This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R3290
Council Regulation (EC) No 3290/94 of 22 December 1994 on the adjustments and transitional arrangements required in the agriculture sector in order to implement the agreements concluded during the Uruguay Round of multilateral trade negotiations
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali
ĠU L 349, 31/12/1994, p. 105–200
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1308
Official Journal L 349 , 31/12/1994 P. 0105 - 0200
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0052
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], u partikolarment ta' l-Artikolu 7(2) tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Komunità addottat sett ta' regoli li jirregolaw il-politika agrikola komuni; Billi, taħt ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali, l-Komunità innegozjat ftehim varju (hawnhekk iżjed'il quddiem magħrufa bħala l-"ftehim tal-GATT"); billi diversi minn dawk l-ftehim jikkonċernaw l-agrikoltura, partikolarment il-Ftehim dwar l-Agrikoltura (hawnhekk iżjed "il quddiem magħruf bħala l-Ftehim"); billi l-konċessjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sostenn domestiku jistgħu jiġu sodisfatti billi jiġu fissati prezzijiet u għajnuna f'livell adattat u m'hemmx bżonn jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dan is-suġġett; billi il-Ftehim jistabbilixxi programm ta' sitt snin għall-estensjoni ta'aċċess għas-suq Komunitarju għal prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi minn banda u t-tnaqqis gradwali fis-sostenn mogħti mill-Komunità fuq esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mill-banda l-oħra; billi il-leġislazzjoni agrikola dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi għandha tiġi adattata kif xieraq; Billi, bit-tibdil tal-miżuri kollha li jirrestrinġu l-importazzjoni tal-prodotti agrikoli f'dazji doganali (tariffiar) u bil-projbizzjoni ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri fil-futur, il-Ftehim jeħtieġ l-abolizzjoni ta' l-imposti varjabbli fuq l-importazzjoni u ta' miżuri oħrajn u piżijiet fuq l-importazzjoni kurrentement previsti taħt l-organizzazzjonijiet tas-suq; billi r-rati tad-dazju doganali applikabbli għall-prodotti agrikoli skond il-Ftehim għandhom jiġu fissati fit-Tariffi Komuni Doganali; billi għal ċerti gruppi ta' prodotti bħaċ-ċereali, ross, l-inbid u frott u ħxejjex, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi supplimentari jew oħrajn li ma jinvolvux il-ġbir ta' dazji doganali fissi li jitolbu l-adozzjoni ta' regoli li jipprovdu għal derogi fir-regolamenti bażi; billi, biż-zieda, l-miżuri għall-protezzjoni tas-suq Komunitarju kontra l-importazzjonijiet ta' għeneb imqadded u ċirasa proċessata jistgħu, taħt il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, jinżammu għal perjodu ta' ħames snin; billi, madanakollu, sabiex jiġu evitati problemi ta' fornitura għas-suq Komunitarju, is-sospensjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti taz-zokkor għandha tkun permessa; Billi, sabiex jinżamm livell minimu ta' protezzjoni kontra l-effetti kuntrarji fis-suq bħala riżultat tat-tariffar, il-Ftehim jippermetti l-applikazzjoni tad-dazji doganali addizzjonali taħt kondizzjonijiet definiti preċiżament imma biss għal prodotti soġġetti għat-tariffar; billi id-dispożizzjonijiet korrispondenti għandhom għalhekk jiġu nseriti b'mod xieraq fir-Regolamenti bażiċi konċernati; Billi l-Ftehim jpprovdi għal serje ta' kwoti tariffarji taħt arranġamenti għall-aċċess kurrenti u minimu; billi l-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kwoti huma spjegati fid-dettall fil-Ftehim; billi, minħabba n-numru kbir ta' kwoti u sabiex jiġi assigurat li jkunu implimentati b'mod effettiv kemm jista' jkun, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni tagħhom bl-użu tal-proċedura amministrattiva tal-kumitat; Billi l-emendi li jirriżultaw mill-ftehim kwadru dwar il-banana konkluż ma' ċerti pajjiżi fl-Amerka t' isfel taħt ir-Round Urugwajan għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana [3]; Billi, ladarba l-Ftehim tas-Salvagwardji jistabilixxi regoli ċari dwar l-applikazzjoni ta' klawsoli protettivi kif inkorporati fl-oprganizzazzjonijiet tas-suq, dawn il-klawsoli għandhom jiġu supplimentati b' referenza għall-obbligi li joħorġu minn ftehim internazzjonali; Billi fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' pajjiżi terzi li m'humiex suġġetti għall-ftehim tal-GATT il-Komunità m'hiex marbuta mill-irbit għall-aċċess għas-suq Komunitarju li joħorġu minnhom; billi, sabiex jiġi assigurat li l-miżuri neċessarji jistgħu jittieħdu meta applikabbli fir-rigward tal-prodotti minn dawn il-pajjiżi, l-Kummissjoni għandha tingħata l-poteri rilevanti, li għandhom jiġu eżerċitati permezz tal-proċedura tal-kumitat amministrattiv; Billi, bis-saħħa tal-Ftehim, l-għoti tas-sussidji għall-esportazzjoni huwa limitat minn issa 'l-quddiem għal ċerti gruppi ta' prodotti agrikoli definiti fih; billi, barra minn hekk, huwa suġġett għal limiti f' termini ta' kwantità u valur; Billi konformità mal-limiti f' termini ta' valur tista' tiġi assigurata fil-ħin meta jiġu fissati r-rifużjonijiet u permezz ta' moniteraġġ ta' pagamenti taħt ir-regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal-FAEGG; billi l-moniteraġġ jista' jiġi faċilitat bl-iffissar obbligatorju bil-quddiem ta' rifużjonijiet, waqt li jħalli l-possibiltà, f'każ ta' rifuonijiet differenzjati, għall-bdil tad-destinazzjoni speċifikata; billi, fil-każ ta' bdil fid-destinazzjoni, r-restituzzjoni applikabbli għad-destinazzjoni attwali għandha titħallas, b'limitu fil-livell ta' l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni fissat bil-quddiem; Billi l-moniteraġġ ta' rbit f'termini ta' kwantità jitlob għall-introduzzjoni ta' sistema ta' moniteraġġ ta' min jorbot fuqha u effettiva; billi, għal dak l-iskop, l-għoti tar-rifużjonijiet għandu jkun suġġett għal liċenza ta' esportazzjoni; billi għandhom jingħataw rifużjonijiet sal-limiti disponibbli, jiddependi mis-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott ikkonċernat; billi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom ikunu permessi biss fil-każ ta' prodotti proċessati mhux elenkati fl-Anness II tat-Trattat, li għalihom limiti fil-valur ma japplikawx, u fil-każ ta' operazzjonijiet ta' assistenza fl-ikel, li huma eżentati minn kull limitazzjoni; billi għandha ssir dispożizzjoni għal derogi minn konformità stretta mar-regoli amministrattiva meta esportazzjonijiet li jibbenefikaw minn rifużjonijiet x'aktarx ma jeċċedux il-limiti ta' kwantità stabbiliti; billi l-moniteraġġ tal-kwantitajiet esportati mar-rifużjonijiet matul is-snin tas-suq imsemmija fil-Ftehim jista' jsir a-bażi ta' liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa għal kull sena tas-suq; Billi, fil-biċċa l-kbira ta' l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq, l-esklużjoni minn rikors għall-arranġamenti għat-traffiku ta' proċessar intern jaqa' esklussivament fil-kompetenza tal-Kunsill; billi fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li joriġinaw taħt il-Ftehim, jista' jinħass neċessarju li wieħed jirreaġixxi malajr għall-problemi tas-suq li joriġinaw mill-applikazzjoni ta' l-arranġamenti msemmija; billi f'dak ir-rigward il-kompetenza għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri urġenti li huma limitati fiż-żmien; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju 1987 [4]; Billi konformità mal-Ftehim dwar Aspetti Relatati għall-Kummerċ tad-Drittijiet ta' l-Proprjetà Intellettwali għandhom ukoll ikunu assigurati; billi, għal dak l-iskop, l-istipulazzjonijiet rekwiżiti għandhom jiġu inseriti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [5]; Billi, minħabba l-emendi għal-leġislazzjoni dwar l-agrikoltura previsti f'dan ir-Regolament, ħafna mir-Regolamenti tal-Kunsill li joħorġu mir-regolamenti bażiċi m'għadhom jilħqu ebda skop; billi, minħabba ċ-ċarezza legali, għandhom jitħassru; billi ċerti dispożizzjonijiet li skadew għalkemm m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-ftehim tal-GATT għandhom ukoll jitħassru; billi huwa l-istess għal ċerti Regolamenti tal-Kunsill magħrufa bħala "it-tieni ġenerazzjoni" li jistgħu fil-biċċa l-kbira jiġu inkorporati fir-regolamenti bażiċi in-kwistjoni; Billi, madankollu, għadu ma kienx possibbli li jiġu integrati r-regoli ġenerali eżistenti tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja fir-regolamenti bażiċi; billi fid-dawl ta' l-importanza ta' l-emendi magħmula neċessarji f'dak il-qasam wara l-ftehim tal-GATT, ir-regolamenti in-kwistjoni ma jistgħux jinżammu; billi għandhom għalhekk jitħassru, waqt li jipprovdu l-bażi legali sabiex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati; Billi l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-agrikoltura tista' tiġi perikolata jekk il-proċeduri interni li għandhom jintużaw ikunu sostanzjalment differenti bejn is-setturi differenti; billi, għal dik ir-raġuni, jkun mixtieq li dawk il-proċeduri jsiru uniformi; Billi l-adozzjoni mill-Kunsill ta' regoli ta' implimentazzjoni ġenerali fil-passat għamlitha possibbli li jiġi provdut qafas adegwat għar-regoli l-aktar speċifiċi neċessarji għall-amministrazzjoni tas-suq; billi l-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim dwar l-Agrikoltura m'għandhiex tpoġġi fid-dubju l-mekkaniżmi u l-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-politika agrikola komuni; Billi jkun utli li jkunu analizzati, fi stadju iktar avvanzat, kemm il-funzjonament ta' arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament u kemm l-esperjenza akkwistata bil-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-GATT; billi għal dak l-iskop, malli jiskadu l-ewwel sentejn ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew; Billi l-bidla mill-arranġamenti eżistenti għal dawk li jirriżultaw mill-ftehim tal-GATT tista' tikkawża diffikultajiet ta'adattament li mhumiex trattati f'dan ir-Regolament; billi, sabiex tkun ittrattata dik l-eventwalità, għanda tkun inkluża dispożizzjoni ġenerali li tippermetti lill-Kummissjoni taddotta l-miżuri transitorji neċessarji għal ċertu perjodu. ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabilixxi l-adattamenti u l-miżuri trasitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż tul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali. Artikolu 2 L-adattamenti msemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Annessi ma' hawnhekk. Artikolu 3 1. Meta huma neċessarji miżuri transitorji taħt il-politika agrikola komuni sabiex jiffaċilitaw il-bidla mill-arranġamenti eżistenti għal dawk li jirriżultaw mill-ħtiġiet tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1, dawn il-miżuri għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE [6] jew, kif xieraq, l-Artikoli korrispondenti fir-Regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, jew fir-Regolament (KE) Nru 3448/93 [7]. Meta dawn il-miżuri huma adottati, jittieħed kont tal-fatturi speċjali tas-setturi agrikoli varji, waqt li tittieħed konsiderazzjoni dovuta għall-obbligi li joriġinaw mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1. 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati matul perjodu li jiskadi fit-30 ta' Ġunju 1996 u m' għandhomx japplikaw lil hinn minn dik id-data. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi dak il-perjodu. Artikolu 4 1. Meta, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li jaffettwaw prodott agrikolu, l-konformità mal-ħtiġiet dwar is-sostenn ta' l-esportazzjoni taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 tista' tkun assigurata b' mezzi li jkollhom effett inqas minn dawk previsti għal dak l-iskop, il-Kummissjoni tista' teżenta dak il-prodott mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fuq rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni koperti minn dan ir-Regolament. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tieħu kull miżura neċessarja biex tipproteġi lis-suq Komunitarju kontra importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi li lejhom il-Komunità ma għandha ebda obbligi taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1. 3. Miżuri skond il paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(1). Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew qabel it-30 ta' Ġunju 1997 dwar l-operazzjoni ta' l-arranġamenti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u dwar l-esperjenza akkwistata bil-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jiddeċiedi dwar kull emenda li tirriżulta u l-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport. Artikolu 6 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995. 2. Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1995. Madankollu: (a) l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1995; (b) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi dwar dazji ta' l-importazzjoni u dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni li japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Annessi XIII u XVI li għalihom huwa applikabbli prezz tad-dħul għandhom japplikaw fl-1995 mill-bidu tas-sena tas-suq għall-prodotti kkonċernati fl-1995; (ċ) id-dispożizzjonijiet fuq ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għandhom japplikaw: - mill-1 ta' Settembru 1995 fir-rigward ta' l-Annessi II u XVI, - mill-1 ta' Ottubru fir-rigward ta' l-Anness IV, - mill-1 ta' Novembru 1995 fir-rigward ta' l-Anness V; (d) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XV għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1995; (e) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVI, I.2, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President H. Seehofer [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1884/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994,p. 27). [2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali). [3] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3518/93 (ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 15). [4] ĠU L 197. tat-18.7.1987, p. 33. [5] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1891/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 42). [6] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [7] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18. -------------------------------------------------- LISTA TA' ANNESSI Anness I Anness II Anness III Anness IV Anness V Anness VI Anness VII Anness VIII Anness IX Anness X Anness XI Anness XII Anness XIII Anness XIV Anness XV Anness XVI Anness XVII Anness XVIII Anness XIX Anness XX Anness XXI Anness XXII -------------------------------------------------- ANNESS I ĊEREALI I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1866/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 1). 1. L-Artikolu 3(2) għandu jitħassar. 2. Il-paragrafu segwenti jiżdied ma' l-Artikolu 3(3): "Il-prezz ta' intervent validu għall-qamħirrum u l-qamħ sorghum f'Mejju għandu jibqa' validu f'Lulju, Awissu u Settembru tas-sena tas-suq ta' wara." 3. L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4) għandha tiġi sostitwita b' li ġej: "Il-prezz ta' intervent għandu jkun suġġett għal żidiet mensili għas-sena tas-suq kollha jew parti minnha." 4. L-ewwel u l-aħħar inċiżi ta' Artikolu 5 għandhom jitħassru. 5. It-Titolu II għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "IT-TITOLU II Artikolu 9 1. L-importazzjonijiet fil-Komunità, jew l-esportazzjonijiet minn hemmhekk, ta' kwalunkwe prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Il-liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12 u 13. Il-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu validi mal-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu suġġett għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma importati jew esportati matul it-terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure, it-titolu għandu jintilef kollu jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu parzjalment, f'dak il-perjodu. 2. It-terminu ta' validità tal-liċenzi u regoli oħra dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23. Artikolu 10 1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati f‘Artikolu 1. 2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju ta' l-importazzjoni fuq prodotti koperti bil-Kodiċi NM ex1001 barra merlin, 1002, 1003, ex1005 ta' xort'oħra miż-żerriegħa ibrida, u ex1007 ta' xort' oħra minn ibrida għaż-żriegħ, għandhom ikunu ugwali għall-prezz ta' intervent validu għal dawn il-prodotti fuq l-importazzjoni u żdied b' 55 %, naqqas iċ-ċif, il-prezz ta' l-importazzjoni applikabbli għall-kunsinna in-kwistjoni. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jeċċedi r-rata ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni. 3. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-piż fuq l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2: (a) għal prodotti elenkati fil-paragrafu 2 espress fi kwalità waħda standard jew, kif approprjat, suddiviżi f'diversi prezzijiet cif rappreżentattivi fuq l-importazzjoni (qamħ komuni: għoli, medju, bass; qamħ durum; qamħirrum; żrieragħ oħra ta' għalf). Dawn il-prezzijiet rappreżentattivi cif fuq l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti regolarment; (b) kull kunsinna għall-importazzjoni għandha tiġi klassifikata skond l-eqreb kwalità fost il-kwalitajiet standard imsemmija f'(a). 4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. Ir-Regoli dettaljati jispeċifikaw partikolarment: - il-kwalitajiet standard li għandhom jintużaw, - il-kwotazzjonijiet tal-prezz li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni, - il-metodu ta' kalkolu tal-ħlas fuq l-importazzjoni għal kull kunsinna klassifikata skond waħda mill-kwalitajiet standard imsemmija fil-paragrafu 3 (a), - il-possibiltà, meta xieraq f'każijiet speċifiċi, li operaturi jingħataw l-opportunità li jkunu jafu l-piż applikabbli qabel il-wasla tal-kunsinna konċernata. Artikolu 11 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), sabiex jiġu evitati jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq fil-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, l-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew iktar minn dawn bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikolu 10 għandhom ikunu suġġetti għall-ħlas ta' dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan ta' negozjati kummerċjali multilaterali jkunu ġew stabbiliti sakemm l-importazzjonijiet mhux probabbli li jiddisturbaw is-Suq Komunitarju, jew meta l-effetti jkunu disproporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. L-anqas prezzijiet li taħthom jista' jkun impost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom ikunu dawk mibgħuta lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ lill-Komunità. L-anqas kwantitajiet li għandhom jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali għandhom jiġu determinati, inter alia, a bażi ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu dik li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 joriġinaw jew jidhru li joriġinaw. 3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom jiġu kunsidrati meta jiġi impost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a-bażi tal-prezz ta' l-importazzjoni cif tal-kunsinna konċernata. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni cif jkunu kontrollati b'dak l-iskop kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' l-importazzjoni għal dak il-prodott. 4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari: (a) il-prodotti li għalihom jistgħu jkunu applikati dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim imsemmi. Artikolu 12 1. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti elenkati f‘Artikolu 1 li jirriżultaw mill-Ftehim konkluż fl-ambitu tan-negozjati kummerċjali tar-Round Urugwajan għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23. 2. Il-Kwoti jistgħu jiġu amministrati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b' kombinazzjoni tagħhom: - il-metodu bażat fuq l-ordni li fiha l-applikazzjonijiet huma sottomessi (fuq bażi ta' "min ikun l-ewwel, jiġi servut l-ewwel"), - il-metodu ta' l-allokazzjoni ta' kwoti a proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta huma sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"kontroll simultanju") - il-metodu bażat fuq ċirkulazzjonijiet tradizzjonali tal-kummerċ (bl-użu tal-metodu tal-"wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi xierqa oħra jistgħu jiġu adottati. Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat għandu, meta approprjat, jagħti piż dovut lill-ħtiġiet ta' fornitura tas-suq Komunitarju u l-bżonn li jiġi salvagwardat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għall-kwoti korrispondenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konkluż fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-ftuħ tal-kwoti annwali, jekk neċessarju spazjati kif imiss matul is-sena, waqt li jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jiġi applikat u inkluż, meta approprjat, dispożizzjoni għal: (a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) rikonoxximent tad-dokumenti użati għall-verifika tal-garanziji msemmija f'(a); u (ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom joħorġu l-liċenzi ta' l-importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom. Fil-każ tal-kwota ta' l-importazzjoni fi Spanja ta' 2,000,000 tunnellati metriċi ta' qamħirrun u 300,000 tunnellata metrika ta' sorghum u l-kwota ta' l-importazzjoni fil-Portugall ta' 500,000 tunnellata metrika ta' qamħirrun, dawk ir-regoli dettaljati għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-twettiq ta' l-importazzjonijiet tal-kwota u, meta approprjat, il-ħażna pubblika tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri konċernati u d-dispożizzjoni tagħhom fis-swieq ta' dawk l-Istati Membri. Artikolu 13 1. Sal-punt neċessarju li jippermetti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 biex jiġu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B a-bażi tal-kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jiġu koperti bir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar. 2. Il-metodu addottat għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu jkun dak: (a) l-atar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat, u dak jippermetti r-riżorsi disponibbli biex jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli, b' kont meħud ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, madankollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-anqas goff fis-sens amministrattiv għall-operaturi, b' kont meħud tal-ħtiġiet ta' l-amministrazzjoni; (ċ) li jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu ivarjaw skond id-destinazzjoni, meta s-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrikjedu hekk. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23. Ir-Rifużjonijiet jistgħu jiġu fissati: (a) f'intervalli regolari; (b) bi stedina għal offerta għall-prodotti li fir-rigward tagħhom saret dispożizzjoni għal dik il-proċedura fil-passat. Rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari jistgħu, meta neċessarju, jiġu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' l-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja. 4. Rifużjonijiet fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar għandhom biss jingħataw fuq applikazzjoni u mal-prezentazzjoni tal-liċenza rilevanti ta' esportazzjoni. 5. Ir-Rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dak applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew, meta approprjat; (b) għad-destinazzjoni reali, jekk mhix l-istess bħal dik indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli m'għandux jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ta' fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jiġu addottati sabiex jipprevjenu l-flessibiltà ta' dan il-paragrafu milli tkun abbużata. 6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 7. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom jitħallsu rifużjonijiet taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. 8. Ħlief jekk provdut xort' oħra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23, ir-rifużjoni fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) skond il-paragrafu 5 għandha tiġi aġġustata skond il-livell taż-żidiet mensili applikabbli għall-prezz ta' intervent u, meta xieraq, bidliet f'dak il-prezz. Ammont korrettiv jista' jiġi fissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. Madankollu, l- Kummissjoni tista', meta neċessarju, tibdel ammonti korrettivi. L-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu jiġu applikati, kompletament jew in-parti, għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) u għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B. F'dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett bl-applikazzjoni maż-żieda mensili ta' koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità ta' l-aħħar kontenuta fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni tax-xgħir maħżun fl-aħħar tas-sena tas-suq preċedenti jew magħmul mix-xgħir li jkun hemm maħżun f'dak il-ħin għandu jkun dak li kien ikun ġie applikat fir-rigward taċ-ċertifikat in-kwistjoni għall-esportazzjonijiet tul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti. 9. Safejn ikun neċessarju biex jittieħdu in-konsiderazzjoni l-fatturi ta' produzzjoni karatteristici għal ċerti xarbiet spiritużi ottenuti miċ-ċereali, l-kriterji għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni kif previst fil-paragrafu 1 u l-proċeduri għall-verifika jistgħu jiġu adattati biex joqgħodu f'din is-sitwazzjoni partikolari. 10. Konformità mal-limiti dwar volumi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat għandha tkun assigurata a bażi taċ-ċertifikati ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' referenza previsti hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fir-rigward tal-konformità ma' l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu ta' referenza m'għandux jaffettwa l-validità ta' liċenzi ta' esportazzjoni. 11. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għar-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati u mhuz użati, u b'mod partikolari dawk dwar l-addattament previst fil-paragrafu 9 għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. L-Anness B għandu jiġi emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' merkanzija msemmija fl-Anness, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Artikolu 14 1. Safejn hu neċessarju għall-operazzjoni tajba ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jipprojbixxi kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar intern: - fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d), u - f'każijiet speċjali, fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-fabbrikazzjoni ta' merkanzija elenkata fl-Anness B. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq Komunitarju jiġi disturbat jew x' aktarx jiġi disturbat minn arranġamenti ta' proċessar intern, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja taghha, tiddeċiedi dwar miżuri neċessarji; il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu msemmija lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li tħassret. Artikolu 15 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kumbinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tariffarja tal-prodotti koperti b' dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm mhux provdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew skond id-dispożizzjoni, dan li ġej għandu jiġi projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi; - l- imposta ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti. Artikolu 16 1. Meta l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji għal prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 jilħqu l-livell ta' prezzijiet Komunitarji u meta dik is-sitwazzjoni x'aktarx tkompli u taqleb ghall-aghar u hekk tiddisturba jew thedded lis-suq Komunitarju, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu. 2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. Artikolu 17 1. Jekk, għar-raġuni ta' żieda fl-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 huwa effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm din id-disturbazzjoni jew theddida ta' disturbazzjoni jitwaqqfu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ptrotettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' bla dewmien. Jista' waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżura in kwistjoni. 4. Dan l-artikolu għandu jiġi applikat fir-rigward ta' obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat" . 6. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness A: Kodiċi NM | Deskrizzjoni | 2306 | Ċappa taż-żejt u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħuna jew le jew fil-forma ta' pellets, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta' xaħmijiet jew żjut veġetali, ta' xort'oħra minn dawk ta' l-intestaturi 2304 u 2305: | 230690 | - Oħrajn: - - Oħrajn: | 23069091 | - - - Ta' żerriegħa tal-qamħirrum | II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2729/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 18). Il-kliem "imposta" u "imposti" jiġu sostitwiti b' "dazju" u "dazji" rispettivament. III. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3670/93 tat-22 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 338, tal-31.12.1993, p. 35). Ir-Regolament ta' hawn fuq huwa mħassar. -------------------------------------------------- ANNESS II IR-ROSS I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (OJ Nru L 166, tal-25.6.1976, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE Nru 1869/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 7). 1. L-Artikolu 4(5) huwa sostitwit b'dan li ġej: "5. Dan li ġej għandu jiġi determinat skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 27: (a) wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati, ċ-ċentri ta' intervent imsemmija fil-paragrafu 4; (b) ir-rata għall-konverżjoni tar-ross bil-fosdqa mneħħija f'ross bil-ħliefa jew viċi-versa; (ċ) ir-rata tal-bdil tar-ross sħiħ f'ross imfarrak jew semi-mitħun jew viċi-versa; (d) l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur ta' bi-prodotti li għandhom jiġu kunsidrati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3." 2. It-Titolu II għandu jiġi sostitwit b' li ġej: "TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi terzi Artikolu 10 1. Importazzjonijiet fil-Komunità jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kull prodott elenkat fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-presentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post tiegħu ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni fl-Artikoli 14 u 15. Liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu soġġett għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma mportati jew esportati matul it-terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure, it-titolu għandu jitwarrab kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu biss parzjalment, matul dak il-perjodu. 2. It-terminu ta' validità tal-liċenzi u regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Artikolu 11 1. Sussidju jista' jiġi ffissat għal kunsinni lid-dipartiment de Reunion Franċiż extra-kontinentali, intiżi għall-konsum hemm, ta' prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 1006 (eskluża l-kodiċi 10061010) li jiġu minn Stati Membri u jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat. Dak is-sussidju għandu jiġi fissat, waqt li jittieħed kont tal-ħtiġiet supplimentari tas-suq ta' Reunion, a-bażi tad-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet tal-prodotti rilevanti fis-suq dinji u l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq Komunitarju, u, jekk necessarju, l-prezz ta' dawk il-prodotti mwassla lir-Reunion. Is-sussidju għandu jingħata ma' applikazzjoni mill-parti konċernata. Is-sussidju jista' jiġi fissat, meta approprjat, bi proċedura ta' offerti. Din il-proċedura ta' offerti għandha tirrelata għall-ammont ta' sussidju. Is-sussidju għandu jiġi fissat perjodikament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Madankollu meta jkun hemm bżonn, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, taltera s-sussidju fl-intervall. 2. Ir-regoli dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni għandhom japplikaw għas-sussidju previst fil-paragrafu 1. 3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Artikolu 12 1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1. 2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju ta' l-importazzjoni fuq: (a) ir-ross mingħajr fosdqa kopert mill-kodiċi NM 100620 għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu għar-ross indica u japonica rispettivament fuq l-importazzjoni, miżjud bi: - 80 % fil-każ tar-ross indica, u - 88 % fil-każ tar-ross japonica, inaqqas il-prezz ta' l-importazzjoni; u (b) ross kompletament mitħun kopert mill-kodiċi NM 100630 għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent fiż-żmien ta' l-importazzjoni, flimkien ma' perċentwali li għandu jiġi kalkolat u anqas mill-prezz ta' l-importazzjoni. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jeċċedi d-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni. Il-perċentwali msemmija f'(b) għandha tiġi kalkolata billi jiġi aġġustat il-perċentwal rispettiv imsemmi f'(a) b'referenza għar-rata ta' konversjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur ta' prodotti sekondarji, u mbagħad jiżdied l-ammont għall-protezzjoni ta' l-industrija. 3. Minkejja l-paragrafu 1: (a) ebda dazju ma għandu jitħallas fuq importazzjonijiet ta' prodotti koperti mill-kodiċi NM 100610, 100620, jew 10064000 fid-dipartiment ta' Reunion Franċiż extra-Kontinentali, intiż għall-konsum hemm; (b) id-dazju li għandu jitħallas fuq importazzjonijiet ta' prodotti koperti mill-Kodiċi NM 100630 fid-dipartiment ta' Reunion Franċiż extra-kontinentali, intiż għall-konsum hemm għandu jiġi multipplikat b' koeffiċjent ta' 0,30. 4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jistabilixxu b'mod partikolari l-kriterji għad-distinzjoni tat-tipi ta' ross importat imsemmija fil-paragrafu 2; jiffissaw l-ammont għall-protezzjoni ta' l-industrija u jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiġu determinati u kalkolati prezzijiet ta' l-importazzjoni u tiġi kontrollata l-awtentiċità tagħhom. Artikolu 13 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 (2) sabiex jiġu prevenuti jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar bir-rata ta' dazju stabbilita fl-Artikolu 10 għandhom ikunu soġġetti għal ħlas ta'dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fil-kwadru tar-Round Urugwajan ta' negozjati kummerċjali multilaterali ġew sodisfatti sakemm l-importazzjonijiet x'aktarx ma jiddisturbawx is-suq Komunitarju, jew meta l-effetti kienu jkunu sproporzjonati għall-objettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu li taħthom dazju addizzjonali jista' jiġi mpost għandhom ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex jiġi mpost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati partikolarment a bażi ta' importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu s-sena li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 joriġinaw jew x'aktarx joriġinaw. 3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom jiġu kunsidrati għall-impożizzjoni ta' dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a bażi tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni cif tal-kunsinna in-kwistjoni. Il-prezz ta' importazzjoni cif għandu jiġi verifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' importazzjoni għall-prodott in-kwistjoni. 4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b' mod partikolari: (a) il-prodotti li jistgħu jiġu applikati lilhom dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni skond it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħrajn neċessarji sabiex jassiguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 14 1. Sal-punt neċessarju li jippermetti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 biex jiġu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B a bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. Rifużjonijiet fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar. 2. Il-metodu li għandu jiġi addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli, waqt li jittieħed kont ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, madankollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għal operaturi li jieħdu kont ta' ħtiġiet amministrattivi; (ċ) li jipprevjeni kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta s-sitwazzjoni fis-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan neċessarju. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu fissati: (a) f'intervalli regolari; (b) bi stedina għal offerta għal prodotti li għalihom dik il-proċedura ġiet stabbilita fl-imgħoddi. Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari jistgħu, meta neċessarju, jiġu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tiegħu. Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) għandhom jiġu fissati mill-inqas darba fix-xahar. 4. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fir-rigward ta': - prezzijiet u disponibilità ta' ross u ross miksur fis-suq Komunitarju; - prezzijiet ta' ross u ross miksur fis-suq dinji. (b) l-iskopijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, li għandhom jassiguraw ekwilibriju u l-iżvilupp naturali ta' prezzijiet u kummerċ f' dan is-suq; (ċ) limiti li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; (d) il-bżonn li tiġi evitata disturbanza fis-suq Komunitarju; (e) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti. Meta l-ammont ta' rifużjoni jiġi stabbilit, għandu jittieħed kont partikolari tal-bżonn li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi terzi, u l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli minn dawn il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern. 5. Ir-rifużjonijiet għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) għandhom jiġu fissati bil-kriterji speċifiċi li ġejjin: (a) prezzijiet għal dawk il-prodotti ottenuti fis-swieq varji rappreżentattivi ta' esportazzjoni tal-Komunità; (b) il-kwotazzjonijiet l-aktar favorevoli reġistrati fis-swieq varji ta' pajjiżi terzi ta' importazzjoni; u (ċ) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport l-iktar favorevoli mis-swieq Komunitarji msemmija f'(a) għal portijiet jew punti oħrajn ta' esportazzjoni fil-Komunità li jaqdu dawn is-swieq, kif ukoll spejjeż akkumulati fit-tqegħid ta' merkanzija fis-suq dinji. 6. Meta r-rifużjonijiet huma fissati permezz ta' proċedura ta' offerti, din il-proċedura ta' offerti għandha tirrelata għall-ammont tar-rifużjoni. 7. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar għandhom jingħataw biss ma' l-applikazzjoni u ma' preżentazzjoni tal-liċenza rilevanti ta'esportazzjoni. 8. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, applikabbli fl-istess jum għal: (a) destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew (b) id-destinazzjoni attwali kemm-il darba tvarja mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu sabiex jiġi evitat abbuż tal-flessibiltà previst f'dan il-paragrafu. 9. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu japplikaw għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 10. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu jitwarrbu fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. 11. Ħlief kif provdut xort'oħra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, ir-rifużjoni fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) applikabbli skond il-paragrafu 4 għandha tiġi aġġustata skond l-ammont ta' żidiet mensili applikabbli għall-prezz ta' intervent u, meta approprjat, bidliet f'dak il-prezz, jiddependi mill-grad ta' proċessar u l-użu tar-rata ta' konversjoni applikabbli. Ammont korrettiv jista' jiġi fissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Madankollu, l-Kommissjoni tista', meta neċessarju, taltera ammonti korrettivi. L-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu jiġu applikati, kompletament jew parzjalment, għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B. F'dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità ta' prodott bażiku u l-kwantità ta' l-aħħar kontenuta fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati. 12. Ir-rifużjoni tista' tiżdied b'ammont kompensatorju fir-rigward ta' ħażniet ta' ross fil-ħliefa miġbur fil-Komunità u ross bil-fosdqa mneħħija ottenut minn hemm, fl-idejn fl-aħħar tas-sena tas-suq u jifforma parti mill-prodott ta' dik is-sena, li jkunu esportati mingħajr aktar ipproċessar fil-forma ta' ross kompletament mitħun jew ross nofsu-mitħun bejn il-bidu tas-sena tas-suq ta' wara u d-dati li għad għandhom jiġu determinati. Qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, jekk neċessarju, jiddetermina l-prodotti li għandhom japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti. L-ammont kompensatorju għandu ikun: - fil-każ tar-ross mingħajr il-fosdqa, ugwali għad-differenza bejn il-prezz mira validu għall-aħħar xahar tas-sena tas-suq u dak validu għall-ewwel xahar tas-sena l-ġdida tas-suq, - fil-każ tar-ross fil-fosdqa, ugwali għad-differenza aġġustata bir-rata tal-konversjoni. Dan l-ammont għandu madankollu jitnaqqas bl-ammont ta' kull pagament miġjub ‘il quddiem diġà mogħti, skond l-Artikolu 8. L-ammont kompensatorju jingħata biss kemm-il darba l-ħażniet jilħqu l-livell minimu. 13. Ir-rifużjoni fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) għandha titħallas mal-prova li: - l-prodotti, fil-każ tar-ross fil-fosdqa u r-ross mingħajr il-fosdqa, huma ta'oriġini Komunitarja, ħlief meta japplika l-paragrafu 14, - il-prodotti ġew esportati mill-Komunità, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, il-prodotti jkunu waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 (b). Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet oħra għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, sakemm jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. 14. Ebda rifużjoni ta' l-esportazzjoni ma għandha tingħata fuq ross fil-ħliefa u ross mingħajr il-fosdqa li jkunu importati minn pajjiżi terzi u ri-esportati lejn pajjiżi terzi sakemm l-esportatur ma jippruvax: - li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - li l-imposta inġabret ma' l-importazzjoni. F'dawn il-każijiet ir-rifużjoni fuq kull prodott għandha tkun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni meta ta' l-aħħar huma aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; meta d-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla minn dik ir-rifużjoni, japplika dan ta' l-aħħar. 