam u għandu jimtela u jiġi ffirmat kif suppost mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li qed jesporta.
Artikolu 7
Il-kunsinji ta’ prodotti tal-laħam fi transitu jew li jinħażnu fil-Komunità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsinji tal-prodotti tal-laħam, li jidħlu fil-Komunità u li jkunu maħsuba għal pajjiż terz, sew permezz ta’ transitu immedjat kif ukoll wara żmien ta’ ħażna skond l-Artikolu 12 (4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li ma jkunux maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità, jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin:
a) |
jridu jkunu ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ parti minn pajjiż terz li huwa mniżżel fl-Anness II, u jridu jkunu għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam ta’ l-ispeċi kkonċernati previsti fih, |
b) |
għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernati kif murija fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali mniżżla f'Anness III, |
ċ) |
jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal stabbilit skond il-mudell li hemm fl-Anness IV, ffirmat minn veterinarju uffiċjali tas-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat, |
d) |
għandhom ikunu ġew iċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu jew il-ħażna (skond kif xieraq) fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ l-ispezzjoniji fil-fruntiera minn fejn dawn ikunu daħlu fil-Komunità. |
Artikolu 8
Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja
1. B’deroga mill-Artikolu 7, l-Istati Membri jawtorizzaw it-transitu fil-Komunità, fuq it-toroq jew bil-ferrovija, bejn il-postijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera magħżula mill-Komunità u mniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE, ta’ kunsinji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin minn u ddestinati lejn ir-Russja, direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor, sakemm dawn ikunu konformi mal-kriterji li ġejjiin:
a) |
il-kunsinja għandha tkun issiġillata b’siġill li fuqu jidher in-numru tas-serje li jkun ingħata mill-uffiċjal veterinarju ta’ l-awtorità kompetenti tal-Post ta’ l-Ispezzjoni fil-Fruntiera minn fejn din tkun iddaħħlet fil-Komunità, |
b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinja u li huma msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu ttimbrati “BISS GĦAT-TRANSITU LEJN IR-RUSSJA MILL-KE” fuq kull faċċata mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-Post ta’ l-Ispezzjoni fil-Fruntiera minn fejn din tkun iddaħħlet fil-Komunità, |
c) |
għandu jkun hemm konformità mal-kriterji tal-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE, |
d) |
il-kunsinja għandha tiġi ċċertifkata fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul bħala waħda aċċettabbli għat-transitu mill-Veterinarju Uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-Post ta’ l-Ispezzjoni fil-Fruntiera minn fejn din tkun iddaħħlet fil-Komunità. |
2. L-Istati Membri ma jawtorizzawx il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12 (4) jew l-Artikolu 12 (4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinji bħal dawn.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu għamlu verifiki regolari biex jiġi żgurat li n-numru ta’ kunsinji u l-kwantitajiet tal-prodotti li jħallu l-Komunità jkunu jaqblu man-numru u l-kwantitajiet li jkunu daħlu.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet transitorji
L-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġew ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 97/41/KEE jew 97/221/KEE għal perijodu ta’ 6 xhur mill-16/VI/2005.
Artikolu 10
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE huma mħassra.
Artikolu 11
Data ta’ l-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mis-17 ta’ Ġunju 2005.
Artikolu 12
Indirizzi
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar it-3 ta’ Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49 Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 34.
(4) ĠU L 89, 4.4.1997, p. 32 Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/427/KE (ĠU L 154, 30.4.2004, p. 8).
(5) ĠU L 89, 4.4.1997, p. 39 Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/245/KE (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 72).
(6) ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28.
(7) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.
(8) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bir- Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(9) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 43. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/233/KE (ĠU L 72, 18.3.2005, p. 30).
(10) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(11) ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/102/KE (ĠU L 33, 5.2.2005, p. 30).
(12) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 41.
(13) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 35.
