This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0533
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawża C‑533/11
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Renju tal-Belġju
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(1) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Proposti u linji gwida tal-Kummissjoni – Effett – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-pagament – Kundizzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu illi jippersisti sad-data tas-sentenza
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Pagamenti ta’ penalità li jonqsu
(Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271)
Id-data ta’ riferiment għal evalwazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(1) TFUE hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta skont din id-dispożizzjoni. Madankollu, meta l-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tkun inbdiet abbażi tal-Artikolu 228(2) KE d-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jiġifieri l-1 ta’ Diċembru 2009.
(ara l-punt 32)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 51-61)
Il-kundanna ta’ Stat Membru li jkun naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont l-Artikolu 260(1) TFUE għall-pagament ta’ penalità fil-prinċipju hija ġustifikabbli biss, sakemm idum in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu bbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza preċedenti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk, fid-data tas-seduta, il-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza preċedenti ma jkunux ġew adottati integralment, il-kundanna ta’ dan l-Istat Membru għall-pagament ta’ penalità jikkostitwixxi mezz finanzjarju xieraq sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni sħiħa ta’ din is-sentenza.
Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ evoluzzjoni kontinwa lejn eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza preċedenti, ma huwiex eskluż li, fid-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, is-sentenza preċedenti tkun eżegwita b’mod sħiħ. Għalhekk, il-penalità tiġi imposta biss fil-każ fejn in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jippersisti sad-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata l-imsemmi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
(ara l-punti 64-67)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 68, 69)
Peress li l-produzzjoni tal-prova tal-konformità mad-Direttiva 91/271, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, tista’ tinħtieġ ċertu terminu u bil-għan li jiġi kkunsidrat il-progress li eventwalment ikun twettaq mill-Istat Membru li jkun naqas mit-twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva ċċitata iktar ’il fuq, l-ammont effettiv tal-penalità għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-perijodi ta’ sitt xhur filwaqt li jitnaqqas l-ammont fir-rigward ta’ dan il-perijodu ta’ tali perijodi, perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ekwivalenti ta’ abitanti li kienu ġew konformi mas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ta’ dan l-Istat Membru sat-tmiem ta’ dan il-perijodu fir-rigward tan-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti li ma jkunux ikkonformaw mas-sentenza li tikkundannhom għall-pagament tal-penalità fil-jum tal-għoti tagħha.
(ara l-punti 73, 74 u d-dispożittiv 3)
Kawża C‑533/11
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Renju tal-Belġju
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Terminu ta’ eżekuzzjoni — Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(1) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa — Proposti u linji gwida tal-Kummissjoni — Effett — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Kundanna għall-pagament — Kundizzjoni — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu illi jippersisti sad-data tas-sentenza
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Kriterji
(Artikolu 260(2) TFUE)
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Pagamenti ta’ penalità li jonqsu