15. Konformità mal-limiti dwar volumi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat għandha tiġi assigurata a bażi taċ-ċertifikati ta' esportazzjoni maħruġa għall-perijodi ta' referenza previsti hemmhekk u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fir-rigward ta' konformità ma'l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali m' għandux jaffettwa l-validità ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni. 16. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-riallokazzjoni ta' kwantitajiet esportati mhux allokati jew mhux użati, partikolarment fir-rigward ta' l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 11, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. L-Anness B għandu jiġi emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 7 għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti msemmija fl-Anness għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Artikolu 15 1. Safejn hu neċessarju għall-operazzjoni tajba ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każijiet speċjali jipprojbixxi kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar intern jew estern fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1. 2. B' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinħoloq b'urġenza eċċezzjonali u s-suq Komunitarju jiġi disturbat jew x'aktarx jiġi disturbat minn arranġamenti ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji; l-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b' dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi riferuta lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih tkun l-ewwel ġiet notifikata. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 16 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kumbinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tariffarja tal-prodotti koperti b' dan ir-Regolament; in-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet elenkati fl-Anness A, għandhom jiġu nkorporati fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm mhux provdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet adottati in segwitu, dan li ġej għandu jiġi projbit; - l-imposti ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva fuq importazzjonijiet jew miżura li jkollha effett ekwivalenti. Artikolu 17 1. Meta l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji għal prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1(a) u (b) jilħqu l-livell ta' prezzijiet Komunitarji u meta dik is-sitwazzjoni x' aktarx tkompli u tiddeterjora u hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba s-suq Komunitarju, miżuri approprjati jistgħu jittieħdu. 2. Kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għandhom jitqiesu bħala li laħqu l-livell tal-prezzijiet Komunitarji meta javviċinaw jew jeċċedu l-prezz ta' intervent tax-xiri għal ross indica u japonica, miżjud bi: - 80 % fil-każ tar-ross indica, u - 80 % fil-każ tar-ross japonica. 3. Is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li aktarx se tippersisti jew tiddeterjora meta jkun hemm żbilanċ bejn provvista u domanda u meta dak l-iżbilanċ x'aktarx jippersisti minħabba previżjoni ta' produzzjoni u tendenzi tal-prezz tas-suq. 4. Is-suq tal-Komunità għandu jitqies li ġie disturbat jew mhedded b'disturb, bħala riżultat tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, meta prezzijiet kummerċjali internazzjonali huma hekk għolja li jimpedixxu l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 fil-Komunità, jew biex jipprovokaw l-esportazzjoni tagħhom mill-Komunità, u hekk jipperikolaw l-istabbilità tas-suq jew is-sigurtà tal-provvisti. 5. Meta l-kondizzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu jiġu sodisfatti, l-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu: - applikazzjoni ta' imposta ta' l-esportazzjoni; b'żieda, imposta speċjali ta' l-esportazzjoni tista' tiġi determinata bi proċedura ta' offerti fir-rigward ta' kwantità fissa, - l-iffissar ta' limitu ta' żmien għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni, - sospensjoni totali jew parzjali għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni, - ċaħda totali jew parzjali ta'applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni, Dawn il-miżuri għandhom jitħassru fl-iktar tard meta jinstab li, għal perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi, il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafi 2 m' għadhiex tiġi sodisfatta. 6. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta imposta fuq l-esportazzjoni qed tiġi fissata għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b): (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fir-rigward ta': - prezzijiet u disponibbiltà ta' ross fis-suq Komunitarju: - prezzijiet għal ross u prodotti proċessati fis-settur tar-ross fis-suq dinji; (b) il-miri ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tar-ross, li għandhom jassiguraw l-ekwilibriju kemm għall-fornitura u kemm għall-kummerċ; (ċ) il-bżonn li jiġi evitat disturb fis-suq Komunitarju; (e) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet. 7. Meta l-imposta ta' esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) tkun qiegħda tiġi fissata, l-fatturi elenkati fil-paragrafu 6 għandhom japplikaw. B'żieda, l-fatturi speċifiċi li ġejjin għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni: (a) il-prezzijiet għal ross miksur fis-swieq varji tal-Komunità; (b) il-kwantità ta' ross miksur neċessarju għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti taħt konsiderazzjoni u, meta xieraq, il-valur tal-prodotti sekondarji; (ċ) opportunitajiet u kondizzjonijiet ta' bejgħ għall-prodotti in-kwistjoni fis-suq dinji. 8. Meta s-sitwazzjoni fis-suq dinji u l-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jitolbu hekk, l-imposta fuq l-esportazzjoni tista' tiġi differenzjata. 9. L-imposta ta' esportazzjoni li għandha titħallas għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-esportazzjoni. Madankollu, l-imposta applikabbli fil-jum ta' alloġġ ta' l-applikazzjoni għal liċenza għandha tiġi applikata, kemm-il darba l-applikant jitlob hekk fiż-żmien tat-talba għal liċenza, għal esportazzjoni li għandha titwettaq matul il-perjodu ta' validità. 10. Ebda imposta ma tista' tiġi applikata għal esportazzjonijiet li jitwettqu taħt l-arranġamenti ta' l-assistenza ta' l-ikel skond l-Artikolu 25. 11. Regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Skond l-istess proċedura u għal kull wieħed mill-prodotti: - għandha tittieħed deċiżjoni biex tistabilixxi l-miżuri elenkati fil-paragrafu 5 u jieqfu l-miżuri elenkati fit-tieni u t-tielet inċiżi ta' dak il-paragrafu, - l-imposta ta' esportazzjoni għandha tiġi fissata perjodikament. Meta neċessarju, l-Kummissjoni tista' tistabilixxi jew timmodifika l-imposta ta' l-esportazzjoni. 12. F'każijiet urġenti, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri msemmija fit-tielet u r-raba inċiżi tal-paragrafu 5. Għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tippubblikaha fin-notice boards tal-kwartieri ġenerali tagħha. Il-miżuri għandhom, permezz ta' din id-deċiżjoni, jiġu applikati għall-prodotti rilevanti mid-data speċifikata għal dak l-iskop, b‘dak il-jum għandu jkun sussegwenti għad-data tan-notifika. Id-deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fit-tielet inċiż tal-paragrafu 5 għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx is-sebat ijiem. Artikolu 18 1. Jekk, għar-raġuni ta' importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 huwa effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li x‘aktarx jipperikola l-akkwist ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddida ta' disturb jkunu waqfu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddefinixxi f'liema każijiet u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha proprja, tiddeċiedi dwar il-miżuri neċessarji. L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem utli mill-irċevuta tat-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tliet ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżuri in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat b'qies għall-obbligi li joriġinaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1423/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 20) L-Artikolu 3 għandu jitħassar. III. Ir.Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1428/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 30) Ir.Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 36) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1432/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 39) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1433/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 42) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1263/78 tat-12 ta' Ġunju 1978 (ĠU C 156, 14 6. 1978, p. 14) Ir-Regolamenti ta' hawn fuq għandhom jitħassru. -------------------------------------------------- ANNESS III GĦALF NIEXEF Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1117/78 tat-22 ta' Mejju 1978 (ĠU L 142, 30 5. 1978, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3496/93 (ĠU L 319, tal-21.12.1993 p. 17) 1. Fit-Titolu II l-Artikolu li ġej huwa inserit qabel Artikolu 7. "Artikolu 6a Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1." 2. Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: "2. Sakemm ma jkunx ipprovdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew skond dispożizzjoni tiegħu, dan li ġej għandu jiġi projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi; - l-imposta ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti." 3. Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. Jekk, għar-raġuni ta' żieda fl-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew iktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 huma effettwati minn, jew mhedda b'disturb serju li x‘aktarx jipperikola l-otteniment ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddida ta' disturb jkunu waqfu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddetermina l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni għandha fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi dwar il-miżuri neċessarji; l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem utli minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu referuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista', waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in- kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fir-rigward ta' l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." -------------------------------------------------- ANNESS IV ZOKKOR I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 (OJ Nru L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 133/94 (ĠU L 22, tas-27.1.1994, p. 7) 1. It-Titolu II huwa sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi terzi Artikolu 13 1. Importazzjonijiet fil-Komunità, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a), (b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) għandhom ikunu soġġetti għal presentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 16 u 17. Liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu soġġetti għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure it-titolu għandu jitwarrab kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu biss parzjalment f' dak il-perjodu. 2. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41: (a) l-iskema prevista b'dan l-Artikolu tista' tkun estiża biex tkopri l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(e); (b) it-terminu ta' validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, li jistgħu jistabilixxu partikolarment limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-liċenzi, għandu jiġi addottat. Artikolu 14 1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1. 2. Minkejja l-paragrafu 1, sabiex ikun assigurat li s-suq Komunitarju jkun fornit adegwatament bil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) (zokkor mhux maħdum għar-raffinar li jaqa taħt il-kodiċi NM 17011110 u 17011210) u l-Artikolu 1(1)(ċ) (għasel) permezz ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, tissospendi kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni fuq dawn il-prodotti, u tistabbilixxi arranġamenti għal kwalunkwe sospensjoni ta' din ix-xorta. Is-sospensjoni tista' tapplika għal perjodu li fih il-prezz fis-suq dinji flimkien mad-dazju ta' l-importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni: - fil-każ taz-zokkor mhux maħdum, teċċedi l-prezz ta' intervent għall-prodott; - fil-każ ta' għasel, teċċedi l-livell tal-prezz li jikkorrispondi għall-prezz ta' għasel użat bħala bażi għas-sena tas-suq taz-zokkor in-konsiderazzjoni, għall-istabbiliment tad-dħul minn bejgħ ta' għasel skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2). Artikolu 15 1. Sabiex jiġu evitati jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli, importazzjonijiet ta' prodotti wieħed jew iktar minn dawn bir-rata ta' dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati kummerċjali multilaterali jkunu ġew sodisfatti sakemm l-importazzjonijiet x'aktarx ma jiddisturbawx is-suq Komunitarju, jew meta l-effetti kienu jkunu sproporzjonati għall-objettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu li taħthom dazju addizzjonali jista' jiġi impost għandhom ikunu dawk notifikati mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Kummerċjali Dinjija. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta' importazzjoni addizzjonali għandhom b'mod partikolari jiġu stabbiliti a bażi ta' importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu s-sena li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew aktarx jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a bażi tal-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni tal-kunsinna in-konsiderazzjoni. Il-prezzijiet cif ta' importazzjoni għandhom jiġu verifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' importazzjoni għal dak il-prodott. 4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari: (a) l-prodotti li għalihom għandhom japplikaw dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) l-kriterja l-oħrajn neċessarji sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. L-Artikolu 15a Għall-għasel: - il-prezz dinji tas-suq imsemmi fl-Artikolu 14(2), u - il-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 15(3), għandhom japplikkaw għall-kwalità standard. Il-kwalità standard tista' tiġi stabbilita skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. Artikolu 16 1. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali għandhom ikunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. 2. Il-kwoti għandhom jiġu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'kombinazzjoni tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni a proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu preżentati (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq li jiġu kunsidrati mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "tradizzjonali/ġodda"). Metodi xierqa oħrajn jistgħu jintużaw. Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat għandu, meta approprjat, jagħti l-importanza dovuta lill-ħtiġiet ta' fornitura tas-suq Komunitarju u l-bżonn li jiġi salvagwardat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-ftuħ tal-kwoti annwali, mqassma b'mod adattat matul is-sena; għandhom jiddeterminaw il-metodu amministrattiv li għandu jkun applikat b‘dan, meta xieraq, għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw: (a) garanziji li jkopru in-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) il-kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-termin tal-validita tagħhom. Artikolu 17 1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a), (ċ) u (d) biex ikunu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I a bażi tal-kwoti jew prezzijiet fis-suq mondjali għal dawk il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (ċ) u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonii ta'esportazzjoni. Ir-rifużjoni ta'esportazzjoni mogħtija għaz-zokkor mhux maħdum ma tistax teċċedi dik għaz-zokkor abjad. 2. Id-dispożizzjoni tista' ssir għar-rifużjoni ta' esportazzjoni fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(f), (g) u (h) u esportati mingħajr aktar ipproċessar jew fil-forma ta' prodotti msemmija fl-Anness I. Meta jkun qed jigi determinat l-ammont ta' rifużjoni, għal kull 100 kg ta' materja niexfa tittieħed konsiderazzjoni partikolari ta': (a) ir-rifużjoni applikabbli ta' esportazzjonijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt is-sotto-titolu 17023091 tan-Nomenklatura Kombinata; (b) ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(d); (c) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet ippjanati. 3. Ir-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I ma jkunux ikbar minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar. 4. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont tal-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-Anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 5. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati: (a) f'intervalli regolari; (b) bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura kienet stabbilita fl-imgħoddi. Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Tenders sottomessi bi tweġiba għal stedina ma jkunux ikkunsidrati kemm-il darba ma jitpoġġiex depożitu. Għajr f'każijiet ta' force majeure, id-depożitu jintilef kollu jew f‘parti jekk dawk li jitfghuh ma jkunux wettqu, jew wettqu parzjalment biss, l-obbligazzjonijiet imposti fuqhom. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17a, 17b u 17ċ li jirrigwardaw prodotti m‘humiex denaturati u esportati mingħajr aktar ipproċessar mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a), (ċ) u (d) japplikaw addizzjonalment. 6. Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawn il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern. 7. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fil-paragrafu 1 u esportati mingħajr aiktar ipproċessar jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni ta' liċenza ta' esportazzjoni rilevanti. 8. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 esportati mingħajr aktar ipproċessar tkun applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 9. Il-paragrafi 5 u 6 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 10. Il-paragrafi 5 u 6 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41. 11. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u - li fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 (b). Eċċezzjonijiet, iżda, jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. Dispożizzjonijiet supplimentari jistgħu jkunu fissati skond il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 41. 12. Ebda rifużjoni ma tingħata fuq esportazzjonijiet fl-istat naturali tal-prodotti mhux denaturati li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a) jekk, jiddependi fuq il-każ, ma kinux: (a) miksuba mill-kannamieli jew qasab taz-zokkor maħsuda fil-Komunita; (b) impurtati fil-Komunità skond l-Artikolu 33; (ċ) miksuba minn wieħed mill-prodotti impurtati in-segwitu għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (b). 13. Ebda rifużjoni ma tingħata fuq esportazzjonijiet fl-istat naturali tal-prodotti mhux denaturati li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(ċ) u (d) li m‘humiex ta'oriġini Komunitarja jew li ma kinux miksuba minn zokkor impurtat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8b (b) jew minn prodotti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 8b (ċ). 14. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi tal-liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. 15. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għar-ridistribuzzjoni mhix allokata jew il-kwantitajiet esportabbli m‘humiex użati, u l-emendament ta‘l-Anness I jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jiġu addottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Artikolu 17a 1. Dan l-artikolu jkun jgħodd għall-iffissar ta' rifużjonijiet fuq il-prodotti m‘humiex denaturalizzati esportati fl-istat naturali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a). 2. Fejn jidħol l-iffissar perjodiku tar-rifondi għall-prodotti li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a); (a) ir-rifużjonijiet ikunu fissati kull ġimgħatejn. Madankollu, tali fissar jista jieqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk jinstab li ebda eċċess ta' zokkor m‘hu ottenibbli fil-Komunità għal esportazzjoni a bażi tal-prezzijiet tas-suq mondjali. F'dak il-każ ma tingħata l-ebda rifużjoni; (b) meta tkun qed tigi fissata r-rifużjoni, s-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità u f‘dik mondjali taz-zokkor, u partikolarment dak li ġej, tittieħed in-konsiderazzjoni: - il-prezz ta'intervent għaz-zokkor abjad għall-inħawi tal-Komunità bl-akbar eċċess jew il-prezz ta'intervent għaz-zokkor mhux maħdum għall-inħawi tal-Komunità li huwa meqjus li jkun rappreżentattiv għall-esportazzjoni ta' dan it-tip ta' zokkor, - l-ispejjeż tat-trasport taz-zokkor mill-inħawi li hemm riferenza għalihom f'(a) għal portijiet jew punti oħra ta'esportazzjoni fil-Komunita, - l-infiq tal-kummerċ u kwalunkwe trasbord, trasport u spejjeż ta' ippakkjar li jsiru fin-negozju taz-zokkor fis-suq mondjali, - kwotazzjonijiet jew prezzijiet irrekordjati għaz-zokkor fis-suq mondjali, u - l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti. 3. Fejn jidħol l-iffissar bit-tender għall-prodotti li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a); (a) l-iskop tat-tender ikun li jiddetermina l-ammont tar-rifużjoni; (b) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistiednu tenders skond strument li jorbot bil-liġi fl-Istati Membri kollha. Dan l-istrument jistabilixxi t-termini ta‘ l-invit għat-tender. Dawn it-termini jridu jiggarantixxu aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunita; (ċ) it-termini ta' l-invit għat-tender ikunu jinkludu limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tat-tenders. L-ammont massimu tar-rifużjoni għall-invit inkwistjoni jkun iffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-għeluq tal-limitu ta' żmien u fid-dawl tar-riċeviment tat-tenders. Meta l-ammont massimu jkun qed ikun ikkalkulat, tittieħed konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta' provediment u prezzijiet fil-Komunita, prezzijiet u ħruġ potenzjali fis-suq mondjali u spejjeż magħmula fl-esportazzjoni taz-zokkor. Tunnellaġġ massimu jista' jkun iffissat skond l-istess proċedura; (d) fejn jistgħu jkunu effettwati esportazzjonijiet a bażi ta' rifużjoni li huwa iktar baxx minn dak li kieku jirriżulta mit-teħid in-konsiderazzjoni tad-differenza bejn prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq mondjali u fejn l-esportazzjonijiet huma għal destinazzjoni speċifika, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li joħorġu invit speċjali għal tender, it-termini ta' liema jkunu jinkludu: - il-possibilta ta' sottomissjoni ta' tenders fi kwalunkwe żmien sakemm il-proċedura tat-tendering tkun mitmuma, u - ammont massimu tar-rifużjoni, ikkalkulat fid-dawl tal-ħtiġijiet għall-esportazzjonijiet in kwistjoni; (e) jekk l-ammont tar-rifużjoni muri f'tender: - jeċċedi l-massimu fissat, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ma jilqghux dak it-tender, - ma jeċċedix il-massimu, dawk l-awtoritajiet jiffissaw ir-rifużjoni f'ammont ugwali għar-rifużjoni li jidher fit-tender in-kwistjoni. 4. Ir-rifużjoni fuq zokkor mhux maħdum: (a) tkun iffissata fuq il-kwalita standard iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68; (b) iffissata perjodikament skond il-paragrafu 2 (a): - ma teċċedix 92 % tar-rifużjoni għaz-zokkor abjad għall-istess perjodu. Madankollu, dan il-limitu ma jkunx japplika għal rifużjonijiet li jridu jkunu fissati għaz-zokkor "candy", - jkun immultiplikat għal kull operazzjoni ta'esportazzjoni taħt konsiderazzjoni b'fattur ta' konversjoni li jkun akkwistat billi jkun diviż il-prodott taz-zokkor mhux maħdum esportat, ikkalkulat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68, bi 92; (ċ) l-ammont massimu iffissat in segwitu għal paragrafu 3 (ċ) fl-ambitu ta' tender ma jistax jeċċedi 92 % tal-ammont massimu fissat fl-istess żmien għaz-zokkor abjad in segwitu għal dak il-paragrafu. Artikolu 17b 1. Ir-rifużjoni fuq il-prodotti non-denaturalizzati esportati fl-istat naturali mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ), tkun iffissata kull xahar, billi tittieħed konsiderazzjoni tal-: (a) prezz tal-għasel użat biex ikunu determinati r-riċevimenti mill-bejgħ ta'għasel għas-sena taz-zokkor in-kwistjoni in segwitu għall-Artikolu 4(2); (b) prezzijiet u swieq potenzjali tal-għasel fuq is-suq tal-Komunita. (ċ) kwotazzjonijiet jew prezzijiet ta'l-għasel fuq is-suq dinji; u (d) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta. Madankollu, tali fissar jista jieqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk jinstab li ebda eċċess ta' għasel m‘hu ottenibbli fil-Komunità għal esportazzjoni a bażi tal-prezzijiet tas-suq mondjali. F'dak il-każ ma tingħata ebda rifużjoni; 2. F'ċirkostanzi speċjali l-ammont tar-rifużjoni jista' jkun iffissat b'tender għal kwantitajiet speċifiċi u nħawi speċifiċi tal-Komunita. (a) l-iskop tat-tender ikun biex jiddetermina l-ammont tar-rifużjoni; L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jistiednu għal tenders a bażi ta' awtorizzazzjoni billi jispeċifikaw it-termini ta' l-invit għal tender. Dawn it-termini jridu jiggarantixxu aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunita; Artikolu 17c 1. L-ammont bażiku tar-rifużjoni jkun iffissat kull xahar fuq il-prodotti non-denaturalizzati esportati fl-istat naturali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(d). Madankollu, kull iffissar perjodiku jista' jkun imwaqqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk l-iffissar perjodiku tar-rifużjoni fuq iz-zokkor abjad mhux ipproċessat aktar, jkun sospiż. F'dan il-każ ma tingħata ebda rifużjoni. 2. L-ammont bażiku tar-rifużjoni fuq il-prodotti li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tas-"sorbose", jkun ugwali għal wieħed fil-mija ta' ammont li jkunu waslu għalih billi ħadu in-konsiderazzjoni: (a) id-differenza bejn il-prezz ta' intervent għaz-zokkor abjad għall-inħawi tal-Komunità bl-akbar eċċess għax-xahar li għalih l-ammont bażiku huwa fissat, u l-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għaz-zokkor abjad irrekordjati fis-suq mondjali; (b) il-bżonn ta' stabiliżżar ta' bilanċ bejn: - l-użu tal-prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifattura ta' prodotti proċessati għall-esportazzjoni għal pajjiżi barra l-Komunita, u - l-użu ta' prodotti ta' pajjiż barra l-Komunità miġjuba taħt arranġamenti għal ipproċessar intern. 3. Fil-każ tas-"sorbose", l-ammont bażiku tar-rifużjoni ikun ugwali għall-ammont bażiku tar-rifużjoni mnaqqas b'wieħed fil-mija tar-rifużjoni tal-produzzjoni validu in segwitu għar-Regolament (KEE) Nru 1010/86 għall-prodotti mniżżla fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. 4. L-applikazzjoni ta‘ l-ammont bażiku tar-rifużjoni tista' tkun limitata għal xi prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(d). Artikolu 18 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor, il-Kunsill, b'aġir skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta' arranġamenti ta'ipproċessar intern: - fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (d), u - f'każijiet speċjali, fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifatturi tal-prodotti mniżżla fl-Anness I. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 19 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; (a) li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, (b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 20 1. Fejn il-prezz taz-zokkor fis-suq mondjali jeċċedi l-prezz ta' intervent, tista' ssir dispożizzjoni li tapplika levy ta'esportazzjoni fejn jidħol iz-zokkor in-kwistjoni. Din il-levy trid tkun applikata meta l-prezz cif taz-zokkor abjad jew taz-zokkor mhux maħdum huwa ikbar mill-prezz ta' intervent flimkien ma' ammont ugwali għas-somma ta' 10 % tal-prezz ta'intervent u tal-levy tal-ħażna applikabbli matul is-sena tas-suq konċernata. Il-levy ta'esportazzjoni tista‘ tkun stabbilita b'tender. Minbarra fil-każ tat-tendering, il-levy li trid titħallas tkun dik applikabbli fil-jum ta' esportazzjoni. 2. Fejn il-prezz cif fuq iz-zokkor abjad u mhux maħdum huwa ikbar mill-prezz ta'intervent flimkien ma'ammont ugwali għas-somma ta'10 % tal-prezz ta'intervent u l-levy tal-ħażna applikabbli matul is-sena tas-suq ikkonċernata, l-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' jiddeċiedi li jagħti sussidju ta'importazzjoni għall-prodotti in-kwistjoni. Fejn ikun stabbilit li: (a) fornimenti għall-Komunità jew; (b) fornimenti għal reġġjun ta' konsum maġġuri fil-Komunita; ma jkunux jistgħu jkunu żgurati minn dak li jeżisti fil-Komunita, bil-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jiddeċiedi li jagħti sussidju ta' importazzjoni u jiddetermina l-kondizzjonijiet ta‘l-applikazzjoni għalih. Dawk il-kondizzjonijiet jirrelataw partikolarment għall-kwantità ta' zokkor abjad jew mhux maħdum li se jkun kopert mis-sussidju, ghal kemm idum is-sussidju u, safejn ikun meħtieġ, ir-reġjuni importaturi. 3. Dan li ġej ikun deċiż skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41. (a) il-prezzijiet cif li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2; (b) l-arranġamenti l-oħra għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Fil-każ tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) dispożizzjonijiet simili għal dawk fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. 4. L-ammonti li jinbtu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu fissati mill-Kummissjoni. Madankollu, l-levies ta'esportazzjoni stabbiliti bit-tendering ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41. Artikolu 21 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 26 jkun emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1 l-aħħar sentenza tkun irrimpjazzata bi: "L-Artikoli 8, 9, 17 u 20 ma jkunux japplikaw għal tali zokkor u l-Artikoli 9, 17 u 20 għal tali "isoglucose". u xiropp tal-insulina". (b) Ir-riferenza għal "Artikolu 18" fil-paragrafu 2 tkun irrimpjazzata b'riferenza għal "L-Artikolu 20". 3. L-Artikolu 35 jkun emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 (4) jkun sostitwit b'dan li ġej: "1. Ebda dazju ta'importazzjoni ma jkun japplika għal importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali." (b) Fil-paragrafu 2, "li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 21(2)" tkun irrimpjazzata bi "li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 19(2)". II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 431/68 tad-9 t'April 1968 (GU Nru L 89, 10 4. 1968, p. 3) L-Artikolu 2 ikun imħassar. III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 766/68 tat-18 ta' Ġunju 1976 (GU Nru L 143, tal-25.6.1968, p. 6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1489/76 (GU Nru L 167, tas-26.6.1976, p. 13) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 770/68 tat-18 ta' Ġunju 1976 (GU Nru L 143, tal-25.6.1968, p. 16) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 226/72 tal-31 ta' Jannar 1972 (GU Nru L 28, ta' l-1.2.1972, p. 3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 608/72 tat-23 ta' Marzu 1972 (GU Nru L 75, tat-28.3.1972, p. 5) Ir-Regolamenti ta' hawn fuq jiġu mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS V ŻJUT U XAĦMIJIET I. Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 (GU Nru 172, tat- 30.9.1966, p. 3025), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3179/93 (GU Nru L 285, ta' l-20.11.1993, p. 9) 1. Titolu I jkun sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU I Kummerċ Artikolu 2 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(ċ) jew il-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NK 07099039, 07112090, 23069019, 15220039 jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni. Esportazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa mill-Komunità jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni. Esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti oħra mniżżla fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenzi ta' esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu minn l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tefa' ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-term tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38. Artikolu 2a Għajr jekk ma jkunx provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2). Artikolu 2b 1. Bla preġudizzju għall-Artikolu12 (2) sabiex ikunu evitati u milqugħa effetti avversi fuq is-suq fil-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjat fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunita jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in- kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 38. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikularment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 ta‘ l- imsemmi Ftehim. Artikolu 3 1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti ż-zejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa maħsuda fil-Komunità biex ikunu esportati a bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni ta'esportazzjoni. 2. Għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni, jkun stabbilit metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, biex hekk jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti li għandu jsir mir-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-importazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, waqt li jagħti każ ta‘l-imperattivi maniġerjali; (ċ) jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju. Fejn għandu x'jaqsam iż-żejt taż-żebbuġa, r-rifużjoni tista' tkun iffissata wkoll f'livelli differenti skond il-kwalita u l-preżentazzjoni fejn is-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38. Għaż-żejt taż-żebbuġa, jistgħu jkunu fissati rifużjonijiet, partikularment: (a) f'intervalli regolari; (b) bi stedina għal tender jekk is-sitwazzjoni tas-suq hekk tirrikjedi. Għaż-żejt taż-żebbuġa l-istedina għal tender tista' tkun ristretta għal ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni, ċerti kwantitajiet u kwalitajiet u preżentazzjonijiet. Għajr fejn iffissati minn stedina għal tender, l-ammont ta' rifużjonijiet ikun iffissat ta' l-inqas darba fix-xahar. Fejn meħtieġ, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Rifużjoni għal żejt taż-żebbuġa tkun iffissata fid-dawl ta: (a) is-sitwazzjoni u tendenzi simili: - fis-suq tal-Komunita, fejn jidħlu l-prezzijiet u l-provediment taż-żejt taż-żebbuġa. - fis-suq tal-mondjali, fejn jidħlu l-prezzijiet taż-żejt taż-żebbuġa; (b) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; Madankollu, fejn is-sitwazzjoni tas-suq mondjali ma tippermettix l-aktar prezzijiet favorevoli għaż-żejt taż-żebbuġa biex ikunu determinati, jista' tittieħed konsiderazzjoni tal-prezz f'dak is-suq taż-żjut vegetali prinċipalment kompetittivi u ta‘l-intervall irrikordjat fuq perjodu rappreżentattiv bejn dak il-prezz u l-prezz għaż-żejt taż-żebbuġa. L-ammont tar-rifużjoni ma jistax jeċċedi d-differenza bejn il-prezz taż-żejt fil-Komunità u dak fis-suq mondjali, aġġustat jekk ikun hemm bżonn biex jieħu in-konsiderazzjoni l-ispejjeż ta' esportazzjoni tal-prodotti għal dak is-suq. 5. Rifużjonijiet għal żerriegħa tal-kolza u r-rapa jkunu fissati fid-dawl ta: (a) l-prezzijiet li jiksbu fil-Komunità fis-swieq differenti rappreżentattivi għall-ipproċessar u l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet fis-suq fil-Komunità għaż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa u t-tendenzi mistennija f'dawn il-prezzijiet; (b) is-sitwazzjoni fil-Komunità rigward il-provediment ta' dawn il-prodotti f'relazzjoni mat-talba; (ċ) l-aktar prezzijiet favorevoli irrekordjati fis-swieq varji tal-pajjiżi importaturi barra l-Komunità; (d) l-ispejjeż ta' l-imbarkazzjoni fis-suq mondjali; (e) l-aspetti ekonomiċi fuq l-esportazzjonijiet proposti. (f) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi in-segwitu ta' Artikolu 228 tat-Trattat; 6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'importazzjoni rilevanti. 7. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew, jekk addattat; (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 38. 9. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Rigward il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu ta' riferenza ma jkunx jaffettwa il-validita tal-liċenzi ta'esportazzjoni. 10. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati jew m‘humiex użati esportabbli, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 38. Artikolu 3a 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 3b 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 4(1) jkun sostitwit b'dan li ġej: "1. Prezz ta' produzzjoni tal-bidu, prezz ta'intervent u prezz tas-suq rappreżentattiv għaż-żejt taż-żebbuġa jkunu fissati kull sena għall-Komunita. Madankollu, meta matul is-sena tas-suq il-fatturi li jintużaw biex jiddeterminaw il-prezz tas-suq rappreżentattiv għaż-żejt taż-żebbuġa jgħaddu minn bidla li, a bażi tal-kriterja li trid tkun stabbilita taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38, tista' tkun kunsidrata bħala sostanzjali, tittieħed deċiżjoni taħt l-imsemmija proċedura biex ikun aġġustat il-prezz tas-suq rappreżentattiv matul is-sena tas-suq. F'tali każi, l-livell ta'għajnuna tal-konsum li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 11(5) u (6) jista' jkun aġġustat skond l-istess proċedura." 3. L-Artikoli 9, 14, 15, 16, 17, 18 u 19 ikunu mħassra. 4. L-Artikolu 20 jkun sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 20 1. Fejn Iż-żejt taż-żebbuġa jkun esportat lil pajjiżi barra l-Komunità u l-prezzijiet mondjali jkunu ogħla mill-prezz tal-Komunita, tista tkun iċċarġjata levy li tkopri d-differenza. 2. Għaż-żejt taż-żebbuġa li m'għaddiex minn proċess ta' raffinament, l-ammont ta' levy ma jeċċedix il-prezz cif għaż-żejt taż-żebbuġa mnaqqas bil-prezz tas-suq rappreżentattiv iffissat in segwitu għall-Artikoli 4 u 6. Il-prezz ċif ikun stabbilit a bażi ta' possibbiltajiet ta' xiri favorevoli fis-suq mondjali, bil-prezzijiet ikunu aġġustati fid-dawl ta' kwalunkwe differenzi in-relazzjoni mad-denominazzjoni jew kwalita tal-prodotti konċernati. Għaż-żejt taż-żebbuġa li għadda minn proċess ta' raffinament, l-ammont ta' levy m'għandux jaqbeż il-prezz ċif li hemm riferenza għalih fl-ewwel subparagrafu mnaqqas bil-prezz tas-suq rappreżentattiv, bl-ammont tad-differenza jkun miżjud, kif suppost, b'piż ta' 111 li jirrappreżenta l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa verġni meħtieġ biex ikunu prodotti 100 kg ta' żejt taż-żebbuġa raffinat jew bil-piż ta' 149 li jirraporeżenta l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa li jibqa' mhux maħdum biex ikunu prodotti 100 kg ta' żejt taż-żebbuġa li jifdal raffinat. 3. Il-levy ta'esportazzjoni tkun iffissata mill-Kummissjoni. 4. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 38." 5. L-Artikolu 20a jkun sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 20a 1. Żejt taż-żebbuġa użat għall-manifattura ta' ħut priservat li jaqa' taħt il-kodiċi NK 1604, bl-eċċezzjoni tas-sotto titolu 160430, krustaċji u molluski riservati li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 1605 u l-ħxejjex priservati li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005, jibbenefikaw minn sistema ta' rifużjoni ta' produzzjoni. 2. L-ammont ta' rifużjoni jkun iffissat a bażi tad-differenza bejn il-prezzijiet miksuba fis-suq mondjali u fis-suq tal-Komunita. Għal dan l-iskop jittieħed in-konsiderazzjoni dan li ġej: - il-ħlas ta'importazzjoni applikabbli għaż-żejt taż-żebbuġa taħt is-sotto-titolu KN 15099000 matul perjodu riferenzjali; - il-fatturi meħudin in-konsiderazzjoni waqt l-iffissar tar-rifużjonijiet ta'esportazzjoni validi għaż-żejt taż-żebbuġa li jaqgħu taħt is-sotto-titolu KN 15099000 matul perjodu riferenzjali. Madankollu, fejn iż-żejt taż-żebbuġa użat fil-manifattura tal-priservi kien prodott fil-Komunita, r-rifużjoni ikun ugwali għall-ammont li hemm riferenza għaliha fis-sotto-paragrafu preċedenti, flimkien ma'ammont ugwali għall-għajnuna ta' konsum applikabbli fil-jum li fih kienet applikata r-rifużjoni. 3. Ir-rifużjoni iffissata qabel tinżamm fejn id-differenza bejn ir-rifużjoni u dik ġdida ma taqbiżx ammont li jrid ikun stabbilit. 4. Fil-każ ta' bidla sinifikanti fil-prezz tas-suq rappreżentattiv għall-perjodu ta' validita tar-rifużjoni, trid tittieħed in-konsiderazzjoni wkoll, meta tkun iffissaa r-rifużjoni, d-differenza bejn il-prezz rappreżentattiv il-ġdid u dak validu qabel. 5. Intitolament għal rifużjoni ikun akkwistat fiż-żmien li jkun intużat iż-żejt fil-manifattura tal-priservi. L-Istati Membri jassiguraw, permezz ta'arranġamenti ta' sorveljanza, li r-rifużjoni tingħata biss għaż-żejt taż-żebbuġa użat fil-manifattura tal-priservi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1. 6. Ir-rifużjoni tal-produzzjoni tkun iffissata kull xahrejn mill-Kummissjoni. 7. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u partikolarment dawk li jikkonċernaw l-arranġamenti ta' sorveljanza li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 5, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38." 6. L-Artikoli 20b u 28 jkunu imħassra. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 142/67 tal-21 ta' Ġunju 1967 (GU Nru L 125, 26. 6, 1967 p. 2461), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 (GU Nru L 264, tat-23.11.1972, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 143/67 tal-21 ta' Ġunju 1967 (GU Nru L 125, tas-26.6.1967, p. 2463), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2077/71 (GU Nru L 220, tat-30.9.1972, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 19/69 tal-20 ta' Diċembru 1968 (GU Nru L 3, 7 1. 1969, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 (GU Nru L 264, tat-23.11.1972, p. 1) Regolament (KEE) Nru 2596/69 tal-18 ta' Diċembru 1968 (GU Nru L 324, 27 12. 1969, p. 12) Regolament (KEE) Nru 1076/71 tal-25 ta' Mejjeu 1971 (GU Nru L 116, tat-28.5.1971, p. 2) Regolament (KEE) Nru 443/72 tad-29 ta' Frar 1972 (GU Nru L 54, tat-3.3.1972, p. 3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 (GU Nru L 303, tat-28.11.1977, p. 1) Regolament (KEE) Nru 1569/72 ta20 ta' Lulju 1972 (GU Nru L 167, tal-25.7.1972, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2206/90 (GU Nru L 201, tal-31.1.1990, p. 11) Regolament (KEE) Nru 2751/78 tat-23 ta' Novembru 1978 (GU Nru L 331, tat-28.11.1978, p. 5) Regolament (KEE) Nru 591/79 tas-26 ta' Marzu 1979 (GU Nru L 78, tat-30.3.1979, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2903/89 (GU Nru L 280, tad-29.9.1989, p. 3) Regolament (KEE) Nru 1594/83 tal-14 ta' Ġunju 1983 (GU Nru L 163, tat-22.6.1983, p. 44), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1321/90 (GU Nru L 132, tat-23.5.1990, p. 15) Regolament (KEE) Nru 1491/85 tat-23 ta' Mejju 1985 (GU Nru L 151, ta' l-10.6.1985, p. 15), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1724/91 (GU Nru L 162, tas-26.6.1991, p. 35) Regolament (KEE) Nru 2194/85 tal-25 ta' Lulju 1985 (GU Nru L 204, tat-2.8.1985, p. 7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1725/91 (GU Nru L 162, tas-26.6.1991, p. 37) Regolament (KEE) Nru 1650/86 tas-26 ta' Mejju 1986 (GU Nru L 145, tat-30.5.1986, p. 8) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS VI FLAX U HEMP I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 ta' Ġunju 1970 (GU Nru L 146, ta' l-4.7.1970, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1557/93 (GU Nru L 154, tal-25.6.1993, p. 26) L-Artikoli 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 7 Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 8 1. Dan l-Artikolu jkun japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar restrittivi addottati mill-Istati Membri. 2. Hemp tassew mhux maħdum li jaqa' fil-kodiċi NK 53021000 u ġej minn pajjiżi barra l-Komunità jista‘ jkun importat biss jekk il-prodott jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 41(1) u jekk tkun prodotta evidenza li l-kontenut ta' tetrahydrocannabinol mhux ogħla minn dak li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 4(4). 3. Żerriegħa biss jew varjetajiet ta' hemp li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 12079910 ġejjin minn pajjiżi barra l-Komunità li joffru l-garanziji provdut għalihom fl-Artikolu 4(1) u li huma nklużi fil-lista li għandha ssir jistgħu jkunu impurtati. Dik il-lista ssir skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4(4). 4. L-importazzjonijiet tal-Komunità tal-prodotti speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 ikunu suġġetti għal iċċekkjar biex ikun determinat jekk it-termini ta' dan l-Artikolu jkunux ġew obduti. Fejn l-imsemmija termini jkunu ġew obduti, l-Istat Membru importatur joħroġ ċertifikat li juri tali obbidjenza. 5. Dawn li ġejjin biss ikunu awtorizzati li jimpurtaw żerriegħa tal-hemp li taqa' taħt il-kodiċi KN 12079991: - organizzazzjonijiet u istituti ta' riċerka, - persuni naturali u legali li jistgħu jippruvaw li għandhom livell suffiċjenti ta'attivita fis-settur ikkonċernat. 6. L-importazzjonijiet kollha, minn persuni li hemm riferenza għalihom fit-tieni indent tal-paragrafu 5 taż-żrieragħ li hemm riferenza għalihom f'dak il-paragrafu jkunu suġġetti għal sistema ta' kontroll li tkun tapplika sakemm iż-żrieragħ jintużaw għal skop ieħor barra għaż-żriegħ. 7. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet addottati minnhom biex jiżguraw il-kontroll ipprovdut għalih fil-paragrafu 6 qabel ma japplikawhom. Fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma jippermettux tali kontroll li jsir effettivament, l-emendi li l-Istat Membru konċernat irid jagħmel għalihom ikunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 12. 8. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan il-paragrafu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 12. Artikolu 8a 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist tal-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri prekawzjonali. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/82 tat-18 ta' Mejju 1982 (GU Nru L 162, 12 6. 1982, p. 27), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2058/84 (GU Nru L 191, tad-19.7.1984, p. 5) L-Artikolu 2 huwa mhassar. III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2059/84 tas-16 ta' Lulju 1984 (GU Nru L 191, 19 7. 1984, p. 6) L-Artikoli 2, 3 u 4 huma mħassra. IV. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1054/72 tad-19 ta' Mejju 1972 (OJ Nru L 120, tal-25.5.1972, p. 1) Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar. -------------------------------------------------- ANNESS VII PRODOTTI TAL-ĦALIB I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 148, tas-27.6.1968, p. 13), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2807/94 (GU Nru L 298, tad-19.11.1994, p. 1) 1. L-Artikolu 4 huwa mħassar. 2. Titolu III jkun sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU III Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 13 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni. Esportazzjonijiet mill-Komunità ta' kwalunkwe tali prodotti jistgħu jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni. 2. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 16 u 17. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 3. Dan li ġej ikun addottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. (a) il-lista ta' prodotti li għalihom hija meħtieġa l-liċenza ta'esportazzjoni; (b) it-terminu tal-validita tal-liċenzi; u (ċ) r-regoli dettaljati l-oħra għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu 14 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1. Artikolu 15 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjat fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif jkun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 16 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘l-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mneħħija kif imiss matul is-sena; jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi d-dispożizzjonijiet rigward: (a) garanziji li jkopru in-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għafien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 17 1. Safejn meħtieġ biex jippermetti l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 biex ikunu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jekk huma prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e) u (g) a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista‘ tkun koperta mir-rifużjoni ta'esportazzjoni. Rifużjonijiet ta'esportazzjoni fuq il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness ma jistgħux jkunu ogħla minn dawk applikabbli għal tali prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-iktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati: (a) f'intervalli regolari; (b) bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura kienet ipprovduta fl-imgħoddi. Għajr fejn iffissat b'tender, il-lista ta' prodotti li fuqha jingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni tkun iffissata ta' linqas darba kull erba' ġimgħat. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn erba' ġimgħat u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Madankollu, għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness, ir-rifużjoni tista' tkun iffissata fi programm ieħor stabbilit skond il-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta rifużjonijiet ta'esportazzjoni jkunu qegħdin jiġu fissati għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita għal ħalib u prodotti tal-ħalib fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fis-suq mondjali; (b) l-aktar prezzijiet tas-suq favorevoli u prezzijiet tat-trasport mis-swieq tal-Komunità għal portijiet tal-Komunità jew postijiet oħra flimkien mal-prezzijiet biex jintbagħtu fil-pajjiżi tad-destinazzjoni; it-talba fis-suq tal-Komunita; (ċ) l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, li jridu jiżguraw sitwazzjoni ekwilibrata u żvilupp naturali rigward il-prezzijiet u l-kummerċ f'dawn is-swieq; (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; (e) il-importanza li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita; (f) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. Tittieħed ukoll konsiderazzjoni partikolarment tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern. 5. Għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati bħala tali: (a) il-prezzijiet fil-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragarafu 1 ikunu determinati billi jittieħdu in-konsiderazzjoni l-prezzijiet fis-seħħ li jidhru li jkunu l-aktar favorevoli rigward esportazzjoni; (b) il-prezzijiet fis-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu determinati billi tittieħed konsiderazzjoni partikolari ta: (a) il-prezzijiet fis-swieq tal-pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa fuq-il-fruntiera. 6. Ir-rifużjonijiet jingħataw għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 fuq talba biss u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'importazzjoni rilevanti. 7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjoni ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati bħala tali jkun dak applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, dak applikabbli fl-istess jum għal: (a) id-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew fejn xieraq (b) id-destinazzjoni attwali, kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli jew id-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 9. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. 10. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 11, - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjat, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 11. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax li: - li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni. F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għal-levy miġbura ma' l-importazzjoni fejn dik il-levy hija ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; r-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn il-levy miġbura ma' l-importazzjoni hija ogħla minn dan ir-rifużjoni. 12. Rigward il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness, il-paragrafi 10 u 11 jkunu japplikaw biss għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN segwenti: - 18069060 sa 18069090 (ċerti prodotti li jkun fihom il-kakao), - 1901 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel tad-dqiq, eċċ.). - 21069099 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati band'oħra), li jkollhom kontenut għoli ta' prodott tal-ħalib. 13. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 14. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 8, 10, 11 u 12 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jiġu addottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Artikolu 18 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta'ipproċessar intern jew estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma ntiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu jew ta' prodotti mniżżla fl-Anness. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità ikun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 19 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 20 1. Fejn hemm wieħed jew aktar prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, il-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera jeċċedi sinifikament il-livell tal-prezzijiet tal-Komunità u fejn dik is-sitwazzjoni tidher li tista' tkompli, u allura tiddisturba jew thedded li tiddisturba is-suq tal-Komunita, l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 5 jistgħu jittieħdu. 2. Eċċess sinifikanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 jista' jeżisti meta l-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera jeċċedi l-prezz ta'intervent iffissat għall-prodott in-kwistjoni, miżjud bi 15 %, jew, rigward prodotti għal liema m‘hemm ebda prezz ta'intervent, prezz derivat mill-prezz ta'intervent, li jkun determinat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, li jieħu in-konsiderazzjoni n-natura u l-kompożizzjoni tal-prodott in-kwistjoni. 3. Is-sitwazzjoni li fiha l-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera sinifikament teċċedi l-livell ta' prezzijiet tidher li se tkompli meta jeżisti żbilanċ bejn il-provediment u d-domanda u dak l-iżbilanċ jidher li se jkompli, minkejja tendenzi prevedibbli fil-produzzjoni u fil-prezzijiet tas-suq. 4. Is-suq tal-Komunità jkun disturbat jew mhedded b'disturb mis-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza f'dan l-Artikolu meta l-livell għoli ta' prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali: - jimpedixxu l-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib fil-Komunita, jew - jikkawżaw li l-prodotti tal-ħalib iIħallu l-Komunita. biex b‘hekk is-sigurtà tal-provediment ma tkunx iktar żgurata jew tkun mhedda li ma tkunx iktar żgurata fil-Komunita. 5. Fejn il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu preċedenti jitwettqu, sospensjoni totali jew parzjali tal-levies u/jew ġbir ta' spejjeż ta'esportazzjoni jistgħu jkunu deċiżi bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura. Artikolu 21 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet li fihom u l-limiti f'liema l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 876/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 155, tat-3.7.1968, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1344/86 (GU Nru L 119, tat-8.5.1986, p. 36) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2115/71 tat-28 ta' Settembru 1971 (GU Nru L 222, tat-2.10.1971, p. 5) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2180/71 tat-12 ta'Ottubru 1971 (GU Nru L 231, ta' l-14.10.1971, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/74 tal-25 ta' Ġunju 1974 (GU Nru L 172, tas-27.6.1974, p. 9) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2915/79 tat-18 ta' Diċembru 1979 (GU Nru L 329, ta' l-24.12.1979, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3798/91 (GU Nru L 357, tat-28.12.1991, p. 3) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS VIII CANGA U VITELLA I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1884/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 27) 1. L-Artikolu 3 huwa mhassar. 2. Titolu II jkun sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 9 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni. Importazzjonijiet fil-Komunita, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b) u esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12 u 13. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każi ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27. Artikolu 10 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1. Artikolu 11 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 12 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27. Rigward il-kwota ta'importazzjoni ta' 50000 tunnellati ta' laħam iffriżat li jaqa taħt il-Kodiċi KN 02022030, 020230 u 02062991 u intenzjonati għall-ipproċessar, il-Kummissjoni tissottometti rapport dwar il-bilanċ qabel Diċembru kull sena. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni b'maġġoranza kwalifikata, jista' tistabbilixxi li l-kwota kollha jew parti minnha tkun tkopri kwantitajiet ekwivalenti ta' kwalita ta' laħam, waqt li tapplika rata ta' konversjoni ta' 4,375. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju"), - il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa b'mod tajjeb matul is-sena, waqt li jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott, u fejn suppost, il-manteniment ta' mudelli tal-kummerċ tradizzjonali; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) l-kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 13 1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet jew dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonii ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati: (a) f'intervalli regolari; (b) bi żjieda u għal kwantitajiet limitati, bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura tidher li hi addattata. Għajr fejn iffissat b'tender, il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal iktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet għal prodotti fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella' fis-suq mondjali; (b) l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella, li jridu jiżguraw ekwilibriju u żvilupp naturali fil-prezzijiet u l-kummerċ f'dan is-suq; (ċ) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; (d) il-bżonn li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita; (e) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. Tittieħed ukoll konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifatturi ta' prodotti proċessati esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal arranġamenti ta'ipproċessar intern. Flimkien ma dan, fil-kalkolu ta' l-ammont tar-rifużjoni għal prodotti mniżżla fis-sezzjonijiet (a), (ċ) u (d) ta' l-Anness, u fis-sezzjoni (d) taħt is-sotto-titoli 02022030, 02022050, 02022090, 020230 u 02062991, il-koeffiċjenti tar-rata assoluta għal kull wieħed mill-prodotti konċernati tista' tittieħed in-konsiderazzjoni. 5. Meta l-prezzijiet fil-Komunità mniżżla fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin jiġu stabbiliti jittieħed in- konsiderazzjoni dan li ġej: - ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunita, - ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fl-esportazzjoni. Meta l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali mniżżla fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta: - ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq ta' pajjiżi barra l-Komunita, - (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet; - (ċ) prezzijiet ta' produtturi irrekordjati f'esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-Komunita, b'konsiderazzjoni meħuda, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija minn dawk il-pajjiżi; - (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti. 7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 63 u 47 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 27. 9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10, - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 10. Fl-assenza ta' deroga mogħtija skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti li huma impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u ri-esportati lil pajjiżi barra l-Komunita. 11. L-osservanza tal-limiti tal-volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat tkun żgurata a bażi tal-liċenzi ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-ambitu tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali tar-Round Urugwajan, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli li ma kinux allokati jew utilizzati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27. Artikolu 14 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każijiet speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' l-ipproċessar intern jew estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1. 2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 15 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 16 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina ċ-ċirkostanzi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ptrotettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa: L-Istat Membru jkun mgħarraf b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 3. L-Artikolu 22a (2) jkun sostitwit b'dan li ġej: "2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu" . II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 98/69 tas-16 ta' Jannar 1969 (GU Nru L 14, tal-21.1.1969, p. 2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 429/77 (GU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 18) L-Artikolu 1(2) jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 1 1. Disponiment tal-prodotti miżmuma minn aġenziji ta'intervent jistgħu jkunu garantiti biss: (a) fejn il-prodotti huma intenzjonati għal ċertu użu; jew (b) fejn il-prodotti huma intenzjonati għall-esportazzjoni; jew (ċ) fil-każ ta' disponiment mingħajr destinazzjoni speċifika, jekk ma jirriżulta ebda riskju ta' disturb tas-suq, waqt li tingħata attenzjoni lil-livell tal-prezzijiet tas-suq medji għal annimali bovini adulti fil-Komunità u fl-Istati Membri, kif irrekordjat skond ir-Regolament (KEE) Nru 189/87; jew (d) fejn it-tneħħija mill-ħażna hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi. 2. Fil-każi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 (a) u (b), kondizzjonijiet speċjali jistgħu jkunu stabbiliti biex jiżguraw li l-prodotti ma jkunux użati għal skop ieħor għajr dak li għalih kienu intenzjonati u biex jieħdu in-konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet partikolari ta' tali bejgħ. Biex jiżguraw li l-obligazzjonijiet li daħlu fihom jitwettqu, tali kondizzjonijiet jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' sigurtà li titneħħa kollha jew f‘parti jekk l-imsemmija obbligazzjonijiet ma jkunux jew ikunu biss parzjalment imwettqa." III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 156, ta' l-4.7.1968, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 427/77 (GU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 16) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1157/92 tat-28 ta'April 1992 (GU Nru L 122, tas-7.5.1992, p. 4) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS IX LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta' Settembru 1989 (GU Nru L 289, tas-7.10.1989, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1886/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 30) It-Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 9 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet menn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni. Liċenzi jinħarġu minghand l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 12. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Il-ħruġ ta' tali liċenzi jista jkun suġġett għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul it-terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każi ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. Il-lista ta' prodotti li għalihom hemm bżonn liċenzi ta'esportazzjoni, it-terminu tal-validita tal-liċenzi u r-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30. Artikolu 10 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1. Artikolu 11 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 12 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju"), - il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 li jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott, u fejn suppost, il-manteniment ta' mudelli tal-kummerċ tradizzjonali; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 13 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. 2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minghand kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 14 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 15 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 huma effettwati minn, jew mhedda b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi ċ-ċirkustanzi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2641/80 tal-14 ta'Ottubru 1980 (GU Nru L 275, tat-18.10.1980, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3890/92 (GU Nru L 391, tal-31.12.1992, p. 51) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2642/80 tal-14 ta' Ottubru 1980 (GU Nru L 275, tat-18.10.1980, p. 4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3939/87 (GU Nru L 373, tal-31.12.1987, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3643/85 tad-19 ta' Diċembru 1985 (GU Nru L 348, ta' l-24.12.1985, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3890/92 (GU Nru L 391, tal-31.12.1992, p. 51) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS X LAĦAM TAL-MAJJAL I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1249/89 (GU Nru L 129, tal-11.5.1989, p. 12) 1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ikun sostitwit b'dan li ġej: "Il-prezz bażiku jkun iffissat billi tittieħed konsiderazzjoni, partikolarment, tal-bżonn li jkun iffissat dan il-prezz f'livell li jikkontribwixxi għal istabbilizzar tal-prezzijiet tas-suq mingħajr, iżda, ma jwassal għall-formazzjoni ta' surplus strutturali fil-Komunita." 2. L-Artikolu 5(2) jkun sostitwit b'dan li ġej: "Għal prodotti ta' kwalita standard barra l-karkassi tal-qżieqeż, il-prezzijiet tax-xiri jkunu derivati mill-prezzijiet tax-xiri għal karkassi tal-qżieqeż a bażi ta' proporzjon li jeżisti bejn il-valur kummerċjali ta' dawn il-prodotti u l-valur kummerċjali tal-karkassi tal-qżieqeż." 3. Il-punt li ġej ikun miżjud ma' l-Artikolu 5(4): "(d) iffissar tal-koefiċjent li jesprimi l-proporzjon li għalih hemm riferenza fil-paragrafu 2." 4. Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej: "IT-TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 8 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet menn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11 u 13. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Artikolu 9 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1). Artikolu 10 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. Il-prezzijiet ta'importazzjoni cif ikunu ċekkjati għal dan l-iskop, kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim. Artikolu 11 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 12 1. Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikattivament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 4 jistgħu jittieħdu. 2. Żieda konsiderevoli fil-prezzijiet fit-tifsira tal-paragrafu 1 teżisti meta, wara żieda fil-prezz ġenerali fir-reġjunijiet kollha tal-Komunita, l-prezz medju tal-karkassi tal-qżieqeż fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità mogħtija fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 huwa f'livell ogħla mill-medja ta' dawk il-prezzijiet stabbiliti għall-perjodu preċedenti ta' tliet snin tas-suq, mill-1 ta' Lulju sat-3 ta' Ġunju, aġġustati jekk meħtieġ a bażi ta' tendenzi ċikliċi fil-prezzijiet in-kwistjoni, b'żieda tad-differenza bejn dik il-medja u l-medja tal-prezzijiet bażiċi fis-seħħ matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni, waqt li tittieħed in-konsiderazzjoni kwalunkwe emenda tal-prezz bażiku imqabbel mal-prezz emerġenti mill-medja għall-imsemmi perjodu. 3. Iż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tista' tkompli fit-tifsira tal-paragrafu 1 meta jeżisti u hemm ċans li jkompli, żbilanċ bejn il-provediment u t-talba tal-laħam tal-majjal, partikolarment minħabba: (a) tendenzi ċikliċi fin-numru kopert ta' qżieqeż nisa u fil-prezzijiet tal-friegħ tal-qżieqeż; (b) stharrig u estimi mwettqa in segwitu għad-Direttiva 93/23/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istharrig statistikali li għandu jsir dwar il-produzzjoni tal-qżieqeż; (ċ) tendenzi prevedibbli fil-prezzijiet tas-suq għal karakassi tal-qżieqeż. 4. Fejn il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu preċedenti jitwettqu, sospensjoni totali jew parzjali tad-dazji ta'importazzjoni tista' tkun deċiża bil-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jiġu adottati skond l-istess proċedura. Artikolu 13 1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti li l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 ikunu esportati a bażi tal-kwoti jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwoti jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli u effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonii jkunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering. Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti ta' laħam tal-majjal fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet ta' prodotti ta' laħam tal-majjal fis-suq mondjali. (b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita; (ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat; Meta r-rifużjoni tkun qed tigi fissata, tittieħed konsiderazzjoni partikolari wkoll tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifatturi ta' prodotti proċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal arranġamenti ta'proċessar intern. Meta r-rifużjoni fuq il-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 tkun qed tigi kalkulata, tittieħed konsiderazzjoni tad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta' qamħ ta' l-ikel meħtieġ għall-produzzjoni fil-Komunità ta' kilogramm ta' laħam tal-majjal, bil-koeffiċjenti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(2) jittieħdu wkoll in- konsiderazzjoni fil-każ ta' prodotti barra karkassi tal-qżieqeż. 5. Il-prezz tal-Komunità li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 ikun stabbillit fuq il-bażijiet li ġejjin: (a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita; (b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni. Il-prezzijiet tas-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu stabbilliti fuq kriterji li ġejjin: (a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità u tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) prezzijiet ta' produtturi registrati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti. 7. Ir-fifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew, fejn addattat; (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24. 9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita. - li l-prodotti huma ta'oriġnii tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10, u - li fil-każ ta' rifużjoni differenzjata l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 10. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jipprovax: - li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - li kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni. F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għad-dazju miġbur ma' l-importazzjoni fejn dak id-dazju huwa ugwali jew inqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn id-dazju miġbur ma' l-importazzjoni huwa ogħla minn din ir-rifużjoni. 11. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Artikolu 14 1. Safejn meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern u fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 15 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 16 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2764/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 21), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4160/87 (GU Nru L 392, tal-31.12.1987, p. 46) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2765/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 23) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2766/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3906/87 (GU Nru L 370, tat-30.12.1987, p. 11) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2768/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 39) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2769/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 43) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS XI LAĦAM TAT-TJUR I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (GU Nru L 52, ta' l-24.6.1993, p. 1) 1. L-Artikoli 3 sa 11 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 3 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 8. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Artikolu 4 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1). Artikolu 5 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti speċifikament a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in- kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim. Artikolu 6 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta' amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-termini tal-validita tagħhom. Artikolu 7 Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu 8 1. Sa fejn hemm bżonn biex jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq dinji jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering. Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' lanqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti ta' laħam tat-tjur fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet ta' prodotti ta' laħam tat-tjur fis-suq mondjali; (b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita; (ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern. Barra minn dan, għall-iskop ta' kalkolu tar-rifużjoni għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1), tittieħed konsiderazzjoni tad-differenza bejn il-prezzijiet tal-Komunità u tas-suq mondjali għall-ammont ta' ġwież meħtieġ biex ikun prodott kilogramm ta' tjur maqtula fil-Komunita, waqt li tippermetti, fil-każ ta' prodotti oħra barra tjur maqtula, għad-differenzi fil-piż tal-prodotti differenti u/jew il-medja tal-valuri tagħhom kummerċjali. 5. Il-prezz tal-Komunità li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 ikun stabbillit fuq il-bażijiet li ġejjin: (a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita; (b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni. Il-prezzijiet tas-suq dinji li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu stabbiliti fuq il-bażijiet li ġejjin: (a) il-prezzijiet fis-swieq tal-pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 6. Rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti, għajr f'dan il-każ ta' flieles ta' jum li għalihom liċenza tista' tingħata "ex-post". 7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew, fejn addattat; (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibbilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. 9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita. - li l-prodotti huma ta'oriġini tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 10. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax: - li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - li kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni. F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għad-dazju miġbur ma' l-importazzjoni fejn dak id-dazju huwa ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn id-dazju miġbur ma' l-importazzjoni huwa ogħla minn din ir-rifużjoni. 11. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Artikolu 9 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern u estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1). 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 10 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 11 1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 12 huwa mhassar. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2778/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 84), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2779/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 90) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2780/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 94) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS XII BAJD, OVALBUMIN U LAKTALBUMIN A. BAJD I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l- 1.11.1975, p. 49), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (GU Nru L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1) 1. L-Artikoli 3 sa 11 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 3 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 8. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Artikolu 4 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1). Artikolu 5 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk notifikati li huma konformi mal-prezzijiet notifikati mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti speċifikament a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l imsemmi Ftehim. Artikolu 6 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, imnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 7 Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu 8 1. Safejn hemm bżonn biex jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering. Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikunu fissati ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista‘, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Dan li ġej jittieħed in konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti tas-settur tal-bajd fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet ta' prodotti tas-settur tal-bajd fis-suq dinji; (b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita; (ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern. Barra minn dan meta l-ammont ta' rifużjoni ikun ikkalkulat, tittieħed konsiderazzjoni, fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1), tad-differenzi bejn il-prezzijiet fil-Komunità fuq naħa u s-suq mondjali fuq in-naħa l-oħra tal-kwantità ta' ġwież meħtieġ fil-Komunità biex ikun prodott kilogramm ta' bajd bil-qoxra u tingħata attenzjoni, fil-każ ta' prodotti oħra barra l-bajd bil-qoxra, għall-kwantità ta' bajd bil-qoxra użata fil-manifattura ta' tali prodotti u/jew tal-proporzjon medju bejn il-valuri kummerċjali tal-kostitwenti tal-bajd. 5. Meta l-prezzijiet fil-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta: (a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita; (b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni. Meta l-prezzijiet fis-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta: (a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 6. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) u esportati mingħajr aktar ipproċessar jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni rilevanti għajr fil-każ ta' bajd għat-tifqis fejn liċenza tista tingħata "ex-post". 7. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjoni ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) esportati mingħajr aktar ipproċessar tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew fejn xieraq (b) ghad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. 9. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. 10. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita. - li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 11, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata,li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 11. Ebda rifużjoni ta' esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax: - li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - li l-levy inġabret ma' l-importazzjoni. F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għal-levy miġbura ma' l-importazzjoni fejn din il-levy hija ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn il-levy miġbura ma' l-importazzjoni hija ogħla minn din ir-rifużjoni. 12. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jaffettwax il-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 13. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. L-Anness I ikun emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I jiġu addottati skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Artikolu 9 1. Safejn meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta'votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta traffikar ta' proċessar intern fejn jidħlu: - prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifattura ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b), u - f'każijiet speċjali, fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifatturi tal-prodotti mniżżla fl-Anness I. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 10 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 11 1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist tal-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 12 huwa mħassar. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2773/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 64), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4155/87 (GU Nru L 392, tal-31.12.1987, p. 29) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2774/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 68) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2775/75 ta' l-1 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L282, ta' l-1.11.1975, p. 72) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. B. OVALBUMIN U LAKTALBUMIN Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 104), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4001/87 (GU Nru L 377, tal-31.12.1987, p. 44) 1. Is-sentenza introduttiva ta' Artikolu 1 hija mibdula b'dan li ġej: "Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti li ġejjin:" 2. L-Artikolu 2(2) jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 4. Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħra ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75." 3. L-Artikolu 3(2) jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta 'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura." 4. L-Artikolu 4 ikun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 4 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżami simultanju"), - il-metodu bażat fuq it-teħid in konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom." 5. L-Artikolu 5 jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 5 Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikattivament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu" . 6. L-Artikolu 7 jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 7 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u dan ir-Regolament, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta'proċessar intern u fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma ntiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba." 7. L-Artikolu 8 ikun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett." -------------------------------------------------- ANNESS XIII FROTT U ĦXEJJEX I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 (GU Nru L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 (GU Nru L 338, tal-31.12.1993, p. 26) It-Titolu IV jkun sostitwit b'dan li ġej: "TITOLU IV Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 22 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 25 u 26. Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha; tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-term tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33. Artikolu 23 1. Għajr jekk ma jkunx provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2). 2. Kemm-il darba l-applikazzjoni tar-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jiddependu fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna impurtata, l-veraċita ta' dan il-prezz tkun iċċekkjata bl-użu ta' valur ta' rata l-istess ta'importazzjoni kalkulata mill-Kummissjoni li tiddependi fuq l-oriġini u l-prodott a bażi tal-prezzijiet medji influwenti għall-prodotti in-kwistjoni fis-swieq ta'importazzjoni rappreżentattivi ta' l-Istati Membri jew fejn applikabbli fuq swieq oħra. 3. Fejn il-prezz tad-dħul iddikjarat għall-konsinja in-kwistjoni huwa ogħla mill-valur ta'importazzjoni bl-istess rata, miżjud b'marġni issettjata skond il-paragrafu 5 li ma tistax teċċedi l-valur bl-istess rata b'aktar minn 10 %, it-tfigħ ta' assigurazzjoni ugwali għad-dazji ta‘ importazzjoni a bażi tal-valur ts'importazzjoni bl-istess rata jkun meħtieġ. 4. Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsinja in-kwistjoni ma jkunx iddikjarat fiż-żmien tal-ħruġ mid-dwana, l-applikazzjoni tar-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni doganali taħt kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti skond il-paragrafu 5. 5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 33. Artikolu 24 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun iċċekkjat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 33. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali in segwitu għal Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 25 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq l-ordni li fiha l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu ta‘l-allokazzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju"). - il-metodu bażat fuq iċ-ċirkulazzjoni tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu tal-"wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta' maneġġjar jieħu in-konsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-bżonnijiet ta' provediment fis-suq tal- Komunità u l-bżonn li jissalvagwardja l-bilanċ f'dak is-suq, u jista' jdur fuq metodi applikati fl-imgħoddi għall-kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe levies li joħorġu minn ftehim konklużi waqt in-negozjati kummerċjali tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, fejn jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 26 1. Safejn hemm bżonn biex jippermetti kwantitajiet ta‘ sinifikat ekonomiku tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) biex ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-iktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi ottenibbli u waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Fejn is-sitwazzjoni kummerċjali internazzjonali jew ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju, r-rifużjoni għal prodott mogħti tista' tvarja skond id-destinazzjoni tal-prodott. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari. Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita ta' ħxejjex u frott fis-suq tal-Komunita, - prezzijiet għal frott u ħxejjex fil-kummerċ internazzjonali. (b) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport minimi mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti ta'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fir-rimpjazzar ta' prodotti fis-suq tal-pajjiż tad-destinazzjoni. (ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat. 5. Meta prezzijiet fis-suq tal-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu qed jiġu stabbiliti l-prezzijiet li huma l-aiktar favorevoli mill-punt di vista ta'esportazzjoni jittieħdu in-konsiderazzjoni. Meta l-prezzijiet tas-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu qegħdin jigu determinati tittieħed konsiderazzjoni partikolari: (a) tal-prezzijiet rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunita; (b) ta‘ l-iktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) tal-prezzijiet tal-produtturi rekordjati fil-pajjiżi barra l-Komunità esportaturi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti. 7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) tkun dik applikabbli fil-jum ta‘l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 33. 9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita. - li l-prodotti huma ta’ oriġini tal-Komunita, u - li fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kien iffissat rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 10. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 11. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli jew mhux użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Artikolu 27 1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit meta jiġu impurtati l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) minn pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. 2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. Artikolu 28 1. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu meta jkun qed isir kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità kemm-il darba, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat. Tali miżuri jistgħu jkunu applikati biss sakemm, jiddependi mill-każ, id-disturb jew it-theddida ta' disturb tispiċċa jew il-kwantitajiet imwarrba jew mixtrija jkunu naqsu konsiderevolment. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2518/69 tad-9 ta' Diċembru 1969 (GU Nru L 318, tat-18.12.1969, p. 17), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2455/72 (GU Nru L 266, ta' l-14.11.1972, p. 7) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2707/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 (GU Nru L 291, tat-28.12.1972, p. 3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1200/88 tat-28 ta'April 1988 (GU Nru L 115, tat-3.5.1988, p. 7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3821/90 (GU Nru L 366, tad-29.12.1990, p. 45) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq jiġu mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS XIV FROTT U ĦXEJJEX IPPROCESSATI I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 ta' Frar 1986 (GU Nru L 49, tas-27.2.1986, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1490/94 (GU Nru L 161, tad-29.6.1994, p. 13) 1. Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej: "TITOLU II Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 9 1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12, 13, 14 u 14a. Liċenzi ta‘importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Il-ħruġ ta' tali liċenzi jista jkun suġġett għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul it-terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. Artikolu 10 1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1). 2. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22. Artikolu 10a 1. Prezz minimu ta'importazzjoni għas-snin tas-suq 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 ikun iffissat għall-prodotti mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I. Il-prezz minimu ta'importazzjoni jkun stabbilit waqt li jieħu in-konsiderazzjoni partikolarment: - tal-prezzijiet ħielsa-fuq-il-fruntiera fuq importazzjoni fil-Komunita, - il-prezzijiet ta' kisba fis-swieq mondjali, - is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità intern, - it-tendenza tal-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita. Fejn il-prezz minimu ta'importazzjoni mhux osservat, tkun imposta spiża effettiva b‘żieda mad-dazju doganali, bażata fuq il-prezzijiet tal-pajjiżi fornituri prinċipali barra l-Komunità. 2. Il-prezz minimu ta'importazzjoni għall-għeneb imqadded ikun iffissat qabel il-bidu tas-sena tas-suq. Prezz minimu ta'importazzjoni ikun iffissat għaż-żbieb u għal għeneb imqadded ieħor. Għal kull wieħed miż-żewġ gruppi ta' prodotti, l-prezz minimu ta' importazzjoni jista' jkun iffissat għall-prodotti f'ippakkjar immedjat ta' wżin nett li jrid ikun stabbilit u għal prodotti f'ippakkjar immedjat ta' wżin nett li jaqbeż dak il-piż. 3. Il-prezz minimu ta'importazzjoni għall-għeneb imqadded ikun iffissat qabel il-bidu tas-sena tas-suq. Il-prezz jista' jkun iffissat għal prodotti f'ippakkjar immedjat ta' piż nett stabbilit. 4. Il-prezz minimu ta'importazzjoni li għandu jkun osservat għall-għeneb imqadded ikun dak applikabbli fil-jum ta'importazzjoni. L-ispiża effettiva li trid tinġabar, jekk din teżisti, tkun dik li hija applikabbli fl-istess jum. 5. Il-prezz minimu li għandu jkun osservat għal importazzjoni taċ-ċirasa qarsa u għaċ-ċirasa proċessata jkun dak applikabbli fil-jum ta'aċċettazzjoni ta‘ l-entratura għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa. 6. Spejjeż effettivi għall-għeneb imqadded ikunu fissati b'riferenza għall-iskala tal-prezzijiet ta'importazzjoni. Id-differenza bejn il-prezz minimu ta'importazzjoni u kull pass ta' l-iskala tkun: - 1 % tal-prezz minimu għall-ewwel pass, - 3, 6 u 9 % rispettivament, tal-prezz minimu għat-tieni, t-tielet u r-raba' pass. Il-ħames pass ta' l-iskala jkopri l-każi kollha fejn il-prezz ta'importazzjoni jkun anqas minn dak applikat għar-raba' pass. L-ispiża effettiva massima li għandha tkun iffissata għall-għeneb imqadded ma tkunx teċċedi d-differenza bejn il-prezz minimu u l-ammont stabbilit a bażi tal-prezzijiet l-aktar favorevoli applikati fis-suq mondjali għal kwantitajiet sinifikanti mill-iktar pajjiżi rappreżentattivi li m‘humiex membri. 7. Fejn il-prezz ta' importazzjoni għaċ-ċirasa qarsa u għaċ-ċirasa proċessata huwa anqas mill-prezz minimu għal dawk il-prodotti, spiża effettiva ugwali għad-differenza bejn dawk il-prezzijiet tkun miġbura. 8. Il-prezz minimu ta' importazzjoni, l-ammont ta' l-ispiża effettiva u regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. Artikolu 11ċ 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw lis-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skond l-offerta tagħha mqiegħda fuq il-mejda matul in-negozjati multilaterali tar-Round Urugwajan. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in- kwestjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 22. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Artikolu 12 1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. 2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom: - il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew"). - il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżami simultanju"). - il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda"). Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw. Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan. 4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 u li jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi: (a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u (ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom. Artikolu 13 1. Safejn hu meħtieġ biex jippermetti l-esportazzjoni ta': (a) kwantitajiet ta‘ sinifikat ekonomiku tal-prodotti mingħajr zokkor miżjud li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1); (b) zokkor abjad u mhux maħdum li jaqa' taħt il-kodiċi KN 1701, - glukozju u xiropp tal-glukozju li jaqgħu taħt il-Kodiċi KN 17023051, 17023059, 17023091, 17023099 u 17024090. - isoglucose li taqa' taħt il-Kodiċi KN 17023010, 17024010, 17026010, 17029030, u - kannamieli u xiropp tal-kannamieli li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17029090, użati fil-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b), a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonijiet ta'esportazzjoni. 2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li: (a) huwa l-iktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli u waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effettivita u l-istruttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Fejn is-sitwazzjoni kummerċjali internazzjonali jew ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju, r-rifużjoni għal prodott mogħti tista' tvarja skond id-destinazzjoni. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari. Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu emendati fl-intervall mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. 4. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti. 5. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 22. 7. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 8. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet ghal esportazzjoni li m‘humiex allokati jew m‘humiex użati , jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. Artikolu 14 1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(a). 2. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita fis-suq tal-Komunità ta' prodotti proċessati minn frott u ħxejjex, - prezzijiet li jirrenjaw fil-kummerċ internazzjonali (b) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport minimi mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti a'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fl-imbarkar għall-pajjiżi tad-destinazzjoni. (ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; 3. Meta l-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jkunu qed jiġu stabbiliti għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(a), tittieħed konsiderazzjoni tal-prezzijiet renjanti li huma l-aktar favorevoli mill-punt di vista ta' esportazzjoni. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali: (a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) il-prezzijiet tal-produtturi rekordjati fil-pajjiżi esportaturi barra l-Komunità; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera tal-Komunita. 4. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova: - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita. - li l-prodotti huma ta‘ oriġini tal-Komunita, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22. Artikolu 14a 1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(b). 2. L-ammont tar-rifużjoni ikun ugwali: - għal zokkor mhux maħdum, zokkor abjad u kannamieli u xiropp tal-kannamieli, l-ammont ta' rifużjoni ta'esportazzjoni għal tali prodotti fi stat mhux ipproċessat, iffissat skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu, - għal isoglucose, l-ammont tar-rifużjoni ta'esportazzjoni għal dak il-prodott fl-istat mhux ipproċessat tiegħu, iffissat skond Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu, - għal glukozju u xiropp tal-glukozju, l-ammont ta' rifużjoni ta'esportazzjoni għal tali prodotti fi stat mhux ipproċessat, iffissat għal kull wieħed minn dawk il-prodotti skond l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq taċ-ċereali u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. 3. Biex wieħed jibbenefika mir-rifużjoni, l-prodotti proċessati jridu jkunu akkumpanjati, ma' l-esportazzjoni, b'dikjarazzjoni mingħand l-applikant li turi l-kwantitajiet ta' zokkor mhux maħdum u abjad u kannamieli u xiropp tal-kannamieli, isoglucose, il-glukozju u x-xiropp tal-glukozju uzati fil-manifattura. L-eżattezza tad-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tkun suġġetta għal iċċekkjar mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati. 4. Jekk ir-rifużjoni ma tkunx biżżejjed biex tippermetti l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), id-dispożizzjonijiet stabbiliti għar-rifużjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 13(1)(a) jkunu japplikaw għal dawk il-prodotti minflok għal dawk fl-Artikolu 13(1)(b). 5. Ir-rifużjoni tingħata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti: (a) li huma ta'oriġini tal-Komunita; (b) li kienu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li fuqhom tħallsu d-dazji ta'importazzjoni li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 10, basta l-esportatur jipprova: - li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u - li d-dazji ta'importazzjoni kienu miġbura ma' l-importazzjoni. Fil-każ kopert mis-subparagrafu (b), ir-rifużjoni fuq kull prodott ikun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni fejn ta' l-aħħar huma aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; fejn id-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla minn dak ir-rifużjoni, japplika dan ta' l-aħħar. 6. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova li: - l-prodotti jwettqu waħda miż-żewġ kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu preċedenti, - li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissat r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. 7. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22. Artikolu 15 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajjeb ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiċ-ċereali, iz-zokkor u l-frott u l-ħxejjex, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, jista', f'każijiet speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu: - Il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(b), u - frott u ħxejjex intenzjonati għall-manifattura tal-prodotti li hemm mniżżla fl-Artikolu 1(1). 2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tkun irriferuta lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih huwa kien notifikat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 16 1. Fejn in segwitu għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 levy li taqbeż il-5 EKU kull mitt kilogramma trid titħallas fuq esportazzjonijiet ta' zokkor abjad, l-impożizzjoni ta' ħlas fuq esportazzjonijiet ta' prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1) li jkun fihom minimu ta' 35 % zokkor miżjud jistgħu jkunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. 2. L-ammont ta' ħlas ta'esportazzjoni jkun iffissat b‘teħid in-konsiderazzjoni ta': - n-natura tal-prodott ipproċessat mill-frott tal-ħxejjex li jkun fihom zokkor miżjud, - il-kontenut ta' zokkor mizjud tal-prodott in-kwistjoni, - il-prezzijiet taz-zokkor abjad fil-Komunità u fis-suq dinji, - il-levy ta 'esportazzjoni applikabbli għal zokkor abjad, - l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' l-applikazzjoni ta' l-imsemmi ħlas. 3. Il-kontenut ta' zokkor miżjud ikun ikkonsidrat mogħti bil-figura murija kontra l-prodott in- kwistjoni fil-kolonna 1 ta' l-Anness III ta dan ir-Regolament. Madankollu, t-talba ta' l-esportatur, kemm-il darba l-kontenut taz-zokkor miżjud għal kull 100 kilogramm użin nett tal-prodott, stabbilit skond il-paragrafu 4, huwa żewġ kilogrammi jew aktar taħt il-kontenut espress bil-figura għall-prodott in-kwistjoni li tidher fil-kolonna 1 tal-Anness III, il-kontenut stabbilit skond il-paragrafu 4 ikun użat. 4. Il-kontenut ta' zokkor miżjud tal-prodotti mniżżla fl-Anness III ikun ikkonsidrat li jfisser il-qari ottenut bl-użu ta' rifrattometru, immultiplikat b'0,93 fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 2008, esklużi l-kodiċi KN 20081110, 20089100, 20089985 u 20089991, u b'0,95 fil-każ tal-prodotti l-oħra mniżżla fl-Anness III u ridotti bil-figura għall-prodott in-kwistjoni li jidher fil-kolonna 2 ta' l-Anness III. 5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 22. Artikolu 17 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 18 1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Annessi II u IV huma mħassra. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 518/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 22) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 519/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 24) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 520/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 26) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 521/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 28) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1796/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 (GU Nru L 183, ta' l-4.7.1981), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1122/92 (GU Nru L 117, ta' l-1.5.1992, p. 98) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2089/85 tat-23 ta' Lulju 1985 (GU Nru L 197, tas-27.7.1985, p. 10) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3225/88 tas-17 ta' Ottubru 1988 (GU Nru L 288, tal-21.10.1988, p. 11) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1201/88 tat-28 ta'April 1988 (GU Nru L 115, tat-3.5.1988, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2781/90 (GU Nru L 265, tat-28.9.1990, p. 3) Ir-Regolamenti t'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS XV BANANA Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 (GU Nru L 47, tal-25.2.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3518/93 (GU Nru L 320, tat-22.12.1993, p. 15) 1. L-Artikolu 15 jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 15 1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2). 2. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 3. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 4. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in -kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 5. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 27. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l imsemmi Ftehim." 2. L-Artikolu segwenti jkun infilsat: "Artikolu 15a L-Artikoli 15a sa 20 inklussivi ta' dan it-Titolu japplikaw biss għal prodotti friski li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 0803, esklużi l-"plantains". Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu: (a) "importazzjonijiet tradizzjonali mill-istati tal-ACP" tfisser il-kwantitajiet ta' banana stipulati fl-Anness esportati minn kull stat ta‘l-ACP li tradizzjonalment esporta banana lejn il-Komunita; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ACP tradizzjonali"; (a) "importazzjonijiet mhux tradizzjonali mill-istati tal-ACP" tfisser il-kwantitajiet ta' banana esportati minn kull stat ta‘ l-ACP li jaqbżu l-kwantità definita f'1; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ACP mhix tradizzjonali"; (ċ) "importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunità li m‘humiex fl-ACP" tfisser kwantitajiet esportati minn pajjiżi barra l-Komunita; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ta' pajjiżi barra l-Komunita"; (d) "banana tal-Komunita" tfisser banana prodotta fil-Komunita (e) "to market" u "marketing" ifissru li tpoġġiha fis-suq, mhux inkluż li tagħmel il-prodott ottenibbli għall-konsumatur finali." 3. F‘Artikolu 17 it-tieni paragrafu huwa rimpjazzat b'dan li ġej: "Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Għajr fejn derogi huma addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati bi qbil ma' dan ir-Regolament, matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu." 4. L-Artikolu 18 ikun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 18 1. Kwota ta' Tariffa ta' 2,2 miljun tunnellata (piż nett) jinfetħu kull sena għall-importazzjoni ta' banana minn pajjiżi m‘humiex fil-Komunità u banana ta‘l-ACP mhix tradizzjonali. Fl-ambitu tal-kwota tat-tariffa, importazzjonijiet ta' banana tal-pajjiżi m‘humiex fil-Komunita, jkunu suġġetti għal-levy ta' 75 EKU kull tunnellata u importazzjonijiet ta' banana ACP m‘humiex tradizzjonali tkun suġġetta għal dazju żero. Għall-1994, il-kwota tat-tariffa tkun 2,1 miljun tunnellata (Piż nett). Fejn it-talba tal-Komunità stabbilita a bażi tal-bilanċ ta' provediment li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 16 tiżdied, il-volum tal-kwota jiżdied b'konsegwenza, skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27. Kwalunkwe tali aġġustament isir qabel it-30 ta' Novembru qabel is-sena tas-suq konċernata. 