ANNESS I
1. |
Il-prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mill-pajjiżi terzi jew mill-partijiet ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 4 għandu jkun fihom laħam li huwa eliġibbli biex jiġi impurtat fil-Komunità bħala laħam frisk u/jew prodotti tal-laħam ġejjin minn waħda/wieħed jew iktar mill-ispeċi jew annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stabbilit fil-Parti 4 ta’ l-Anness II. |
2. |
Il-prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 4 għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin f’(a), (b) jew (c):
|
3. |
It-trattamenti elenkati fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom ikunu l-kundizzjonijiet minimi ta’ pproċessar aċċettabbli, fejn tidħol is-saħħa ta’ l-annimal, għal-laħam li jkun ġej mill-ispeċi jew l-annimali kkonċernati li jkun ġejjin mill-pajjiżi terzi jew mill-partijiet ta’ pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness II. |
ANNESS II
PARTI 1
Deskrizzjoni tar-territorji mqassma f’reġjuni kif stabbiliti għall-pajjiżi mniżżla fil-partijiet 2 u 3
Pajjiż |
Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
|
Kodiċi |
Verżjoni |
||
L-Arġentina |
AR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
AR-1 |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu, ħlief il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
|
AR-2 |
01/2004 |
Il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
|
Il-Bulgarija |
BG |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
BG-1 |
01/2004 |
Kif deskritt fl-Anness II, il-Parti I, għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (1)(kif emendata l-aħħar) |
|
BG-2 |
01/2004 |
Kif deskritt fl-Anness II, il-Parti I, għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar) |
|
Il-Brażil |
BR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
BR-1 |
01/2004 |
Kif deskritt fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE (2)(kif emendata l-aħħar) |
|
Is-Serbja u l- Montenegro |
CS |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu kif deskritt fl-Anness II Parti I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar) |
Il-Malasja |
MY |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
MY-1 |
01/2004 |
Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss |
PARTI 2
Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ dawn il-pajjiżi li minnhom l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam hija awtorizzata fil-Komunità
Ko-diċi ta’ l-ISO |
Pajjiż ta’ l-oriġini jew parti minnu |
|
Ovini/Kaprini domestiċi |
|
Solipedi domestiċi |
|
Fniek domestiċiu leporidae mrobbija fl-irziezet |
Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq salvaġġi (barra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Solipedi salvaġġi |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Tjur tal-kaċċa sal-vaġġi |
Mammi-feri ta’ l-art tal-kaċċa salvaġġi (barra l-ungulati, is-solipedi u l-leporidae) |
||||||||||||
AR |
L-Arġentina AR |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
L-Argentina AR-1 (3) |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
L-Argentina AR-2 (3) |
A (4) |
A (4) |
C |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
AU |
L-Awstralja |
A |
A |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
||||||||||||
BG |
Il-Bulgarija BG |
D |
D |
D |
A |
A |
A |
D |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
Il-Bulgarija BG-1 |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
|||||||||||||
Il-Bulgarija BG-2 |
D |
D |
D |
A |
A |
A |
D |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
|||||||||||||
BH |
Il-Baħrajn |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
BR |
Il-Brażil |
C |
C |
C |
A |
D |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
Il-Brażil BR-1 |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
A |
XXX |
|||||||||||||
BW |
Il-Botswana |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
BY |
Il-Belarus |
C |
C |
C |
B |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
CA |
Il-Kanada |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
CH |
L-Isvizzera |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
CL |
Iċ-Ċili |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
CN |
Ir-Rep. tal-Poplu taċ-Ċina |
B |
B |
B |
B |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
||||||||||||
CO |
Il-Kolombja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
CS |
Is-Serbja u l-Montenegro |
A |
A |
D |
A |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
ET |
L-Etjopja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
GL |
Greenland |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
HK |
Hong Kong |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
HR |
Il-Kroazja |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
IL |
L-Iżrael |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
IN |
L-Indja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
IS |
Islanda |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
KE |
Il-Kenja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
KR |
Il-Korea (Rep.) |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MA |
Il-Marokk |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MG |
Il-Madagaskar |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MK |
L-ex Rep. Jugoslava tal-Maċedonja(Δ) |
A |
A |
