Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0684

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018.
    Krka Tovarna Zdravil d.d. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Ftehim ta’ liċenzja – Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi.
    Kawża T-684/14.

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-684/14)

    “Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Ftehim ta’ liċenzja – Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”

    1. 

    Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Evalwazzjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    (ara l-punti 122-124)

    2. 

    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Inklużjoni – Ibbilanċjar tad-dritt tal-privattivi u tar-regoli tal-kompetizzjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

    (ara l-punti 125-131, 383)

    3. 

    Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ħlas invertit li jagħti inċentiv riċevut mill-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Assenza – Restrizzjoni minħabba l-għan – Assenza

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    (ara l-punti 135-155, 201-268)

    4. 

    Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ftehim dwar liċenzja anċillari li jipprevedi trasferiment ta’ valur lejn l-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Leġittimità – Klassifikazzjoni tat-trasferiment ta’ valur bħala ħlas invertit li jagħti inċentiv – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    (ara l-punti 156-199)

    5. 

    Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Evalwazzjoni tan-natura antikompetittiva ta’ ftehim fil-livell tal-effetti tiegħu fuq is-suq – Modalitajiet – Eżami tas-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fl-assenza tal-ftehim kontenzjuż – Ftehim implimentat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li tanalizza l-effetti reali tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE)

    (ara l-punti 315, 345-376)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1) 

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)) huwa annullat inkwantu jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Krka Tovarna Zdravil d.d għall-ftehimiet imsemmija f’dan l-artikolu.

    2) 

    L-Artikolu 7(4)(a) tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huwa annullat.

    3) 

    L-Artikoli 8 u 9 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Krka Tovarna Zdravil.

    4) 

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top