2. B'deroga mill-Artikolu 15(1), banana ACP mhix tradizzjonali impurtata barra l-kwota tat-tariffa li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun suġġetta għal dazju doganali għal kull tunnellata ugwali għad-dazju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 15(1), imnaqqas b'100 EKU. 3. Il-kwantitajiet ta' banana minn pajjiżi barra l-Komunità u banana ACP mhix tradizzjonali ri-esportata mill-Komunità ma tkunx iċċarġjata għall-kwota li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1. 4. L-ammonti li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu jkunu konvertiti f'munita nazzjonali bir-rata applikabbli għall-prodotti konċernati b'konnessjoni mat-Tariffa Doganali Komuni." 5. L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu ma' Artikolu 20: - "miżuri li jiggarantixxu l-provenjenza u l-oriġini tal-banana impurtata fil-kwota tat-tariffa provdut għaliha fl-Artikolu 18(1). - miżuri neċessarji biex iwettqu l-obligazzjonijiet li joħorġu minn ftehim konklużi mill-Komunità skond l-Artikolu 288 tat-Trattat." 6. L-Artikolu 22 jkun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 22 Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni." 7. L-Artikolu 23 ikun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 23 1. Jekk, minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 27. 5. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." -------------------------------------------------- ANNESS XVI INBID I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 (GU Nru L 84, tas-27.3.1987, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1891/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 42) 1. Titolu IV jkun sostitwit b'dan li ġej: "TITOLU IV Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 52 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ghal importazzjoni. Importazzjonijiet fil-Komunita, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) u esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni. 2. Liċenzi jinħarġu minn l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 55 u 56. Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tefa' ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 3. Dan li ġej ikun addottat skond il--proċedura stabbilita fl-Artikolu 83. (a) il-lista ta' prodotti li għalihom hija meħtieġa l-liċenza ta'esportazzjoni u importazzjoni; (b) it-terminu tal-validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħra għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu 53 1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1. 2. Għal neċessitajiet li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 220430 li għall-applikazzjoni tad-dazji għalihom fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna mpurtata, l-eżattezza ta' dan il-prezz tkun iċċekkjata bl-użu ta' valur ta' rata l-istess ta'importazzjoni kalkulata mill-Kummissjoni li tiddependi fuq l-oriġini u l-prodott a bażi tal-prezzijiet medji influwenti għall-prodotti in-kwistjoni fis-swieq ta'importazzjoni rappreżentattivi ta' l-Istati Membri jew fejn applikabbli fuq swieq oħra. Fejn il-prezz tad-dħul iddikjarat għall-konsinja in-kwestjoni huwa ogħla mill-valur ta'importazzjoni bl-istess rata, miżjud b'marġni issettjata skond il-paragrafu 3 li ma tistax teċċedi l-valur bl-istess rata b'aktar minn 10 %, it-tfigħ ta'assigurazzjoni ugwali għad-dazji ta'importazzjoni a bażi tal-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jkun meħtieġ. Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsinja inkwistjoni ma jkunx iddikjarat fiż-żmien tal-ħruġ mid-dwana, l-applikazzjoni tar-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni doganali taħt kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti skond il-paragrafu 3. 3. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. Tali regoli dettaljati jkunu jinkludu id-dispożizzjoni meħtieġa għall-verifika tal-prezzijiet ta'importazzjoni. Artikolu 54 1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati f‘Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż. 2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu. 3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in- kwistjoni. Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 83. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment: (a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; (b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l-imsemmi Ftehim. Artikolu 55 1. Safejn hu meħtieġ biex jippermetti l-esportazzjoni ta': (a) il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ); (b) zokkrijiet li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 1701, glukozju u xiropp tal-glukozju li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17023091, 17023099, 17024090 u 17029050, inklużi l-forom ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17023051 u 17023059, inkorporati fil-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 20096011, 20096071, 20096079 u 22043099; a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonii ta'esportazzjoni. 2. Għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjonii, jkun stabbilit metodu li: (a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat in- kwistjoni, biex hekk jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti li għandu jsir mir-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘ l-importazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar; (b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, waqt li jagħti każ ta‘ l-imperattivi maniġerjali; (ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati. 3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq internazzjonali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju. Ir-rifużjonijiet li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1 (a) ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. Dawn ikunu fissati f'intervalli regolari. Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 56 rigward il-prodotti li hemm riferenza għalihom fih jkunu japplikaw fuq bażi supplimentari. 4. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti. 5. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun dak applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum: (a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew, jekk addattat; (b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu. 6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 83. 7. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu taħt ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali tar-Round Urugwajan, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni. 8. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati jew mhux użati esportabbli, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘ Artikolu 83. Artikolu 56 1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1). 2. L-ammont tar-rifużjoni għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1)(b) ikun: - fil-każ ta' zokkor mhux maħdum, zokkor abjad, l-ammont ta' rifużjoni għall-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti m‘humiex ipproċessati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u mad-dispożizzjonijiet addottati għall-applikazzjoni tagħha, - fil-każ ta' glukozju u xiropp tal-glukozju, l-ammont ta' rifużjoni għall-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti m‘humiex ipproċessati kif iffissati għal kull wieħed minn dawn il-prodotti skond Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali u mad-dispożizzjonijiet addottati għall-applikazzjoni tagħhau, Biex jikkwalifikaw għar-rifużjoni, l-prodotti proċessati jridu, ma' l-esportazzjoni, jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mingħand l-applikant li tindika l-ammonti ta' zokkor mhux maħdum, zokkor abjad, glukozju u xiropp tal-glukozju użati fil-manifattura tagħhom. L-eżattezza ta‘ din id-dikjarazzjoni tkun suġġetta għal iċċekkjar mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati. 3. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet: (a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu: - prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 55(1) fis-suq tal-Komunita; - prezzijiet tas-suq mondjali għal dawk il-prodotti. (b) il-marketing l-iktar vantaġġuż u l-ispejjeż ta' trasport mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti ta'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fl-imbarkar għall-pajjiżi tad-destinazzjoni. (ċ) l-oġġettivi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, li jridu jiżguraw ekwilibriju fis-suq u żvilupp naturali fejn jidħlu il-prezzijiet u l-kummerċ fis-suq; (d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat; (e) il-bżonn li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita; (f) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti. 4. Il-prezzijiet tas-suq tal-Komunità li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 55(1) ikunu stabbiliti a bażi ta' l-aktar prezzijiet vantaġġużi għall-esportazzjoni. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1): (a) il-prezzijiet rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunita; (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunita; (ċ) prezzijiet ta' produtturi irrekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi; (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera. 5. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(3), l-intervalli f'liema l-lista tal-prodotti għal liema rifużjoni hija attwalment mogħtija għandhom ikunu fissati u bl-ammont b'liema dik ir-rifużjoni għandha tkun iffissata titwaqqaf skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. 6. Ir-rifużjoni titħallas ma' prova li l-prodotti: - huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 7, - ġew esportati mill-Komunita, u - fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjonijiet oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti. Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. 7. Ebda rifużjonijiet ta'esportazzjoni ma jingħataw fuq prodotti li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax li: - l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess; - kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni. F'tali każijiet ir-rifużjoni fuq kull prodott ikun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni fejn dawn huma ugwali jew aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; fejn id-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla mir-rifużjoni applikabbli, ir-rifużjoni tkun ugwali għal ta' l-aħħar. Artikolu 57 1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza f'dak il-paragrafu tinqala' b'urġenza partikolari u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba. 3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tkun irriferuta lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih huwa kien notifikat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba. Artikolu 58 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit: - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 59 1. L-importazzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2) li magħhom ġie miżjud l-alkoħol, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti li oriġinaw fil-Komunità rigward liema tali taħlita hija permessa in segwitu għall-Artikolu 25(1) u (2), jkunu projbiti. 2. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u partikularment il-kondizzjonijiet għall-ekwivalenza tal-prodotti, jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. Artikolu 60 1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) ikun affettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist tal-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Sabiex ikun assessjat jekk is-sitwazzjoni tiġġustifikax l-applikazzjoni ta' tali miżuri, dan li ġej irid jittieħed partikolarment in-konsiderazzjoni: (a) l-kwantitajiet fejn jidħlu liċenzi ta' importazzjoni li kienu maħruġa jew bazati fuq applikazzjoni u l-figuri mogħtija fil-bilanċ tal-provediment ippronostikat; (b) fejn xieraq, l-iskala ta' l-intervent. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji. 2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat.' Artikolu 61 1. Inbid impurtat destinat għal konsum dirett uman u deskritt bl-għajnuna ta'askrizzjoni ġeografika jista' jkun eliġibbli, fejn jidħol il-marketing tiegħu fil-Komunità u bil-kundizzjoni li teżisti reċiproċita għall-arranġamenti ta' kontroll u protezzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 għal inbejjed ta' kwalita prodotti f'reġjuni speċifikati. 2. Id-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tkun implimentata permezz ta'arranġamenti ma' pajjiżi barra l-Komunità interessati biex tkun negozjata u konkluża skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 113 tat-Trattat. 3. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 83." 2. Dan li ġej huwa infilsat f‘Artikolu 72: "Artikolu 72a 1. L-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippermettu partijiet interessati ħalli jipprojbixxu, fuq it-termini stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjeta Intellettwali, l-użu fil-Komunità ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mehmuża mal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) għal prodotti li ma joriġinawx fil-post indikat mill-indikazzjoni ġeografika in-kwistjoni, anke fejn l-oriġini vera tal-prodotti hija indikata jew l-indikazzjoni ġeografika hija wżata fit-traduzzjoni jew akkumpanjata b'espressjonijiet tali bħal "kwalita", "tip", "stil", "imitazzjoni" jew simili Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, "indikazzjonijiet Ġeografiċi" hija meħuda li tfisser indikazzjonijiet li jidentifikaw prodott bħala li joriġina fit-territorju ta' pajjiż barra l-Komunità li huwa membru ta' l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ jew f'reġjun jew lokalita f'dak it-territorju, f'każi fejn ċerta kwalita, reputazzjoni jew karatteristiċi ohra mogħtija tal-prodott jistgħu jkunu attribwiti għal dak il-post ta'oriġini ġeografiku. 2. Il-paragarafu 1 japplika minkejja dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn fil-leġislazzjoni tal-Komunità li jistipulaw regoli għad-desinjazzjoni u l-prezentazzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b). 3. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, jekk ikun meħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 83." 3. L-Anness VII huwa mħassar. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 344/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 54, tal-5.3.1979, p. 67) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 345/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 54, tal-5.3.1979, p. 69), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2009/81 (GU Nru L 195, tat-18.7.1981, p. 6) Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra. -------------------------------------------------- ANNESS XVII TABAKK Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 215, 30 7. 1992, p. 70) It-Titolu IV ikun sostitwit b'dan li ġej: "TITOLU IV KIummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 15 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. Artikolu 16 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; (a) li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, (b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 16a 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każijiet u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." -------------------------------------------------- ANNESS XVIII HOPS Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1696/71 tas-26 ta' Lulju 1971 (GU Nru L 175, ta' l-4.8.1971, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3124/92 (GU Nru L 313, tat-30.10.1992, p. 1) It-Titolu V jkun sostitwit b'dan li ġej: "TITOLU V: Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita Artikolu 14 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. Artikolu 15 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 15a 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun affettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." -------------------------------------------------- ANNESS XIX SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRA, BASAL, GĦERUQ U SIMILI, FJURI MAQTUGĦA U WERAQ ORNAMENTALI I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 tas-27 ta' Frar 1968 (GU Nru L 55, tat-2.3.1968, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3336/92 (GU Nru L 336, ta' l-20.11.1992, p. 1) L-Artikoli 8, 9 u 10 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni. Liċenzi jkunu maħruġa mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tiegħu ta' stabbiliment fil-Komunita. Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu. 2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 14. Artikolu 9 Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. Artikolu 10 1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 10a 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; b-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 14. 5. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3280/75 tas-16 ta' Diċembru 1975 (GU Nru L 326, tat-18.12.1975, p. 4) Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar. -------------------------------------------------- ANNESS XX ŻRIERAGĦ I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta' Ottubru 1971 (GU Nru L 246, tal-5.11.1971, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3375/93 (GU Nru L 303, ta' l-10.12.1993, p. 9) 1. L-Artikoli 5, 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 5 1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1. 2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. Artikolu 6 Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 7 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi. 2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 8a huwa mħassar. II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1578/72 ta‘ l-20 ta' Lulju 1972 (GU Nru L 168, tas-26.7.1972, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1984/86 (GU Nru L 171, tat-28.6.1986, p. 3) Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar. -------------------------------------------------- ANNESS XXI REGOLAMENTI OĦRA I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 151, tat-30.6.1968, p. 16), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 794/94 (GU Nru L 92, tad-9.4.1994, p. 15) 1. L-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: "Artikolu 2 1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Anness. 2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni. 3. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet addottati in segwitu għalih u suġġetti għall-obligazzjonijiet li joħorġu minn ftehim internazzjonali rigward il-prodotti mniżżla fl-Anness, dan li ġej ikun projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita; - li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali, - l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett. Artikolu 3 1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Anness ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ptrotettivi. 2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. 3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni. 4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat." 2. L-Artikolu 6 ikun sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 6 Fejn issir riferenza għal dan l-Artikolu, miżuri jkunu addottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u l-Artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli." II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 34, tad-9.2.1979, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 (GU Nru L 312, tas-27.10.1989, p. 5) L-Artikolu 2(2) huwa mħassar. -------------------------------------------------- ANNESS XXII IR-REĠJUNI TA‘ BARRA NETT I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 (GU Nru L 356, ta' l-24.12.1991, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23) L-Artikolu 2(2) ikun emendat kif ġej: (a) Fl-ewwel sotto-paragrafu, il-parti tas-sentenza li taqra: "Il-levies iffissati in segwitu għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali" tkun irrimpjazzata minn: "Id-dazji tA'importazzjoni provdut għalihom fit-Tariffa Doganali Komuni". (b) Fit-tieni paragrafu, il-kliem "il-levy (eżenzjoni)" huma rimpjazzati minn "(eżenżjoni minn) dazju ta'importazzjoni". II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 173, tas-27.6.1992, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23) 1. Fl-Artikolu 3(1), il-kliem "levies u/jew" huma mħassra. 2. Fl-Artikolu 5(1)(a), il-kliem "u/jew levies li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella" huma mħassra. 3. F‘Artikolu 7, il-kliem "levy u/jew" huma mħassra. III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 173, tas-27.6.1992, p. 13), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23) 1. Fl-Artikolu 3(1), il-kliem "levies u/jew" huma mħassra. 2. Fl-Artikolu 5(1)(a), il-kliem "u/jew levies li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 9 tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68" huma mħassra. --------------------------------------------------