B |
A |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MU |
Il-Mawrizju |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MX |
Il-Messiku |
A |
D |
D |
A |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MY |
Il-Malasja MY |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
||||||||||||
Il-Malasja MY-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
NA |
In-Namibja (3) |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
B |
B |
A |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
NZ |
In-New Zealand |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
PY |
Il-Paragwaj |
C |
C |
C |
B |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
RO |
Ir-Rumanija |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
RU |
Ir-Russja |
C |
C |
C |
B |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
A |
||||||||||||
SG |
Singapor |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
SZ |
Is-Sważiland |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
TH |
It-Tajlandja |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
TN |
It-Tuneżija |
C |
C |
B |
B |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
TR |
It-Turkija |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
UA |
L-Ukraina |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
US |
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
UY |
L-Urugwaj |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
ZA |
L-Afrika t’Isfel (3) |
C |
C |
C |
A |
D |
A |
C |
C |
A |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
ZW |
Iż-Żimbabwe (3) |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
PARTI 3
Pajjiżi Terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati taħt ir-reġim tat-trattament non-speċifiku (A) iżda li minnhom il-biltong/jerky jew il-prodotti ppasturizzati tal-laħam huma awtorizzati għall-importazzjoni fil-Komunità
Ko-diċi ta’ l-ISO |
Pajjiż ta’ l-oriġini jew parti-minnu |
|
Ovini/Kaprini domestiċi |
|
Solipedi domestiċi |
|
Fniek domestiċi u leporidae mrobbija fl-irziezet |
Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq salvaġġi (barra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Solipedi salvaġġi |
Leporidae salvaġġi (fniek u fniek salvaġġi) |
Tjur tal-kaċċa salvaġġi |
Mammiferi ta’ l-art tal-kaċċa salvaġġi (barra l-ungulati, is-solipedi u l-leporidae) |
||||||||||||
AR |
L-Arġentina |
F |
F |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
NA |
In-Namibja |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
XXX |
||||||||||||
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
XXX |
||||||||||||
ZW |
Iż-Żimbabwe |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
A |
XXX |
XXX |
E |
A |
E |
XXX |
PARTI 4
Interpretazzjoni tal-kodiċi fit-tabelli li jidhru fil-partijiet 2 u 3
IT-TRATTAMENTI MSEMMIJA FL-ANNESS I
Ir-reġim tat-trattament non-speċifiku:
A |
= |
Fejn tidħol is-saħħa ta’ l-annimali, għall-prodotti tal-laħam m’hemm speċifikat l-ebda tempertaura minima jew inkella xi trattament ieħor. Madankollu, il-laħam irid ikun għadda minn trattament b’tali mod li l-wiċċ tiegħu, meta dan jitqatta’, ma jkollux aktar il-karatteristiċi ta’ laħam frisk, u li l-laħam frisk li jkun użat għandu jkun konformi wkoll mar-regoli dwar saħħet l-annimali li jgħoddu għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità. |
Reġimi ta’ trattament speċifiku – elenkati fl-ordni ta’ severità mill-ogħla sa' l-iċken:
B |
= |
Trattament f’kontenitur b'siġill ermetiku sa valur Fo ta’ tlieta jew aktar. |
||||
C |
= |
Temperatura minima ta’ 80° C li għandha tintlaħaq fil-laħam kollu matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam. |
||||
D |
= |
Temperatura minima ta’ 70 °C li għandha tintlaħaq fil-laħam kollu matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam, jew għall-perżut nej, trattament li jikkonsisti mill-fermentazzjoni jew il-maturazzjoni naturali ta’ mhux inqas minn disa’ xhur u li jkun jirriżulta fil-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||
E |
= |
Fil-każ ta’ prodotti tat-tip “laħam imnixxef” (biltong), trattament biex jinkiseb:
|
||||
F |
= |
Trattament tas-sħana li jiżgura li temperatura ċentrali ta’ mill-inqas 65 °C tintlaħaq għal tul ta’ żmien, skond kif ikun meħtieġ, biex jinkiseb valur ta’ pasturizzazzjoni (pv) ugwali għal jew aktar minn 40 |
(1) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
(2) ĠU L 378, 31.12.1994, p. 11.
(3) Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għall-kriterji minimi tat-trattament li jgħoddu għall-prodotti tal-laħam pasturizzati u l-biltong.
(4) Għall-prodotti tal-laħam imħejjija minn laħam frisk ta' annimali mbiċċra wara l-1 ta’ Marzu 2002.
(Δ) |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa għaddejjin fin-Nazzjonijiet Uniti. |
XXX |
L-ebda ċertifikat ma ġie stabbilit u l-prodotti tal-laħam li fihom il-laħam ta’ din l-ispeċi mhumiex awtorizzati. |
ANNESS III
(Mudell ta' ċertifikat dwar is-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika għalprodotti tal-laħam maħsuba biex jiġu kkunsinjati lejn il-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi) (*)
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
(*) Bla preġudizzju għall-kriterji speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni li jeżistu fil-ftehim tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi.